SKEMA DWAR HADDIEMA 
AWZILJARI U T-TAHRIG TAGHHOM g L.S.343.21 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.21
REGOLAMENTI DWAR L-ISKEMA DWAR 
HADDIEMA AWZILJARI U T-TAHRIG TAGHHOM
16 ta’ Frar, 1988
L-AVVIZ LEGALI 15 ta’ l-1988, kif emendat bl-Avvizi Legali 134 ta’ l-
1990 u 16 ta’ l-1991.
Titolu.
Iskema dwar Haddiema Awziljarji u t-Tahrig Taghhom.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 134 ta’ l-
1990;
A.L. 16 ta’ l-1991.
Kap. 343.
2. F’dawn ir-regolamenti, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
"Att" tfisser l-Att dwar is-Servizzi ta’ Impieg u Tahrig;
"Direttur tax-Xoghol" tinkludi kull ufficjal tad-Dipartiment tax-
Xoghol awtorizzat mid-Direttur biex jagixxi minfloku, u "Direttur"
ghandha tiftiehem li ghandha l-istess tifsira;
"haddiem awziljarju" jkollha l-istess tifsira li ghandha fl-Att;
"l-iskema" tfisser l-Iskema Haddiema Awziljarji u Tahrig;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghax-xoghol;
"servizz ta’ l-impiegi" jkollha l-istess tifsira li ghandha fl-Att.
Responsabbilta  
tad-Direttur.
Imhassar:
A.L. 134 ta’ l-
1990.
Mizjud:
A.L. 16 ta’ l-1991.
3. (1) Id-Direttur tax-Xoghol jkollu r-responsabbilta  diretta
ghall-amministrazzjoni u t-tmexxija ta’ l-iskema.
(2) Il-Ministru jista’ jordna biex ufficjali tad-Dipartiment tax-
Xoghol jew tal-Korporazzjoni ta’ Xoghol u Tahrig jigu sekondati
ghal dmirijiet ma’ l-iskema.
(3) Id-Direttur ghandu jimxi fuq dawk id-direttivi ta’ policy li
jaghti l-Ministru u josserva regolamenti jew istruzzjonijiet li
jinhargu taht il-ligijiet dwar ix-xoghol.
Fazi tax-xoghol.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
4. (1) Id-Direttur ghandu jipprovdi u jfittex xoghol
temporanju ghall-haddiema awziljarji fis-settur governattiv,
parastatali u privat u jwettaq progetti fdati lilu.
(2) Id-Direttur ghandu jahtar manager li jkun responsabbli
ghall-amministrazzjoni ta’ kuljum tal-hwejjeg ta’ l-iskema li
ghandhom x’jaqsmu mal-fazi tax-xoghol kif ukoll ma’ l-
ezekuzzjoni ta’ progetti li ghalihom l-iskema tkun direttament
responsabbli.
Dhul fl-iskema.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
L.S.343.20
5. (1) Id-dhul fl-iskema jsehh wara applikazzjonijiet bil-
miktub skond sejhiet maghmula minn zmien ghal zmien mis-
servizz ta’ l-impiegi u li jigu ppublikati fil-Gazzetta tal-Gvern ghal
kategoriji ta’ persuni minn fost dawk imsemmija fl-Att. Is-servizz
ta’ l-impiegi jista’ wkoll jitlob persuni li qed jirregistraw ghax-
xoghol biex jidhlu fl-iskema u, ghall-finijiet ta’ l-Ordni dwar ir-
Registru ta’ l-Applikanti ghal Impieg (It-Tieni Taqsima), tishib fl-
iskema ghandu jitqies bhala opportunita  xierqa ta’ impieg.
(2) Qabel ma persuna tidhol fl-iskema ghandha tinghata avviz
bil-miktub dwar il-kondizzjonijiet generali ta’ xoghol u tahrig u
2 L.S.343.21 h
SKEMA DWAR HADDIEMA 
AWZILJARI U T-TAHRIG TAGHHOM
ghandha timla l-formola tad-dhul u tiffirma d-dikjarazzjonijiet
mehtiega ghall-finijiet tal-kuntratt ta’ xoghol u tahrig fl-iskema.
