HLAS LURA FUQ IKEL SNACK ESPORTAT g L.S.337.38 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 337.38
ORDNI DWAR HLAS LURA FUQ IKEL SNACK 
ESPORTAT
4 ta’ Jannar, 1985
L-AVVIZ LEGALI 1 ta’ l-1985.
Titolu.
Snack Esportat.
Hlas lura fuq ikel 
snack esportat.
Kap. 337.
2. Bla hsara ghad-dispozizzjonijiet ta’ l-Att dwar id-Dazji ta’
Importazzjoni u ta’ l-artikoli 3, 4 u 5 ta’ dan l-Ordni, ghandu
jinghata hlas lura tad-dazji ta’ importazzjoni mhallsa fuq pellets li
jittieklu ma’ l-esportazzjoni jew imbark bhala provvisti jew mat-
tqeghid fid-depozt sakemm jigu esportati jew imbarkati bhala
provvisti, skond il-kaz, ta’ ikel snack mahdum f’dawn il-Gzejjer,
minn dawk il-pellets.
Ghoti ta’ kampjuni 
u dokumenti lill-
Kontrullur tad-
Dwana.
3. Kampjuni u dokumenti li jixhdu x-xorta, il-valur u l-pajjiz
ta’ l-origini tal-pellets li ghandhom jintuzaw fil-produzzjoni ta’
ikel snack ghall-eaportazzjoni ghandhom jinghataw lill-Kontrullur
tad-Dwana fil-hin ta’ l-importazzjoni jew irtirar mid-depozt ta’
dawk il-pellets.
Tizmim ta’ records 
mill-fabbrikant.
4. (1) Il-Kontrullur tad-Dwana jista’ jehtieg lill-fabbrikant ta’
l-ikel snack biex izomm dawk ir-records li jidhirlu mehtiega biex
jidhru l-kwantitajiet ta’ pellets importati jew irtirati mid-depozt u
wzati fil-produzzjoni ta’ dak l-ikel snack.
(2) Dawk ir-records ghandhom jinzammu disponibbli ghall-
ispezzjon ta’ ufficjal tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant.
Kontroll tad-
Dwana.
5. (1) Ikel snack li ikun ser jigi esportat ghandu jkun
spezzjonat minn ufficjali tad-Dwana fil-post tal-fabbrikant jew
f’dak il-post l-iehor li jigi stabbilit mill-Kontrullur tad-Dwana
ghas-spejjez tal-fabbrikant u wara li jigi hekk spezzjonat ghandu
jigi ppakkjat u ssigillat quddiem dawk l-ufficjali.
(2) Ghall-finijiet ta’ l-ispezzjon mehtieg skond id-
dispozizzjonijiet tas-subartikolu (1) il-fabbrikant ghandu jaghti lill-
Kontrullur tad-Dwana avviz bil-miktub ta’ mhux inqas minn tliet
ijiem dwar id-data li fiha jkun bi hsiebu jesporta l-ikel snack u dak
l-avviz ghandu jkun fih dawk il-partikolaritajiet tal-post li fih u l-
hin li matulu jista’ jsir dak l-ispezzjon.
