DRITTIJIET GHALL-UZU TA’ BAGI g L.S.352.08 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 352.08
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET
GHALL-UZU TA’ BAGI
3 ta’ April, 1979
L-AVVIZ LEGALI 44 ta’ l-1979, kif emendat bl-Avvizi Legali 23 ta’ l-
1982, 30 ta’ l-1983 u 12 ta’ l-1985, u bl-Att XVII ta’ l-1991.
Titolu.
Drittijiet ghall-Uzu ta’ Bagi.
Tifsir.
Emendat:
XVII. 1991.81.
Kap. 352.
2. F’dawn ir-regolamenti, "Awtorita " tfisser l-Awtorita
Marittima ta’ Malta stabbilita taht l-Att dwar l-Awtorita  Marittima
ta’ Malta.
Uzu ta’ bagi.
Emendat:
XVII. 1991.81.
3. Ebda kaptan ta’ bastiment ma ghandu juza xi baga li tkun
proprjeta  ta’, jew taht il-kontroll jew il-manigg ta’, jew li tkun
imhaddma mill-Awtorita  minghajr il-permess bil-quddiem ta’ l-
Awtorita .
Htiega ta’ dghajjes 
ta’ l-irmonk.
Emendat:
XVII. 1991.81.
4. Fl-ghoti ta’ permess lil kaptan biex jirmigga l-bastiment
ma’ baga, jew biex thalli dak l-irmigg, l-Awtorita  tista’ tehtieglu li
juza dak in-numru ta’ dghajjes ta’ l-irmonk li fil-fehma ta’ l-
Awtorita  jkunu mehtiega biex jigi zgurat li l-bastiment ma’
jaghmilx xi hsara lill-baga u/jew l-irmigg partikolari.
Ic-cima tal-
bastiment ghandha 
tintrabat mal-holqa 
ta’ baga.
Emendat:
XVII. 1991.81.
5. (1) Hlief jekk mhux bil-permess ta’ l-Awtorita , il-kaptan
ta’ bastiment ghandu jorbot ic-cima tal-bastiment biss mal-holqa
tal-baga izda ma’ ebda parti ohra ta’ l-irmigg.
(2) Il-kaptan ta’ bastiment li jkun irmiggat ma’ baga ghandu
jiehu dawk il-prekawzjonijiet kollha li jkunu mehtiega biex tigi
evitata kull hsara jew sforzi zejda fuq il-baga jew l-irmigg, u,
b’mod partikolari, m’ghandux, minghajr il-permess bil-quddiem ta’
l-Awtorita , juza l-makna tal-bastiment fil-waqt li l-bastiment ikun
marbut mal-baga.
Prekawzjonijiet 
waqt li l-bastiment 
ikun marbut ma’ 
baga.
Emendat:
XVII. 1991.81.
6. Il-kaptan ta’ bastiment li jkun irmiggat ma’ baga ghandu,
fil-hinijiet kollha, ikollu nies bizzejjed abbord biex -
(a) jiehdu hsieb id-dwal u kull sinjali ohra;
(b) izommu l-irmiggi aggustati tajjeb;
(c) inizzlu l-ankra fil-kaz li l-bastiment jinhall;
(d) jgharrfu lill-Awtorita  fil-kaz ta’ kollizjoni mal-
bastiment jew ma’ l-irmiggi.
Tnehhija ta’ 
bastiment li jkun 
qed jeghreq jew li 
jkun se jiggarraf.
Emendat:
XVII. 1991.81.
7. (1) Jekk bastiment jghereq jew jinkalja jew jiggarraf meta
jkun sejjer biex jiehu, ikun qed jiehu, ikun qieghed ma’, jew ikun
qed ihalli, il-baga, is-sid u/jew il-kaptan tal-bastiment ghandu
minnufih jiehu l-bastiment ghal dak l-ankragg jew post iehor li
tindika l-Awtorita .
(2) Jekk il-kaptan jew is-sid tal-bastiment ma jharisx, fi zmien
erbgha u ghoxrin siegha, id-disposizzjoni tas-subregolament (1), l-
Awtorita t ista’ timmarka l-bastiment b’dak id-dawl, baga jew marki
2 L.S.352.08 h DRITTIJIET GHALL-UZU TA’ BAGI
ohra ghar-riskju u ghas-spejjez tal-kaptan jew ta’ sid il-bastiment.
