HLAS LURA FUQ MOBBLI TAL-METALL ESPORTATI g L.S.337.27 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.27
ORDNI DWAR HLAS LURA 
FUQ MOBBLI TAL-METALL ESPORTATI
27 ta’ Gunju, 1969
L-AVVIZ LEGALI 67 ta’ l-1969.
Titolu.
Mobbli tal-Metall Esportati.
Hlas lura fuq 
esportazzjoni ta’ 
mobbli tal-metall.
Kap. 337.
2. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni, u ta’ l-artikoli 3 u 4 ta’ dan l-Ordni, ghandu jinghata
hlas lura ta’ dazji ta’ importazzjoni mhallsa fuq il-partiti specifikati
fl-Iskeda fuq l-esportazzjoni ta’ mobbli tal-metall fabbrikati f’dawn
il-Gzejjer minn dawk il-partiti.
Tizmim ta’ 
notamenti mill-
fabbrikant.
3. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jehtieg lill-fabbrikant
tal-mobbli tal-metall li jzomm dawk in-notamenti li huwa jista’
jidhirlu mehtiega biex juru l-kwantita  tal-partiti importati jew
irtirati mid-depozt u inkorporati fil-mobbli tal-metall.
(2) Dawn in-notamenti ghandhom jinzammu disponibbli ghal
spezzjon minn kull ufficjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana fuq l-
ippakkjar ta’ 
mobbli tal-metall.
4. (1) Mobbli tal-metall li jkunu ser jigu esportati ghandhom
jigu spezzjonati minn ufficjali tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant
jew f’dawk il-postijiet l-ohra li jistghu jigu stabbiliti mill-
Kontrullur tad-Dwana ghas-spejjez tal-fabbrikant u wara dik l-
ispezzjon ghandhom jigu ppakkjati u ssigillati quddiem dawk l-
ufficjali.
(2) Ghall-fini ta’ l-ispezzjon mehtiega skond id-
disposizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-fabbrikant ghandu jaghti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviz bil-miktub ta’ mhux anqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha huwa fi hsiebu jesporta l-mobbli tal-
metall u dan l-avviz ghandu jkollu l-partikolaritajiet dwar il-post
fejn u l-hin li fih tista’ ssir dik l-ispezzjon.
SKEDA
Artikolu 2
Blackboard
Gwarnici ghall-biljetti
Roti ghas-saqajn ta’ l-ghiamara
Sedili u dahar tal-plywood ghas-siggijiet
Pumi ghal kxaxen
Mankijiet ghal kxaxen
Slides ghal kxaxen
2 L.S.337.27 h HLAS LURA FUQ MOBBLI TAL-METALL ESPORTATI
Strixxi ghax-xfar ta’ l-ghamara
Etch primer
Wire li jiggebbed
Manilji
Folji tal-linoleum u plastika
Serraturi u attrezzi ghat-tiskir
Pjanci ghall-isem
Plywood
Rivets
Rollers
Kuxxinetti tal-lastiku
Viti (bir-ras tonda u self-tapping)
Sostenji ghal xkafef
Spray activator
Molol
Mejjilli ta’ l-azzar li ma jsaddadx
Kanen ta’ l-azzar
Stoppers (ferrules)
Stoving enamel
Suspension drawer slides
Saqajn imfasslin bil-ponta
Viti u mixers ta’ l-ilma
Thinners
Sedili tapezzati