(3) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ kull ligi ohra dwar
dikjarazzjonijiet foloz, kull min jaghmel dikjarazzjoni falza jitlef
id-dritt li jidhol fl-iskema u, jekk il-fatt li jkun ghamel
dikjarazzjoni falza jigi skopert wara li min ikun ghamel dik id-
dikjarazzjoni jkun ga dahal fl-iskema, dan jinhareg mill-iskema
minnufih.
(4) L-Ufficjal inkarigat ghandu jassigura li l-individwu jkun
fehem il-kontenut ta’ l-avviz u tal-formola tad-dhul u tad-
dikjarazzjonijiet li huwa jiffirma.
(5) Mal-firma ta’ l-imsemmija dikjarazzjonijiet dik il-persuna
ssir haddiem awziljarju fl-iskema.
(6) Meta jasal biex jiggedded il-perijodu fl-iskema, ghandhom
jittiehdu in konsiderazzjoni l-imgieba u l-performance tal-haddiem
awziljarju tul iz-zmien li jkun fl-iskema.
Ezamijiet medici.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
6. (1) Il-haddiema awziljarji jkunu soggetti ghal dawk l-
ezamijiet medici li jistghu minn zmien ghal zmien ikunu mehtiega
sew qabel id-dhul taghhom fl-iskema kif ukoll wara.
(2) L-ezami mediku ghandu jsir minn Bord Mediku, maghmul
minn panel ta’ tobba u para-medici, nominati mid-Direttur.
Ilbies u taghmir.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
7. (1) Il-haddiema awziljarji ghandhom jilbsu dak l-ilbies ta’
xoghol li huwa normalment mehtieg fis-servizz tal-Gvern jew fis-
settur partikolari li ghalih huma jkunu gew addetti skond kif
jiddeciedi d-Direttur.
(2) L-ilbies ta’ xoghol u taghmir jew ghodda li jinghataw lill-
haddiema awziljarji jibqghu proprjeta  tal-Gvern u ghandhom
jinghataw lura fi stat tajjeb, hlief ghat-tqabir minn uzu ordinarju, fi
zmien sebat ijiem mit-temm tas-servizz fl-iskema.
Paga.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
8. (1) Il-haddiema awziljarji ghandhom jircievu paga li
tithallas kull hmistax u fl-ebda kaz m’ghandha tkun anqas mill-
paga minima nazzjonali flimkien mal-bonus.
(2) Bl-approvazzjoni tal-Ministru, id-Direttur jista’ jwaqqaf
gradi u kategoriji differenti ta’ haddiema awziljarji u jista’ wkoll
jistabbilixxi skali differenti ta’ rimunerazzjoni skond ix-xoghol li
jigi assenjat u skond l-abbilita , l-efficjenza u s-sengha.
Sighat ta’ xoghol. 9. Il-haddiema awziljarji ghandhom jahdmu medja ta’ erbghin
siegha f’gimgha mqassma fuq hames jew sitt ijiem jew il-hinijiet
ta’ xoghol (jew tahrig) kif applikabbli fil-post jew azjenda fejn jigu
assenjati.
Btajjel.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
10. (1) Il-haddiema awziljarji huma ntitolati ghal dawk il-
btajjel pubblici kollha skond il-ligi.
(2) Bla hsara ghall-esigenzi tas-servizz, il-haddiema awziljarji
jkollhom dritt ghal ghoxrin (jew erba’ u ghoxrin jekk jahdmu
gimgha ta’ sitt ijiem) jum vaganzi b’paga shiha f’kull sena
kalendarja b’effett minn tliet xhur mid-data tad-dhul taghhom fl-
iskema.
SKEMA DWAR HADDIEMA 
AWZILJARI U T-TAHRIG TAGHHOM g L.S.343.21 3
(3) Il-haddiema awziljarji jkollhom dritt ukoll ghal paga shiha
waqt il-mard sa massimu ta’ ghoxrin jum f’sena kalendarja. Il-hlas
ghall-mard jinghata biss jekk jigu sodisfatti dawk il-kondizzjonijiet
li d-Direttur jista’ jistabbilixxi minn zmien ghal zmien, fosthom dik
li l-haddiem awziljarju jissottometti ruhu ghall-ezami tal-Bord
Mediku jew ta’ tabib nominat mill-Bord Mediku.
