KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA g L.S.343.26 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 343.26
REGOLAMENTI DWAR KWALIFIKI 
PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA
25 ta’ Ottubru, 2000
L-AVVIZ LEGALI 215 ta’ l-2000.
Titolu.
Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali ta’ Malta.
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
"agenzija ghat-tahrig" tfisser persuna, istituzzjoni jew korp
professjonali li jipprovdu servizzi ta’ tahrig jew ta’ xorta
edukattiva li jwasslu ghall-kisba ta’ kwalifiki professjonali jew
vokazzjonali kif provdut b’dawn ir-regolamenti;
Kap. 343.
"bordijiet ghall-izvilupp" tfisser il-Bordijiet ghall-Izvilupp ta’
Livelli Professjonali u Vokazzjonali msemmija fir-regolament 8;
"bordijiet ghall-valutazzjoni" tfisser il-Bordijiet ghall-
Valutazzjoni ta’ Livelli Professjonali u Vokazzjonali msemmija fir-
regolament 9;
"Korporazzjoni" tfisser il-Korporazzjoni ta’ Xoghol u Tahrig
imwaqqfa bl-artikolu 5 ta’ l-Att;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Malti ghal Kwalifiki Professjonali u
Vokazzjonali, mwaqqaf bir-regolament 3.
Kunsill Malti ghal 
Kwalifiki 
Professjonali u 
Vokazzjonali.
3. (1) Ghandu jitwaqqaf korp maghqud li jkun maghruf bhala
l-Kunsill Malti ghal Kwalifiki Professjonali u Vokazzjonali li
jkollu l-funzjonijiet imsemmija f’dawn ir-regolamenti.
(2) Il-Kunsill ikun maghmul minn hdax-il membru li jinhatru
mill-Ministru responsabbli ghall-edukazzjoni b’konsultazzjoni
mal-Ministru responsabbli ghall-impiegi u ikun kompost kif
imsemmi hawn taht:
(a) chairperson b’esperjenza rilevanti;
(b) persuna li tirrapprezenta l-Korporazzjoni, liema
persuna jkun il-vici chairperson tal-Kunsill;
(c) persuna li tirrapprezenta t-Taqsima ta’ l-Edukazzjoni;
(d) persuna li tirrapprezenta l-Kullegg Malti ghall-Arti,
Xjenza u Teknologija;
(e) persuna li tirrapprezenta l-Universita  ta’ Malta;
(f) zewg persuni li fil-fehma tal-Ministru responsabbli
ghall-edukazzjoni jirrapprezentaw b’mod adegwat
istituzzjonijiet ta’ tahrig u edukazzjoni vokazzjonali
jew korpi professjonali;
(g) zewg persuni li jirrapprezentaw lil min ihaddem;
(h) zewg persuni li jirrapprezentaw lit-trades union.
2 L.S.343.26 h KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA
(3) Il-membri tal-Kunsill ikunu mahtura ghal perjodu ta’ mhux
aktar minn tliet snin u kull membru jista’ jkun eligibbli li jerga’ jigi
appuntat.
(4) Il-Kunsill ghandu jiltaqa’ daqstant drabi kemm ikun
mehtieg jew spedjenti. Il-Kunsill jista’ jiffunzjona meta jkun hemm
prezenti quorum ta’ erba’ membri inkluz ic-chairperson.
(5) Jekk ma jkunx hemm qbil unanimu, id-decizjonijiet tal-
Kunsill jittiehdu b’maggoranza tal-voti tal-membri prezenti u
votanti, u f’li l-voti jigu ndaqs, ic-chairperson, jew fl-assenza
tieghu l-vici chairperson ikollu d-dritt jerga’ jivvota ghat-tieni
darba.
(6) Il-Kunsill ma jkunx skwalifikat mit-tmexxija tax-xoghol
minhabba xi vakanza fost il-membri tieghu.
Ghanijiet tal-
Kunsill.
