PPJANAR TA’ L-IZVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR) g L.S.356.17 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 356.17
REGOLAMENTI DWAR
L-IPPJANAR TA’ L-IZVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR)
1 ta’ Frar, 2002
L-AVVIZ LEGALI 28 ta’ l-2002.
Titolu.
Ippjanar ta’ l-Izvilupp (Obbligazzjonijiet dwar l-Ippjanar).
Tifsir.
titlobx xort’ohra:
Kap. 356.
"l-Awtorita " ghandha l-istess tifsir kif moghti lilha fl-artikolu 2
ta’ l-Att.
"obbligazzjoni dwar l-ippjanar" f’dawn ir-regolamenti ghandha
l-istess tifsira moghtija fl-artikolu 40 ta’ l-Att limitata ghal dawk li
jsiru b’kuntratt pubbliku;
"perijodu rilevanti" ghall-ghanijiet tar-regolament 5(2) tfisser:
(a) dawk il-perijodi li jistghu jigu specifikati skond ir-
regolament 3(1)(b), jew
(b) jekk ebda tali perijodu ma jigi preskritt, il-perijodu ta’
hames snin li jibda jghodd mid-data meta l-
obbligazzjoni ssir b’permezz ta’ kuntratt pubbliku;
"permess ghal zvilupp" tfisser permess biex isir zvilupp moghti
mill-Awtorita  fuq talba ghaldaqshekk.
(2) F’dawn ir-regolamenti kliem imfissra fl-Att ghandhom l-
istess tifsir bhal dak moghti fl-Att.
Tipi ta’ 
obbligazzjonijiet 
dwar l-ippjanar.
3. (1) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar tista’:
(a) tkun minghajr ebda kondizzjonijiet jew suggetta ghal
kondizzjonijiet imposti mill-Awtorita ;
(b) tkun ghal perjodu jew perijodi specifici jew tkun ghal
perijodu ta’ zmien indefinit fir-rigward ta’ xi
restrizzjoni jew htiega imsemmija fl-artikolu 40(2)(a),
(b) jew (c) ta’ l-Att;
(c) jekk tkun tirrikjedi li tithallas somma jew somom ta’
flus bis-sahha ta’ l-artikolu 40(2)(d) ta’ l-Att, tirrikjedi
li tali somma tkun specifikata fil-kuntratt pubbliku li
bih l-applikant jintrabat ma’ l-Awtorita ;
(d) jekk tirrikjedi li somma jew somom jithallsu
perjodikament skond l-artikolu 40(2)(d), tali somma
tista’ tigi rikjesta li tithallas ghal perijodu ta’ zmien
specifikat jew ghal zmien indefinit.
(2) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar li tkun saret b’kuntratt
pubbliku ghandha:
2 L.S.356.17 h
PPJANAR TA’ L-IZVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR)
(a) tinkludi dikjarazzjoni li l-obbligazzjoni hi
obbligazzjoni dwar l-ippjanar ghall-ghan ta’ l-artikolu
40 ta’ l-Att;
(b) tidentifika sew is-sit li dwarha tirrelata l-kondizzjoni
jew l-obbligazzjoni, u
(c) tidentifika bl-ezatt il-persuna li tidhol f’obbligazzjoni
dwar l-ippjanar u l-interess ta’ tali persuna fuq is-sit
hekk identifikat.
Infurzar ta’ 
obbligazzjonijiet 
dwar l-ippjanar.
4. (1) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar ghandha tkun infurzata
mill-Awtorita  kontra l-persuna li fuqu tigi imposta tali
obbligazzjoni jew kontra l-persuna li takkwista b’kull mezz il-
proprjeta  jew id-drittijiet li fuqhom hemm tali permess ghall-
izvilupp kopert bl-obbligazzjoni dwar l-ippjanar.
(2) Jekk l-Awtorita  jidhrilha li xi restrizzjoni, jew htiega
imposta b’obbligazzjoni dwar l-ippjanar kif imsemmi hawn aktar
qabel ma gietx obduta, l-Awtorita  ghandha tinnotifika b’avviz lil
kwalunkwe persuna msemmija fis-subregolament (1), li jehtieg li
jittiehdu dawk il-passi li jistghu jkunu specifikati fl-avviz biex
jikkonformaw ma’ kull tali restrizzjoni jew htiega, f’dak iz-zmien li
jista’ jigi wkoll specifikat fl-avviz, inkluz it-twaqqif ta’ kull haga li
tkun qed issir jew titwettaq.
(3) L-Awtorita  ma ghandhiex taghti inqas minn hmistax-il
gurnata preavviz meta tkun qed tinnotifika avviz kif specifikat fis-
subregolament (2). Madankollu, ordni ta’ twaqqif ta’ kull haga li
tkun qed issir jew tigi maghmula ghandha tigi mharsa minnufih.
(4) L-Awtorita  tista’ wkoll fl-avviz imsemmi fis-
subregolament (2) tirrevoka jew timmodifika l-permess ghall-
izvilupp li jkun kopert b’dik l-obbligazzjoni dwar l-ippjanar,
sakemm tigi esegwita l-obbligazzjoni dwar l-ippjanar jew tithallas
is-somma stipulata, skond il-kaz.
(5) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet fis-subregolamenti (1) sa
(4), ghandhom japplikaw ghal avviz mahrug taht dan l-artikolu, id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 55A ta’ l-Att.
Modifiki u tmiem 
ta’ 
obbligazzjonijiet 
dwar l-ippjanar.
