HLAS LURA FUQ MOTOR CARS ESPORTATI g L.S.337.25 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.25
ORDNI DWAR HLAS LURA FUQ MOTOR CARS 
ESPORTATI
20 ta’ Settembru, 1968
L-AVVIZ LEGALI 78 ta’ l-1968.
Titolu.
Cars Esportati.
Hlas lura fuq l-
esportazzjoni ta’ 
motor cars.
Kap. 337.
2. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji
ta’ Importazzjoni, u ta’ dan l-Ordni, ghandu jinghata hlas lura tad-
dazji ta’ importazzjoni mhallsa fuq kull motor car gdida, importata
ga immuntata jew f’kodizzjoni zmuntata ghal kollox u immuntata
lokalment ma’ l-esportazzjoni ta’ dik il-motor car.
(2) Biex ikun jista’ jinghata l-hlas lura l-motor car ghandha
tinbiegh lokalment mill-importatur lil persuna li ma tirrisjedix
normalrent f’Malta u ghandha tigi esportata minn dik il-persuna
jew mal-partenza taghha jew fi zmien tnax-il xahar mid-data meta
l-motor car tkun licenzjata biex tigi misjuqa fit-triq, liema jkun l-
aktar kmieni, jew fil-kaz ta’ persuna li tirrisjedi temporanjament
f’Malta u li jkollha permesss li tahdem, mhux aktar tard minn
hmistax-il-gurnata wara d-data li jaghlaq dak il-permess.
Tizmim ta’ 
notamenti.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jehtieg lill-importatur
tal-motor car esportata bi hlas lura tad-dazju li jzomm dawk in-
notamenti li jidhrulu mehtiega biex juru x’dazju thallas fuq dik il-
car fiz-zmien ta’ l-importazzjoni.
(2) Dawk in-notamenti ghandhom jinzammu disponibbli ghall-
ispezzjon minn kull ufficjal tad-Dwana fil-lokal ta’ l-importatur.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
esportazzjoni ta’ 
motor cars.
4. Kull motor car li dwarha ghandu jintalab hlas lura ta’ dazju
skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Ordni ghandha tingieb ghall-
ezami ta’ ufficjali tad-Dwana fil-hin ta’ l-esportazzjoni.