4. L-ghanijiet tal-Kunsill ikunu:
(a) li jistabbilixxi u jzomm infrastruttura biex jizviluppa,
jirrikonoxxi u jaghti l-kwalifiki professjonali u
vokazzjonali msejsa fuq livelli ta’ konoxxenza, hila
jew kompetenza li ghandhom jinkisbu mill-individwi;
(b) li jgib ’il quddiem u jiffacilita l-access, it-trasferiment
u l-mixi ’l quddiem tat-taghlim kontinwu;
(c) li jinkoraggixxi r-rikonoxximent f’pajjizi barranin ta’
certifikati professjonali u vokazzjonali moghtija
f’Malta taht dawn ir-regolamenti.
Funzjonijiet tal-
Kunsill.
5. (1) Il-Kunsill ghandu bhala funzjonijiet li jaghmel dak
kollu li jkun mehtieg jew spedjenti skond dawn ir-regolamenti biex
jippromwovi l-ghanijiet tal-Kunsill.
(2) Minghajr pregudizzju ghall-generalita  tas-subregolament
(1), il-Kunsill ghandu:
(a) jistabbilixxi l-politika u l-kriterji li fuqhom ghandha
tissejjes l-infrastruttura ta’ kwalifiki;
(b) japprova u jippubblika livelli nazzjonali ta’
konoxxenza u kompetenza f’xi hila;
(c) jistabbilixxi u jippublika kull procedura li ghandha tigi
implimentata minn agenziji ta’ programmi ta’
edukazzjoni u ta’ tahrig ghal access, trasferiment u
mixi ’l quddiem;
(d) jaccerta li kull livell u procedura msemmija f’dawn ir-
regolamenti jkunu qeghdin jigu implimentati;
(e) jakkredita l-programmi ta’ edukazzjoni u tahrig
vokazzjonali moghtija minn agenziji ta’ tahrig;
(f) japprova certifikati mahruga minn agenziji ta’ tahrig;
(g) jzomm u johrog records ufficjali ta’ certifikati
moghtija;
(h) jippromwovi Sistema Nazzjonali ta’ Kwalifiki
Professjonali u Vokazzjonali;
(i) jirregola l-proceduri tal-Bordijiet mahtura minnu;
KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA g L.S.343.26 3
(j) jwettaq kull funzjoni ohra li l-Ministru responsabbli
ghall-edukazzjoni f’konsultazzjoni mal-Ministru
responsabbli ghall-impiegi jista’ jitlob minn zmien
ghal zmien.
(3) Fit-twettiq tal-funzjonijiet tieghu l-Kunsill ghandu jizgura
konsultazzjoni shiha u xierqa ma’ l-awtoritajiet responsabbli ghal
edukazzjoni u tahrig professjonali u vokazzjonali.
(4) Il-pubblikazzjoni ta’ livelli u proceduci msemmija f’dan ir-
regolament ghandhom ikunu f’dik l-ghamla u b’dak il-mod li l-
Kunsill iqis li jkunu xierqa.
(5) Fit-twettiq-tal-funzjonijiet tieghu kif ukoll fl-
implimentazzjoni tal-livelli u proceduri rilevanti, il-Kunsill ghandu
jizgura li jkun hemm trasparenza, konsistenza u imparzjalita
adegwati.
Segretarjat tal-
Kunsill.
6. (1) Ghandu jigi stabbilit Segretarjat fi hdan il-
Korporazzjoni biex ikun ta’ servizz ghall-Kunsill.
(2) ll-funzjonijiet tas-Segretarjat ikunu -
(a) li jikkordina x-xoghol tal-bordijiet ghall-izvilupp;
(b) li jikkordina x-xoghol tal-bordijiet ghall-valutazzjoni;
(c) li jzorom database ta’ livelli nazzjonali ta’ kompetenzi
professjonali u vokazzjonali fi gradi specifici;
(d) li jzomm database nazzjonali ta’ persuni li jkunu
nghataw Kwalifiki Nazzjonali Professjonali u
Vokazzjonali;
(e) li jipprovdi servizzi ta’ amministrazzjoni generali u
segretarjali lill-Kunsill.
