SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.12
REGOLAMENTI TAS-SAHHA GHALL-
PORTIJIET
18 ta’ Dicembru, 1946
IN-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 622 ta’ l-1946, kif emendata bin-
Notifikazzjoni tal-Gvern 8 ta’ l-1953 u bl-Avvizi Legali 69 ta’ l-1961 u 68
ta’ l-1989.
Titolu.
ghall-Portijiet.
Taqsima I
Dhul
Tifsir.
Emendat:
A.L. 69 ta’ l-1961.
Kap. 36.
2. (1) Il-kelmiet f’dawn ir-Regolamenti, kemm-il darba t-
tifsiriet moghtijin f’dan ir-regolament jew inkella r-rabta tas-sens
ma jitolbux xort’ohra, ghandhom ikollhom it-tifsira bhal ma hemm
fl-Ordinanza dwar it-Tharis mill-Mard.
(2) L-istazzjon tal-kwarantina msemmija f’dawn ir-
Regolamenti jkun l-Lazzarett fil-Port ta’ Marsamxett, jew kull
imkien iehor maghzul ghal dak l-iskop mit-Tabib Principali tal-
Gvern u Suprintendent tas-Sahha Pubblika, u avzat fil-Gazzetta tal-
Gvern.
(3) F’dawn ir-Regolamenti -
"Awtorita  Sanitarja" tfisser it-Tabib Principali tal-Gvern, l-
ufficjal mediku tas-sahha, l-ufficjal mediku tal-port, l-ispetturi
sanitarji tal-port u kull ufficjal mediku iehor imqabbad mit-Tabib
Principali tal-Gvern jew li ghandu s-setgha li jahdem f’isem l-
Awtorita  Sanitarja, jew li jghinha;
"bastiment" ifisser vapur tal-bahar, dghajsa u kull bicca qoxra
ohra ta’ fuq wicc l-ilma;
"deratting certificate" tfisser certifikat mahrug skond l-artikolu
52(4)(a) tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Sahha;
"deratting exemption certificate" tfisser certifikat mahrug skond
l-artikolu 52(4)(b) tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Sahha;
"ekwipagg" tfisser in-nies kollha li jkunu abbord u li jkunu b’xi
mod jahdmu fuq il-bastiment jew man-nies li jkunu abbord jew li
jkollhom x’jaqsmu mat-taghbija;
"far" tfisser kull gerriem u bhima ohra maghrufin li jxerrdu l-
pesta;
"sorveljanza" ifisser illi nies ma jkunux izolati u li jmorru fejn
iridu, imma li dwarhom l-Awtorita  Sanitarja ghandha tkun
imgharrfa fejn ikunu sejrin u fejn sejrin jaslu. Fl-imkien fejn jaslu
huma jistghu jkollhom joqoghdu ghall-vista tat-tabib u jwiegbu l-
mistoqsijiet sabiex ikun maghruf fiex jinsabu fl-indafa. Huma
jistghu wkoll ikunu mgieghla jirrapportaw lill-ufficjal tas-sahha
fejn ser imorru malli jaslu, u, mbaghad, sakemm idumu sorveljati,
2 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
ghal dak iz-zmien li jigi indikat;
"area" tfisser kull qasam art, bhal ma hija provincja, distrett,
dipartiment, commune, gzira, belt, rahal, port;
"area infettata" (minbarra bastiment) ifisser kull imkien fejn ikun
hemm jew jahsbu li jkun hemm pesta (tal-bnedmin jew tal-firien),
kolera, deni isfar, tifu, gidri jew kull marda ohra perikoluza li
tittiehed: izda ebda lok ma jitqies infettat billi fih ikun hemm
kazijiet ta’ mard li jkunu gew minn barra;
"kaptan" tfisser kull ufficjal jew bniedem iehor li jiehu hsieb, jew
jikkmanda l-bastiment;
"kuntatt dirett" tfisser meta bniedem jew ittra jew hwejjeg ta’
kull xorta jkunu abbord, ikun kemm ikun qasir iz-zmien;
"mard li jniggez" ifisser marda li tittiehed u li hemm imxija
taghha, li tkun qawwija, imma ma jinkludix mard venerju;
"ordnijiet mehtiega", ghal dak li hu bastiment, ifissru dawk fost
l-ordnijiet msemmijin fit-Taqsima II ta’ dawn ir-Regolamenti li
jkunu jghoddu ghall-kaz;
"osservazzjon" tfisser l-izolament ta’ nies, sew jekk abbord ta’
bastiment jew f’xi stazzjon tas-sahha, qabel ma tinghatalhom il-
pratka;
"Regolamenti Internazzjonali dwar is-Sahha" tfisser ir-Regola-
menti Internazzjonali dwar is-Sahha adottati mir-Raba’ Assemblea
dwar is-Sahha tad-Dinja fil-25 ta’ Mejju, 1951, kif emendati
b’regolamenti adottati b’xi Assemblea ta’ wara dwar is-Sahha tad-
Dinja;
fil-kelma "stegomyia" jitqies li jidhlu stegomyia calopus, aedes
aegypti u kull nemusa li tista’ iggorr id-deni isfar;
"ufficjal spettur" jfisssru l-ufficjal tad-dwana li jmur abbord, l-
ispetturi sanitarji tal-port u kull bniedem iehor mahtur mill-
Ministru responsabbli ghas-Sahha b’notifikazzjoni fil-Gazzetta tal-
Gvern;
"validu" dwar deratting certificate jew deratting exemption
certificate mahrug ghal bastiment, tfisser dak id-dokument li jkun
hareg mhux izjed minn sitt xhur qabel il-produzzjoni tac-certifikat
lill-ufficjal mediku tal-port, jew jekk, fil-fehma ta’ l-ufficjal
mediku tal-port, il-bastiment ikun sejjer ghal port fejn id-deratting
jew l-ispezzjon, skond il-kaz, ikun ser jigi facilitat, mhux izjed
minn seba’ xhur qabel din l-produzzjoni.
