PROCEDURA SPECJALI AMMINISTRATTIVA g L.S.350.07 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.07
REGOLAMENTI DWAR PROCEDURA SPECJALI 
AMMINISTRATTIVA
1 ta’ Settembru, 2000
L-AVVIZ LEGALI 162 ta’ l-2000.
Titolu.
Procedura Specjali Amministrattiva.
Tifsir.
Kap. 350.
"Awtorita " tfisser l-Awtorita  tax-Xandir imwaqqfa bl-artikolu
118 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta;
"Chief Executive" tfisser ic-Chief Executive ta’ l-Awtorita  jew
kull ufficjal jew impjegat iehor ta’ l-istess Awtorita  izda ma
tinkludix lis-Segretarju ta’ l-Awtorita ;
"kodici" tifsser il-Kodici ghall-Investigazzjoni u ghad-
Determinazzjoni ta’ Ilmenti;
"persuna li taghmel ilment" tfisser terza persuna milquta li titlob
lill-Awtorita  biex din tara li xandar jikkonforma mad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att;
"Segretarju" tfisser is-Segretarju ta’ l-Awtorita  jew kull ufficjal
jew impjegat iehor ta’ l-istess Awtorita  izda ma tinkludix lic-Chief
Executive ta’ l-Awtorita .
(2) Kliem u frazijiet uzati f’dawn ir-regolamenti ghandhom
jinghataw l-istess tifsir moghti lilhom fl-Att.
Ic-Chief Executive 
ghandu jaghti 
avviz ta’ akkuza.
3. (1) Ic-Chief Executive ghandu jaghti avviz ta’ akkuza lil
xandar.
(2) Fl-imsemmi avviz, ic-Chief Executive ghandu jirreferi
ghad-disposizzjonijiet rilevanti ta’ l-Att jew tar-regoli, jew tar-
regolamenti jew kodicijiet maghmula tahtu li x-xandar ikun qed jigi
akkuzat li jkun kiser.
(3) F’dak l-avviz, ic-Chief Executive ghandu wkoll jgharraf lix-
xandar bil-penali li hemm ghal dak il-ksur fil-kaz li jinsab hati u
dwar l-ammont tal-penali mnaqqsa li tista’ tithallas mix-xandar u
dwar il-perijodu li fih din tista’ tithallas li kieku x-xandar kellu
jaghzel li jhallas penali mnaqqsa skond il-Hames Skeda li tinsab
ma’ l-Att.
(4) Wara li l-Awtorita  tkun semghet it-trattazzjoni orali tac-
Chief Executive u tax-xandar, ic-Chief Executive u x-xandar
ghandhom jirtiraw mis-seduta ta’ l-Awtorita  meta l-Awtorita  tkun
ser tghaddi biex tiddiskuti u tiddeciedi l-akkuza.
(5) Is-Segretarju ta’ l-Awtorita  ghandu jikkomunika bil-miktub
id-decizjoni ta’ l-Awtorita  lic-Chief Executive u lix-xandar.
2 L.S.350.07 h PROCEDURA SPECJALI AMMINISTRATTIVA
Ilment imressaq 
minn persuna li 
taghmel ilment.
4. Meta ilment jitressaq minn persuna li taghmel ilment ikun
jolqot lil xi wiehed mir-reati msemmija fir-regolament 3(2), il-
procedura stabbilita fil-Kodici ghall-Investigazzjoni u ghad-
Determinazzjoni ta’ Ilmenti ghandha tigi segwita bla hsara ghal
dawn ir-regoli li gejjin:
(a) meta l-persuna li taghmel ilment ma tkunx sodisfatta
bir-risposta tax-xandar u titlob lill-Awtorita  biex
tisma’ u tiddecidi l-ilment tieghu skond ma hu
pprovdut fir-regolament 7 tal-kodici, ic-Chief
Executive ghandu jikkonforma ruhu mad-
disposizzjonijiet tar-regolament 3(1), (2) u (3);
(b) il-procedura stabbilita fir-regolament 3(4) ghandha tigi
segwita mill-Awtorita  u l-persuna li taghmel ilment,
jekk tattendi, ghandha wkoll tirtira mis-seduta ta’ l-
Awtorita ;
(c) il-procedura stabbilita fir-regolamenti 8 sa 16 tal-
kodici ghandha tigi segwita:
Izda c-Chief Executive ghandu jassisti lil-persuna li tressaq
ilment u l-frazi "persuna li taghmel ilment" kulfejn din tidher fir-
regolamenti 8 sa 16 tal-kodici ghandha wkoll tinkludi, ghall-finijiet
ta’ dak kollu li hemm ipprovdut dwaru f’dan ir-regolament
referenza ghac-Chief Executive.