Segretarju 
Ezekuttiv.
7. (1) Il-Kap tas-Segretarjat ikun is-Segretatju Ezekuttiv li
jkun ufficjal nominat ghal dak l-ghan mic-chairperson tal-
Korporazzjoni u mahtur mill-Kunsill.
(2) Is-Segretatju Ezekuttiv ikun ex officio s-Segretarju tal-
Kunsill.
(3) Is-Segretarju Ezekuttiv ikollu d-dmir u l-jedd li jattendi, u
jinstema’ f’kull laqgha tal-Kunsill izda ma jkollux dritt li jivvota.
Bordijiet ghall-
Izvilupp ta’ Livelli 
Professjonali u 
Vokazzjonali.
8. (1) Ghandhom jitwaqqfu mill-Kunsill ghadd ta’ Bordijiet
ghall-Izvilupp ta’ Livelli Professjonali u Vokazzjonali, kif jista’
jkun mehtieg.
(2) Il-hatra ta’ membri tal-Bordijiet ghall-Izvilupp tkun ghal
perjodu ta’ sentejn u kull membru jista’ jkun eligibbli li jerga’ jigi
appuntat.
Funzjonijiet.
(a) li jizviluppaw livelli ta’ kompetenza professjonali u
vokazzjonali fuq sensiela ta’ kompetenzi progressivi
ta’ konoxxenza, hila u attitudni;
(b) li jirrevedu dawk il-livelli ta’ kompetenza regolarment
biex jirriflettu zviluppi xjentifici u teknologici, kif
4 L.S.343.26 h KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA
ukoll rilevanza ghas-suq tax-xoghol;
(c) li jorganizzaw b’mod regolari sessjonijiet ta’
konsultazzjoni mas-siehba socjali interessati bil-ghan
li tigi assigurata rilevanza;
(d) li jissottomettu x’ikunu l-livelli ta’ kompetenza ghall-
approvazzjoni tal-Kunsill;
(e) li jkollhom kollegament mal-bordijiet ghall-
valutazzjoni.
Komposizzjoni. (4) Il-bordijiet ghall-izvilupp ghandhom kull wiehed ikun
responsabbli ghal xi qasam ta’ kompetenza partikolari u jkunu
maghmula minn:
(a) chairperson li jkun jifhem fil-htigiet ghal kompetenza
f’hidmiet partikolari;
(b) zewg persuni li jkollhom kwalifiki u esperjenza
rilevanti u li jkunu gejjin minn istituzzjonijiet ta’
taghlim u, jew tahrig;
(c) zewg persuni li jirrapprezentaw stabbilimenti
industrijali jew kummercjali, korpi professjonali jew
entijiet ohra li jkunu kompetenti fil-qasam ta’
kompetenza li ghandu jigi zviluppat.
Bordijiet ghall-
Valutazzjoni ta’ 
Livelli 
Professjonali u 
Vokazzjonali.
9. (1) Ghandhom jitwaqqfu mill-Kunsill ghadd ta’ Bordijiet
ghall-Valutazzjoni ta’ Livelli Professjonali u Vokazzjonali, kif
jista’ jkun mehtieg.
(2) Il-funzjonijiet tal-bordijiet ghall-valutazzjoni jkunu:
(a) li jifformulaw proceduri ta’ valutazzjoni xierqa skond
l-oqsma ta’ kompetenza partikolari;
(b) li jaghmlu valutazzjonijiet biex jizguraw il-kisba ta’
livelli ta’ kompetenza professjonali u vokazzjonali;
(c) li jizguraw li jkun hemm valutazzjoni rigoruza u
konsistenti;
(d) li jissottomettu rapport dettaljat lill-Kunsill wara kull
sessjoni ta’ valutazzjoni.