(3) Jekk il-kaptan jew is-sid ma jnehhix, fi zmien hmistax-il
jum jew f’dak iz-zmien itwal jew aqsar li l-Awtorita , fid-
diskrezzjoni assoluta taghha, tista’ tiddeciedi f’kull kaz partikolari,
il-bastiment kif provdut fis-subregolament (1), l-Awtorita t ista’
tiehu l-pussess ta’, tnehhi jew tiddistruggi dak il-bastiment u
nawfragju u tigbor minghand il-kaptan jew is-sid tal-bastiment dak
il-kost u l-ispejjez li jkunu saru mill-Awtorita  kif ukoll kull danni li
jkunu ggarrbu mill-Awtorita .
Impozizzjoni ta’ 
kondizzjonijiet.
Emendat:
XVII. 1991.81.
8. Fl-ghoti ta’ permess ghall-uzu ta’ xi baga kif imsemmi fir-
regolament 3, l-Awtorita  tista’ -
(a) tehtieg minghand il-kaptan, is-sid u/jew l-agent tal-
bastiment obbligazzjoni li tindennizza lill-Awtorita
minn kull hsara li tista' tigri lil xi bastiment li juza dik
il-baga u minn kull hsara li tiggarrab minn xi
bastiment iehor, jew lil hajja jew lil proprjeta  u li
tiggarrab mill-uzu ta’ dik il-baga, u
(b) timponi kull kondizzjoni ohra li tista’ tiddeciedi fid-
diskrezzjoni assoluta taghha.
Drittijiet u hlas 
taghhom.
Emendat:
A.L. 23 ta’ l-1982;
A.L. 30 ta’ l-1983;
XVII. 1991.81.
9. (1) Is-sid, il-kaptan jew l-agent ta’ bastiment li juza baga
kif imsemmija fir-regolament 3 ghandu, b’zieda ma’ kull dritt,
hlasijiet jew rati ohra, ihallas dwar il-bagi murija fl-ewwel kolonna
ta’ l-Iskeda r-rata relattiva ghal kull gurnata jew parti minnha
murija fit-tieni kolonna ta’ l-imsemmija Skeda.
(2) Ir-rata relattiva li ghandha tithallas kif provdut fis-
subregolament (1) tirdoppja meta xi bastiment li juza dik il-baga
ma jkollux l-ekwipagg shih ta’ ufficjali u bahrin tal-gverta u ta’ l-
engine room, jew ma jkollux dak in-numru ta’ ekwipagg ta’
ufficjali u bahrin tal-gverta u ta’ l-engine room kif ikun miftiehem
ma’ l-Awtorita .
(3) L-Awtorita  tista’ titlob li l-hlas ghall-uzu ta’ xi baga kif
imsemmija fir-regolament 3 isir bil-quddiem, u tista’ ukoll titlob
depozitu bil-quddiem dwar dak l-uzu.
(4) L-irmigg ta’ bastiment ma’ xi baga partikolari jkun fid-
diskrezzjoni assoluta ta’ l-Awtorita .
Ezenzjonijiet. 10. Il-Ministru responsabbli ghall-portijiet, bi ftehim mal-
Ministru responsabbli ghall-finanzi, jista’ jezenta lil kull sid,
kaptan jew agent ta’ kull bastiment mill-hlas ta’ kull dritt li
xort’ohra jithallas taht id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir regolamenti.
DRITTIJIET GHALL-UZU TA’ BAGI g L.S.352.08 3
SKEDA Sostitwita:A.L. 23 ta’ l-1982;
A.L. 30 ta’ l-1983;
A.L. 12 ta’ l-1985.
Regolament 9
L-Ewwel Kolonna It-Tieni Kolonna
IL-PORT IL-KBIR
Nru. 14 / 14A / 14B; 15 / 15A Lm100
IL-PORT TA’ MARSAMXETT
Nru. 1 / 1A; 2 / 2A; 3 Lm100
