DRITTIJIET GHAL APPELLI TA’ L-IPPJANAR g L.S.356.02 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.02
REGOLAMENTI DWAR DRITTIJIET
GHAL APPELLI TA’ L-IPPJANAR
1 ta’ Jannar, 1993
L-AVVIZ LEGALI 7 ta’ l-1993, kif emendat bl-Avvizi Legali 169 ta’ l-
1995 u 25 ta’ l-2002.
Titolu.
Drittijiet ghal Appelli ta’ l-Ippjanar.
Tifsir.
mod iehor -
Kap. 356.
"appell" ifisser appell maghmul lill-Bord ta’ l-Appelli dwar l-
Ippjanar, stabbilit bl-artikolu 14 tal-Att;
"talba ghal rikonsiderazzjoni" tfisser talba maghmula lill-
Awtorita  biex terga tikkonsidra d-decizjoni taghha taht l-artikolu
37 tal-Att;
(2) F’dawn ir-regolamenti kull espressjoni mfissra mill-Att
ghandha tinghata l-istess tifsira bhal kif ghandha fl-Att.
Drittijiet.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1995.
Sostitwit:
A.L. 25 ta’ l-2002.
3. Meta jsir appell, jew talba ghal rikonsiderazzjoni, ghar-
rigward ta’ decizjoni ta’ l-Awtorita , li minnha jista’ jsir appell taht
xi disposizzjoni ta’ l-Att, jew meta l-Awtorita  tintalab li terga’
tikkonsidra d-decizjoni taghha, l-applikazzjoni jew it-talba ghandu
jkollu maghha d-dritt dovut stabbilit fir-regolament 5.
Appelli invalidi, 
ecc.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1995.
Sostitwit:
A.L. 25 ta’ l-2002.
4. Appell jew talba ghal rikonsiderazzjoni li ma jkollhiex
maghha d-dritt dovut kif provdut dwaru fir-regolament 3 jkunu
meqjusa nulli u bla effett biss f’dawk il-kazijiet fejn l-appellant jew
l-applikant, skond il-kaz, jonqos milli jhallas tali dritt f’dak iz-
zmien, wara li jkun ghamel appell jew talba ghal rikonsiderazzjoni,
hekk kif il-Bord ta’ l-Appelli jew l-Awtorita , skond il-kaz, jistghu
jistabbilixxu..
Rati ta’ drittijiet.
Emendat:
A.L. 169 ta’ l-
1995;
A.L. 25 ta’ l-2002.
5. Id-drittijiet li ghandhom jithallsu kif ipprovdut fir-
regolament 3(1)(a) huma kif gej:
(a) ghal appelli kontra
decizjoni ta’ l-Awtorita  li
ma jsirux minn terza
persuna interessata ............ 5% tad-dritt tal-
permess ta’ zvilupp,
soggett ghal minimu
ta’ Lm80
2 L.S.356.02 h DRITTIJIET GHAL APPELLI TA’ L-IPPJANAR
Rifuzjoni. 6. Fejn appell ghal talba ta’ rikonsiderazzjoni jintlaqa’ jew
ikun approvat, il-Bord ta’ l-Appelli jew l-Awtorita  jistghu jordnaw
li d-dritt imhallas skond dawn ir-regolamenti, jew parti minnu,
jinghata lura lil-applikant, wara li jitqiesu l-ispejjez amministrattivi
involuti fil-procedura ta’ l-appelli.
Rimbors tad-dritt 
ta’ l-appell mill-
partijiet telliefa 
f’kaz ta’ appell 
minn terza persuna 
li jkollha interess.
Mizjud:
A.L. 25 ta’ l-2002.
Kap. 12.
7. Meta terza persuna interessata tkun ipprezentat appell
quddiem il-Bord ta’ l-Appelli u l-Bord ta’ l-Appelli jaqta’ l-appell
favur dik it-terza persuna interessata, id-dritt ta’ l-appell li jkun
thallas minn dik it-terza persuna interessata ghandu jigi rimborsat
lill-imsemmija terza persuna fi proporzjonijiet indaqs mill-partijiet
telliefa u, ghall-fini ta’ dan ir-regolament, id-decizjoni tal-Bord ta’
l-Appelli ghandha titqies li tkun titolu ezekuttiv bhallikieku kienet
decizjoni ta’ arbitri kif imsemmija fl-artikolu 253(d) tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili ghall-finijiet kollha ta’ dak il-
Kodici.
(b) ghal appelli kontra
decizjoni ta’ l-Awtorita
minn terza persuna li
jkollha interess u li tkun
kunsill lokali .................... 5% tad-dritt tal-
permess ta’ zvilupp,
soggett ghal minimu
ta’ Lm80 u massimu
ta’ Lm2000
(c) ghal appelli kontra
decizjoni ta’ l-Awtorita
minn terza persuna
interessata u li ma tkunx
kunsill lokali .................... 5% tad-dritt tal-
permess ta’ zvilupp,
soggett ghal minimu
ta’ Lm80
(d) ghal appelli kontra avviz
ta’ inforzar ....................... Lm25
(e) ghal talbiet ta’
rikonsiderazzjoni .............. 3% tad-dritt tal-
permess ta’ zvilupp,
soggett ghal minimu
ta’ Lm30.