Area mhux 
meqjusa izjed 
bhala infettata.
3. Area ma tibqax titqies li hija infettata meta t-Tabib
Principali tal-Gvern jidhirlu li jkun sar kull ma kien mehtieg biex
ma jixteredx it-tniggiz u li l-periklu ta’ tniggiz minn dik l-area
waqaf.
Taghrifa lill-
pubbliku.
4. Ghandu jinghata avviz lin-nies meta area titqies li hija
infettata jew li m’ghadiex infettata.
Tifsir ta’ "infettat". 5. "Infettat", dwar bastiment li jasal f’dawn il-Gzejjer, tfisser
bastiment -
(a) li fuqu jkollu xi hadd marid bil-pesta, kolera, jew deni
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 3
isfar; jew
(b) li fuqu l-pesta dehret fuq bniedem izjed minn sitt ijiem
wara li tela’ abbord, u li minn dak iz-zmien ma
ttiehdux il-mizuri preskritti; jew
(c) li fuqu jinsabu firien infettati bil-pesta; jew
(d) li fuqu kellu xi hadd marid bil-kolera matul l-hamest
ijiem ta’ qabel ma wasal, u li minn dak iz-zmien ma
ttiehdux il-mizuri preskritti; jew
(e) li fuqu kellu xi hadd marid bid-deni isfar waqt it-tluq
mill-port, jew illi kellu fuqu xi hadd hekk marid matul
is-safra, u illi minn mindu kien hemm l-ahhar kaz ma
ttiehdux ghal dak il-bastiment il-mizuri preskritti.
Tifsir ta’ 
"suspettat".
6. "Suspettat", dwar bastiment li jasal f’dawn il-Gzejjer,
iffiser bastiment -
(a) li fuqu l-pesta dehret fuq bniedem f’xi zmien tul is-sitt
ijiem wara li jkun tela’ abbord u li minn dak iz-zmien
ma ttiehdux il-mizuri preskritti; jew
(b) li fuqu kien hemm inkwiet aktar mis-soltu fost il-
firien, u ma jkunx maghruf ghala gara dan; jew
(c) li fuqu kellu xi hadd marid bil-kolera waqt it-tluq minn
port jew matul is-safra, imma li fuqu hadd izjed ma
kellu l-kolera, matul il-hamest ijiem ta’ qabel ma
wasal, u li minn mindu kien hemm l-ahhar kaz ma
ttiehdux il-mizuri preskritti; jew
(d) li, minn xi area infettata bid-deni isfar jew minn xi
mkien li ghandu x’jaqsam sew ma’ fejn id-deni isfar
jinsab dejjem u minn fejn jixtered, jasal wara safra ta’
inqas minn sitt ijiem jew wara safra itwal jekk hemm
ghaliex wiehed jahseb illi l-bastiment jista’ jkollu fuqu
xi nemus li jista’ igorr id-deni isfar, gej minn dak l-
imkien.
Kolera.
daqqa t’ghajn jidher li huwa kolera ghandu jitqies li huwa tabilhaqq
kolera sakemm zewg ezamijiet batterjologici, li bejniethom ikunu
ghaddew mhux inqas minn erbgha u ghoxrin siegha, ikunu t-tnejn
urew li m’hemmx kolera jew vibrios ohrajn suspetti.