(4) Il-haddiema awziljarji jkollhom ukoll dritt ghal tliet ijiem
vaganzi meta jizzewgu u jumejn vaganzi fl-okkazjoni tat-twelid ta’
tarbija lill-mara tal-haddiem awziljarju basta dawn jittiehdu
f’daqqa fi zmien xahar mid-data tat-twelid tat-tarbija.
(5) Il-haddiema awziljarji jkunu wkoll intitolati ghal jumejn
vaganzi fil-kaz ta’ mewt ta’ xi wiehed jew wahda mill-qraba minn
fost dawn li gejjin: il-missier, l-omm, il-mara, ir-ragel, l-iben, il-
bint u l-ahwa tal-haddiem awziljarju.
(6) Il-haddiema awziljarji jkollhom dritt ghal maternity leave
kif stabbilit bil-ligi.
(7) Il-haddiema awziljarji jkollhom dritt ghall-paga meta
jissejhu biex iservu bhala gurati l-Qorti.
Kondizzjonijiet 
ohra.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
11. (1) Haddiem awziljarju ma jistax jaghmel xoghol privat
jekk ma jkunx inghata permess bil-miktub biex jaghmel dan mid-
Direttur.
(2) F’dawk il-kazi fejn jirrizulta li dawn ir-regolamenti ma
jipprovdux b’mod specifiku, id-Direttur jista’, b’konsultazzjoni
mad-Direttur tax-Xoghol, jiddeciedi u d-decizjoni tad-Direttur tkun
finali.
Dixxiplina.
Emendat:
A.L. 16 ta’ l-1991.
12. (1) Il-haddiema awziljarji huma mistennija li josservaw ir-
regolamenti li jkunu jsehhu minn zmien ghal zmien u li jwettqu l-
ordnijiet u x-xoghol li jinghatawlhom mis-superjuri taghhom f’kull
livell.
(2) Jistghu jittiehdu passi dixxiplinarji, inkluza tkeccija mill-
iskema, qtugh mill-paga, u sospensjoni bla paga jew b’nofs paga,
kontra dawk il-haddiema awziljarji li jinstabu hatja ta’ xi offiza li
tinsab elenkata fl-Iskeda.
(3) Ghandu jkun hemm Bord ta’ Dixxiplina ta’ tliet persuni
nominat mid-Direttur biex jinvestiga u jiddeciedi kazijiet ta’
dixxiplina fl-iskema u biex jiddetermina l-kastig xieraq, skond il-
gravita  tal-kaz.
(4) F’kull kaz ta’ dixxiplina l-haddiem awziljarju ghandu
jinghata d-dettalji bil-miktub ta’ l-akkuza kontrih u jkollu d-dritt li
jwiegeb bil-miktub ghal tali akkuza, minghajr pregudizzju ghad-
dritt li jidher quddiem il-Bord ta’ Dixxiplina jekk jitkomplew il-
proceduri dixxiplinarji.
(5) Il-haddiem awziljarju ghandu dritt jidher waqt is-smiegh
tal-kaz u l-Bord ta’ Dixxiplina ghandu jikkunsidra kull haga li l-
haddiem awziljarju jista’ jghid b’difiza ta’ l-agir tieghu. F’kull kaz
il-haddiem awziljarju jkollu d-dritt li jisma’ x-xhieda kontrieh u
jkun jista’ jaghmel kontro-ezami lix-xhieda, jixhed f’ismu, u li
jsejjah xhieda ghad-difiza tieghu. Ebda haddiem awziljarju ma
jista’ jigi mgieghel jixhed ghad-difiza tieghu stess.
4 L.S.343.21 h
SKEMA DWAR HADDIEMA 
AWZILJARI U T-TAHRIG TAGHHOM
(6) Il-haddiem awziljarju jista’ jkun assistit minn persuna ohra
li jaghzel hu.
(7) Il-Bord ta’ Dixxiplina ghandu jirregola l-proceduri tieghu
b’mod li, kompatibbilment man-normi ta’ gustizzja naturali, il-
proceduri jithaffu kemm jistghu, biex il-kaz jinqata’ bla dewmien.
Xoghol. 13. (1) Il-haddiema awziljarji huma mistennija jaghmlu x-
xoghol shih li jinghatalhom bir-reqqa u bil-ghaqal, kif jigu mitluba
mis-superjuri taghhom u ghandhom jaghmlu l-almu taghhom kollu
biex ilestu dak li jinghatalhom kif ghandu jkun u fl-iqsar hin
possibbli.
