KODICI TAX-XANDIR DWAR L-UZU TAJJEB 
TA’ L-ILSIEN MALTI FIL-MEZZI TAX-XANDIR g L.S.350.10 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 350.10
KODICI TAX-XANDIR DWAR L-UZU TAJJEB TA’ 
L-ILSIEN MALTI FIL-MEZZI TAX-XANDIR
1 ta’ Ottubru, 2002
L-AVVIZ LEGALI 133 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avvizegali 282 ta’ l-
2002.
Titolu.
Uzu Tajjeb ta’ 1-Ilsien Malti fil-Mezzi tax-Xandir.
Dmirijiet li 
ghandhom ix-
xandara.
2. Ix-xandara ghandhom id-dmir li juzaw l-ilsien Malti sew
billi:
(a) jifhmu r-responsabbilta  li ghandhom li jharsu l-ilsien
Malti;
(b) b’mod specjali fil-kaz tal-gurnalisti, li jimxu ma’ kull
zvilupp li jsehh fl-ilsien Malti, sew jekk mithaddet sew
jekk miktub;
(c) jkunu midhla sew ta’ ilsna ohra sabiex ikunu jistghu
jaghmlu traduzzjonijiet u adattamenti sew;
(d) jghinu lil kull min ikun qieghed jiehu sehem f’xi
programm kif ukoll iwaqqfu lil min jabbuza mill-ilsien
uzat;
(e) jghassu sew, b’mod specjali fil-kaz ta’ programmi
edukattivi, informattivi jew tat-tfal;
(f) jizguraw li l-Malti li jintuza jithaddem sew f’dik li hi
l-lessika, s-semantika, l-grammatika, s-sintassi, l-
morfologija u l-kontenut;
(g) jkunu jafu jhaddmu sew kull aspett ta’ l-ilsien biex dak
li jinghad juri ghaqda, shuhija u jkun jiftiehem sew;
(h) juzaw b’ghaqal kull neologizmu li jidhol fl-ilsien
Malti u, fejn possibbli, jaghmlu dan skond il-
morfologija ezistenti ta’ l-ilsien Malti;
(i) juzaw il-kliem bil-Malti skond l-gherq tieghu ghall-
inqas meta dak il-kliem ma jkunx jidher li hu arkajku
z-zejjed; u
(j) juzaw kliem kemm jista’ jkun car u li jiftiehem sew.
Responsabbilita  li 
ghandhom l-
istazzjonijiet.
Emendat:
A.L. 282 ta’ l-
2002.
3. Hi r-responsabbilta  ta’ kull stazzjon li:
(a) jkollu l-konsulent kwalifikat tieghu fl-ilsien Malti u li
jkun jaf x’inhu jigri fil-qasam tax-xandir. Dan il-
konsulent jigi approvat mill-Awtorita  tax-Xandir wara
konsultazzjoni ma’ l-Akkademja tal-Malti. L-Awtorita
tax-Xandir ghandha wkoll tippubblika l-isem ta’ dak
il-konsulent fil-Gazzetta;
(b) jsegwi r-regoli u d-direttivi li tohrog l-Akkademja tal-
Malti f’dak li hu t-thaddim ta’ l-ilsien Malti;
(c) juza l-ilsien Malti sew f’kull xandira li ssir;
2 L.S.350.10 h
KODICI TAX-XANDIR DWAR L-UZU TAJJEB 
TA’ L-ILSIEN MALTI FIL-MEZZI TAX-XANDIR
(d) josserva kull kondizzjoni li jkun hemm fil-licenza tax-
xandir u li tkun tehtieg li l-ilsien Malti jithaddem
b’mod xieraq; u
(e) jxandar mill-anqas programm wiehed f’kull skeda ta’
programmi biex igib ’il quddiem b’mod pro-attiv l-
ilsien Malti. L-istazzjon ghandu jinforma lill-Awtorita
bid-data u l-hin ta’ dik ix-xandira u ghandu jaghti lill-
Awtorita  tax-Xandir, kopja elettronika tax-xandira
mhux aktar tard minn sebat ijiem minn meta ssir ix-
xandira.
Responsabbilta  li 
ghandha l-Awtorita  
tax-Xandir.
Emendat:
A.L. 282 ta’ l-
2002.
4. Hi r-responsabbilta  ta’ l-Awtorita  tax-Xandir li:
(a) tikkummissjona lill-Akkademja tal-Malti thejji ktejjeb
ta’ referenza li jkun jigbor fih l-elementi ewlenin,
inkluz glossarju, li kull xandar jehtieg li jkollu biex
ikun jista’ jimxi fuqu. Barra minn hekk l-Awtorita
ghandha tikkummissjona t-thejjija ta’ linji direttivi ta’
kif ghandu jintuza sew il-Malti fi programmi fuq
suggetti bhal sports, is-socjologija, l-ekonomija u
oqsma specjalizzati ohra;
(b) meta timpjega programme monitors maghha, tizgura li
dawn il-persuni jkollhom livell gholi ta’ gharfien sew
ta’ l-ilsien Malti;
(c) thejji minn zmien ghal zmien korsijiet fuq l-ilsien
Malti mfassla apposta ghax-xandara;
(d) titlob lill-Akkademja tal-Malti taghtiha lista ta’
persuni mghallma u mharrga fil-Malti li l-istazzjonijiet
tax-xandir ikunu jistghu, jekk ikun hekk mehtieg,
jikkonsultaw ruhhom maghhom;
(e) tistqarr fil-pubbliku l-politika taghha fuq l-ilsien;
(f) tippremja l-prattika tajba permezz ta’ l-ghoti ta’
premju specjali ghat-thaddim ta’ l-ilsien Malti;
(g) minn zmien ghal zmien thejji u tippubblika rapporti
fuq il-qaghda ta’ l-ilsien Malti fuq il-mezzi tax-xandir;
u
(h) tassisti lil The Malta Press Club jilhaq l-ghanijiet
tieghu li jkun korp li jirregola lilu nnifsu fejn tidhol il-
lingwa.