5. (1) Obbligazzjoni dwar l-ippjanar ma tistax tigi modifikata
jew mitmuma hlief:
(a) bi ftehim bejn l-Awtorita  u l-persuna li fuqha tista’ tigi
infurzata l-obbligazzjoni; jew
(b) permezz tas-subartikoli li gejjin.
(2) Persuna suggetta ghall-infurzar ta’ obbligazzjoni dwar l-
ippjanar tista’, wara li ttemm il-perijodu rilevanti, tapplika ghand l-
Awtorita  biex l-obbligazzjoni:
(a) ikollha effett bla hsara ghal dawk il-modifikazzjonijiet
specifikati fl-applikazzjoni; jew
(b) tigi mitmuma.
(3) Applikazzjoni taht is-subregolament (2)(a) ma tistax
tispecifika modifika li tkun timponi kondizzjoni jew obbligazzjoni
fuq persuna ohra li hu wkoll tkun suggetta ghall-infurzar ta’ dik l-
PPJANAR TA’ L-IZVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR) g L.S.356.17 3
obbligazzjoni.
(4) Applikazzjoni taht is-subregolament (2) ghandha ssir fuq
dik il-formola li l-Awtorita  tista’ minn zmien ghal zmien
tispecifika.
(5) Meta ssir tali applikazzjoni lill-Awtorita , l-Awtorita  tista’
tiddeciedi:
(a) li tali obbligazzjoni ghandha tkompli ssehh minghajr
modifiki, jew
(b) li tali obbligazzjoni ghandha tigi mitmuma minhabba li
ma jkunx fadlilha uzu utli,jew
(c) li tali obbligazzjoni ghandha tkompli ssehh bla hsara
ghall-modifiki mehtiega fl-applikazzjoni, jekk tali
obbligazzjoni tkompli daqstant isservi skop utli
b’dawk il-modifiki.
(6) Tali decizjoni ghandha tigi notifikata lill-applikant fi zmien
tliet xhur mid-data li fiha l-Awtorita  tigi notifikata b’tali
applikazzjoni.
(7) Meta l-Awtorita  tiddeciedi li obbligazzjoni dwar l-ippjanar
tibqa’ fis-sehh bla hsara ghall-modifiki msemmija fl-applikazzjoni,
tali obbligazzjoni kif modifikata tigi fis-sehh bhallikieku tkun saret
fid-data meta avviz tad-decizjoni jkun inghata lill-applikant.
Appelli minn 
obbligazzjonijiet 
dwar l-ippjanar.
6. (1) Hemm dritt ta’ appell minn decizjoni ta’ l-Awtorita
lill-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar skond ir-regolamenti 4(2) u
(4) minn kull persuna li tigi notifikata b’tali avviz, fi zmien
hmistax-il jum minn meta jigi hekk notifikat l-avviz skond l-
artikolu 62 ta’ l-Att.
(2) F’kaz ta’ appell imsemmi fis-subregolament (1), il-Bord ta’
l-Appell ghandu jiddeciedi biss jekk obbligazzjoni dwar l-ippjanar
tkunx giet miksura jew pagament ma jkunx sar u jekk tkun
sodisfatta li ebda tali ksur ma jkun sar jew li tali hlas ikun sar
skond l-obbligazzjoni, dan ghandu jilqa’ l-appell.
L.S.356.02
(3) F’kaz ta’ appell bhal dak imsemmi fis-subregolament (1),
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att u tar-Regolamenti dwar Drittijiet ghal
Appelli ta’ l-Ippjanar, dwar il-procedura u d-drittijiet ghal appelli
minn avvizi ta’ infurzar ghandhom japplikaw mutatis mutandis
ghal dawk l-appelli.
(4) Meta l-Awtorita  -
(a) tiddeciedi li obbligazzjoni dwar l-ippjanar ghandha
tkompli fis-sehh jew tkompli fis-sehh minghajr il-
modifiki rikjesti minn applikant skond ir-regolament
5(5), jew
(b) ma taghtix l-avviz tad-decizjoni taghha lill-applikant
fiz-zmien stipulat skond ir-regolament 5(6),
l-applikant jista’ jappella lill-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar fi
zmien tletin gurnata minn meta jigi notifikat bid-decizjoni, jew fi
zmien tletin gurnata minn meta jghaddi il-perjodu stipulat hawn
qabel imsemmi fil-paragrafu (b), skond il-kaz.
4 L.S.356.17 h
PPJANAR TA’ L-IZVILUPP
(OBBLIGAZZJONIJIET DWAR L-IPPJANAR)
L.S.356.02
(5) F’kaz ta’ appell bhal dak imsemmi fis-subregolament (4),
id-disposizzjonijiet ta’ l-Att u tar-Regolamenti dwar Drittijiet ghal
Appelli ta’ l-Ippjanar, dwar proceduri u drittijiet minn rifjuti ta’
permess ghal zvilupp ghandhom japplikaw mutatis mutandis ghal
tali appell.
(6) Fil-kaz tas-subregolament (4)(b), ghall-ghan ta’ l-appell,
ghandu jigi prezunt li l-Awtorita  tkun iddecidiet li l-obbligazzjoni
ghandha tkompli fis-sehh minghajr modifika.
(7) Terza persuna ll jkollha interess m’ghandhiex dritt ta’
appell lill-Bord ta’ l-Appell dwar l-Ippjanar taht ir-regolamenti 3, 4
u 5.