(2) Il-haddiema awziljarji jistghu jigu mqabbda jaghmlu
xoghol ta’ kostruzzjoni, manutenzjoni, tindif ta’ toroq, skemi ta’
koltivazzjoni ta’ art, xoghol mehtieg bhala preparazzjoni ghall-
progetti jew fuq progetti nfushom kif ukoll kull xoghol iehor li jkun
adatt ghall-kapacitajiet taghhom sew fis-settur governattiv,
parastatali u privat skond il-htiega.
(3) Il-haddiema awziljarji jistghu jintbaghtu jahdmu f’azjendi,
f’fabbriki u ma’ kuntratturi fuq xoghol li jkun adatt ghalihom u/jew
li jkunu qed jigu mharrga ghalih.
(4) Haddiem awziljarju li ma jaccettax offerta ta’ impieg bla
ragumi valida jitlef id-dritt li jkompli fl-iskema.
Haddiema casual. 14. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti,
haddiema casual, fil-waqt li jibqghu jircievu l-pagi tal-post fejn
qieghdin bhala casuals u b’kondizzjonijiet ohra bhal dawk
applikabbli b’mod generali ghall-haddiema tal-Gvern, jistghu
jinghataw xoghol u tahrig fl-iskema skond il-htiega.
Haddiema in 
eccess tal-htigiet.
15. Haddiema impjegati skond l-artikolu 110 tal-Kostituzzjoni
ta’ Malta, li jirrizultaw li huma b’eccess ghall-htigiet ta’ l-azjenda
fejn jahdmu, filwaqt li jibqghu fuq il-kotba ta’ l-azjenda bl-istess
kondizzjonijiet, jistghu jigu mharrga, jekk ikun il-kaz, fl-iskema u
jaghmlu xoghol kemm jista’ jkun analogu fl-iskema bid-dritt li
jirrivertu fl-azjenda li fiha kienu gew impjegati, meta tinholoq
vakanza.
SKEDA
Regolament 12
Lista ta’ offizi taht il-gurisdizzjoni tal-Bord ta’ Dixxiplina:
(a) assenza mix-xoghol jew tardjar fl-attendenza ghax-xoghol
minghajr raguni xierqa;
(b) abbandun tal-post tax-xoghol minghajr permess jew raguni
gusta;
(c) uzu ta’ kliem ta’ insubordinazzjoni ma’ ufficjal superjuri;
(d) uzu ta’ vjolenza fuq ufficjal superjuri jew fuq haddiehor;
(e) nuqqas ta’ ubbidjenza ta’ xi ordni jew kmand legittimu
moghti minn ufficjal superjuri;
SKEMA DWAR HADDIEMA 
AWZILJARI U T-TAHRIG TAGHHOM g L.S.343.21 5
(f) tnikkir jew simulazzjoni ta’ mard jew inkapacita , xoghol
hazin u nuqqas ta’ produzzjoni;
(g) telf jew hsara bi traskuragni ta’ proprjeta  tal-Gvern jew ta’
terzi persuni;
(h) distruzzjoni jew hsara volontarja ta’ xi proprjeta  tal-Gvern,
jew ta’ terzi persuni, mahruga jew fdata lill-membri fl-iskema;
(i) ghemil jew ghajnuna fl-ghemil ta’ xi dikjarazzjoni falza
jew qarrieqa meta jkun maghruf li din tkun falza, jew ta’ xi nuqqas,
bil-hsieb ta’ qerq, f’xi rapport, prospett, lista tal-pagi jew
dokument iehor maghmul jew iffirmat mill-membru fl-iskema jew
li jkun id-dmir ta’ dak il-membru li jaccerta l-ezattezza ta’ dak li
jkun jinsab fihom;
(j) nuqqas ta’ attendenza bhala xhud f’inkjesta dwar ksur ta’
dixxiplina meta tkun harget ordni ghal dik l-attendenza;
(k) offiza li tista’ twassal ghal proceduri kriminali;
(l) ghemil ta’ xi att, imgieba jew traskuragni bi pregudizzju
ghall-bon’ ordni u dixxiplina ta’ l-iskema.