Bastiment "nadif".
minn xi area infettata, jekk abbord ma kien hemm hadd b’mard li
jittiehed, sew waqt it-tluq jew matul is-safra jew meta jasal, u jekk
ispezzjoni ghall-firien ma tkunx uriet li abbord kien hemm imwiet
aktar mis-soltu; u, fil-kaz ta’ bastiment li jasal minn xi area
infettata bid-deni isfar, jekk wara safra ta’ izjed minn sitt ijiem ma
kellu lil hadd abbord marid bid-deni isfar, u sew jekk m’hemmx
ghalfejn wiehed jahseb illi fuqu hemm stegomyia nemus adult jew
jekk ikun ippruvat ghas-sodisfazzjon ta’ l-ufficjal mediku tal-port -
(a) illi l-bastiment, kemm dam fil-port tat-tluq, kien
irmiggat mill-inqas erba’ mitt metru ’l boghod mix-
xtajta abitata u daqshekk ’il boghod mill-bicciet tal-
bahar li jahdmu fil-port illi x’aktarx ma kienx
4 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
daqshekk vicin li jistghu jaslu fuqu n-nemus
(stegomyia); jew
(b) illi l-bastiment, f’hin it-tluq, kien gie mbahhar kif
jehtieg ghall-qirda tan-nemus.
Taqsima II
Bastimenti li jaslu
Stat tas-sahha ta’ 
persuni abbord.
9. Il-kaptan ta’ bastiment li joqrob lejn dawn il-Gzejjer minn
barra ghandu jizgura ruhu mill-istat tas-sahha ta’ kull min ikollu
abbord.
Avviz li ghandu 
jintbaghat lill-
ufficjal mediku tal-
port b’wireless.
10. Il-kaptan ta’ kull bastiment li jkun imghammar b’wireless
li jxandar, jekk waqt li huwa u riesaq lejn Malta minn barra ghandu
xi hadd abbord li jidher li x’aktarx ghandu xi marda li tittiehed u li
mhiex marda tas-sider, jew li jkun hemm xi cirkostanzi li dwarhom
jixraq li tindahal l-Awtorita  Sanitarja, ghandu bil-wireless javza
b’dak kollu li hemm bzonn lill-ufficjal mediku tal-port, jew lil
haddiehor ghalih.
L-avviz tal-wireless ghandu jasal ghand l-ufficjal mediku
tal-port mhux izjed minn tnax u mhux inqas minn erbgha sieghat
qabel il-hin li fih il-bastiment hu mistenni li ghandu jasal Malta.
Kull avviz mibghut b’wireless code lill-ufficjal mediku tal-
port ghandu jkun imfassal fuq dak li jinghad fit-taqsima dwar l-
avvizi tal-kwarantina tas-soltu, li tinsab fl-International Code of
Signals tas-sena 1931.
Taghrifa li 
tintbaghat lill-
ufficjal mediku tal-
port.
11. Jekk, meta bastiment ma jkollux wireless ikun joqrob lejn
Malta minn barra, u xi hadd abbord jidher li x’aktarx ghandu xi
marda li tittiehed u li mhiex marda tas-sider, jew li jkun hemm xi
cirkostanzi li dwarhom jixraq li tindahal l-Awtorita  Sanitarja, il-
kaptan ghandu, jekk ikun jista’, qabel ma jasal il-bastiment jew
inkella minnufih malli jasal, igharraf lill-ufficjal mediku tal-port
dwar l-istat tas-sahha abbord.
Konformita  mas-
sinjali.
12. Il-kaptan ta’ bastiment li jigi minn barra ghandu joqghod
ghal dan li gej dwar is-sinjali:
Sa ma tinghata l-pratka lill-bastiment, ghandu jittella’ dak
is-sinjal li jkun ighodd fost dawn li gejjin:
(a) bi nhar, matul il-hin kollu bejn tlugh u nzul ix-xemx,
fil-limiti tal-port -
(i) il-bandiera Q li tfisser "il-bastiment tieghi hu
nadif u nitlob il-pratka";
(ii) iz-zewg bnadar QQ li jfissru "il-bastiment tieghi
huwa suspettat, jigifieri, qabel l-ahhar hamest
ijiem li ghaddew kelli xi hadd jew xi whud
b’mard li jittiehed, jew li abbord hemm firien
mejta aktar mis-soltu"; jew
(iii) iz-zewg bnadar QL li jfissru "il-bastiment tieghi
huwa infettat, jigifieri, matul l-ahhar hamest
ijiem li ghaddew kelli xi hadd jew xi whud
b’mard li jittiehed".
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 5
Is-sinjal ta’ bi nhar ghandu jitqieghed f’ras l-arblu jew
fejn l-aktar jista’ jidher.