Komposizzjoni. (3) Il-bordijiet ghall-valutazzjoni ghandhom ikunu maghmula
kif gej:
(a) chairperson li jkun jithem fil-htigiet ta’ kompetenza
f’hidmiet partikolari;
(b) persuna li jkollha kwalifila u esperjenza rilevanti u li
tkun gejja minn istituzzjonijiet ta’ taghlim u, jew
tahrig;
(c) persuna li tkun tirrapprezenta stabbilimenti industrijali
jew kummercjali, korpi professjonali jew entijiet ohra
u li tkun kompetenti fil-qasam li ghandu jigi valutat.
(4) Il-hatra ta’ membri tal-bordijiet ghall-valutazzjoni tkun
ghal perjodu ta’ sentejn u kull membru jista’ jkun eligibbli li jerga’
jigi appuntat.
Korpi aggudikanti. 10. (1) Ic-certifikati dwar Kwalifiki Nazzjonali Professjonali
KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA g L.S.343.26 5
u Vokazzjonali ghandhom ikunu approvati mill-Kunsill u mahruga
minn agenziji ghat-tahrig lil dawk il-persuni li jkunu iskritti
maghhom. Fil-kazijiet l-ohra kollha c-certifikati ghandhom
jinhargu mill-Korporazzjoni u jigu approvati mill-Kunsill.
(2) F’kull kaz imsemmi fis-subregolament (1) ic-certifikati
ghandhom jinhargu jew wara li tkun saret valutazzjoni posittiva
mill-bord ghall-valutazzjoni adattat inkella mill-agenzija ghat-
tahrig li tkun ipprovdiet il-programmi ta’ tahrig akkreditati mill-
Kunsill.
Livelli ta’ 
kompetenza.
11. Il-Kwalifiki Nazzjonali Professjonali u Vokazzjonali
ghandhom ikunu klassifikati f’hames livelli ta’ kompetenza kif
stabbiliti fl-Iskeda, li jiddeskrivu l-hiliet u l-konoxxenza mehtiega
biex wiehed ikun jista’ jwettaq xoghol f’livell specifiku b’mod
effettiv. Il-Kunsill ghandu jkun iggwidat b’dawn il-livelli biex jigu
klassifikati livelli nazzjonali ta’ konoxxenza, kompetenza fil-hila
ghal kull taqsima okkupazzjonali.
Meta ma 
japplikawx dawjn 
ir-regolamenti.
12. Dawn ir-regolamenti ma japplikawx ghal kull xoghol li fil-
hidma tieghu jehtieg il-hrug ta’ warrant jew ta’ certifikat, jew
registrazzjoni skond xi ligi ohra.
SKEDA
(Regolament 11)
Livelli ta’ Kompetenza
Livell 1
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaci jwettaq
xoghol relattivament hafif li jkollu bzonn hiliet li jistghu jinkisbu
malajr permezz ta’ programm ta’ tahrig li jsir barra mill-iskola.
Livell 2
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaci jahdem
f’xi attivita  specifika filwaqt li jkun kapaci juza l-istrumenti u t-
teknika li ghandhom x’jaqsmu maghha minghajr ebda direzzjoni.
Livell 3
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaci
jippartecipa f’xoghol tekniku li jista’ jitwettaq b’mod indipendenti
u, jew li jkun jimplika dmirijiet ta’ esekuzzjoni u kordinazzjoni.
Livell 4
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaci
generalment jahdem b’mod awtonomu jew indipendenti hekk li
jassumi, jifformula u, jew imexxi u, jew ikollu responsabbiltajiet
amministrattivi. Id-detentur ma jkunx generalment mehtieg li jkun
imharreg sew fis-sisien xjentifici tad-diversi oqsma involuti.
Livell 5
Id-detentur ta’ kwalifika f’dan il-livell irid ikun kapaci jwettaq xi
attivita  vokazzjonali li jidhol ghaliha b’mod awtonomu bhala
6 L.S.343.26 h KWALIFIKI PROFESSJONALI U VOKAZZJONALI TA’ MALTA
principal jew haddiem ghal rasu, li tkun tirrikjedi maestranza tas-
sisien xjentifici tal-hidma.