(b) bil-lejl, matul il-hin kollu bejn inzul u tlugh ix-xemx,
imma biss meta l-bastiment ikun fil-limiti tal-port,
sinjal maghmul minn dawl ahmar ’il fuq u dawl abjad
tahtu, imbeghdin mhux iktar minn metru punt tmienja
minn xulxin, li jfisser "ma ghandix pratka".
Is-sinjal ta’ bil-lejl ghandu jintwera mit-tarf tal-pinnur
jew xi mkien iehor li jaghti fil-ghajn u fejn ikun jista’
l-aktar jidher.
Bastiment infettat 
ghandu jibqa’ barra 
l-port.
13. Il-kaptan ta’ kull bastiment li jkun infettat jew suspettat,
meta jasal fuq Malta, ghandu jibqa’ barra l-limiti tal-port, u, jekk
ikun lahaq dahal fil-port, ghandu jtella’ is-sinjal imsemmi fir-
regolament ta’ qabel dan, u jgharraf minnufih lill-ufficjal mediku
tal-port.
L-ufficjal mediku tal-port ghandu fuq hekk jitla’ abbord
dak il-bastiment u jaghti dawk l-ordnijiet illi l-kaz jitlob skond
dawn ir-Regolamenti.
Produzzjoni ta’ 
deratting 
exemption 
certificate.
Mizjud:
A.L. 69 ta’ l-1961.
14. (1) Jekk il-kaptan ta’ bastiment li jasal Malta minn barra
ma jkunx jista’ jipproduci lill-ufficjal mediku tal-port deratting
certificate validu jew deratting exemption certificate validu dwar
il-bastiment, l-ufficjal mediku tal-port ghandu jordna li l-bastiment
jigi spezzjonat biex jizgura jekk ikunx mizmum f’dik il-
kundizzjoni illi n-numru ta’ gerriema abbord ikun negligibbli.
(2) Jekk, wara li l-bastiment ikun gie spezzjonat, l-ufficjal
mediku tal-port ikun sodisfatt illi l-bastiment ikun hieles minn
gerriema jew ikun mizmum f’dik il-kundizzjoni iilli n-numru ta’
gerriema abbord ikun negligibbli, huwa ghandu johrog deratting
exemption certificate.
(3) Jekk, wara li l-bastiment ikun gie spezzjonat, l-ufficjal
mediku tal-port ma jkunx hekk soddisfatt, huwa ghandu jehtieg li l-
bastiment jigi deratted b’dak il-mod li jigi stabbilit minnu.
(4) ll-kaptan ghandu minnufih jaghmel arrangamenti ghal kull
deratting mehtieg mill-ufficjal mediku tal-port.
(5) Meta jkun tlesta d-deratting ghas-sodisfazzjon ta’ l-ufficjal
mediku tal-port, huwa ghandu johrog deratting certificate.
Applikazzjoni ghal 
deratting 
exemption 
certificate.
Mizjud:
A.L. 69 ta’ l-1961.
15. Meta jircievi applikazzjoni bil-miktub mis-sid ta’
bastiment f’Malta, jew mill-kaptan li jagixxi ghal u f’isem is-sid,
ghal deratting exemption certificate jew ghal deratting certificate
dwar il-bastiment, l-ufficjal mediku tal-port ghandu jiehu kull passi
li jidhrulu mehtiega biex jissodisfa lilu nnifsu illi l-bastiment ikun
mizmum f’dik il-kundizzjoni illi n-numru ta’ gerriema abbord ikun
negligibbli, jew jaghti direttivi ghad-deratting tal-bastiment, kif il-
kaz jehtieg, u, wara li jkun sodisfatt dwar il-kundizzjoni tal-
bastiment jew li d-deratting ikun gie maghmul kif imiss, huwa
ghandu johrog ic-certifikat xieraq.
6 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
Forma ta’ deratting 
exemption 
certificate.
Mizjud:
A.L. 69 ta’ l-1961.
16. (1) Kull deratting certificate u deratting exemption
certificate ghandu jkun fil-formula specifikata fl-Ewwel Skeda li
tinsab ma’ dawn ir-Regolamenti.
(2) Kopja ta’ kull certifikat li jkun inhareg ghandha tinzamm
fl-Ufficcju tas-Sahha tal-Portijiet.
Dritt ghal 
spezzjon.
Mizjud:
A.L. 69 ta’ l-1961.
17. It-Tabib Principali tal-Gvern ghandu jigbor id-dritt
specifikat fit-Tieni Kolonna tat-Tieni Skeda ta’ dawn ir-
Regolamenti ghal kull ispezzjoni ghall-hrug tac-certifikati
imsemmija, skond it-tunnellagg tal-bastiment li ghalih johorgu c-
certifikati.
PESTA
Pesta. 18. Fil-kaz ta’ pesta, ghandhom johorgu dawn l-ordnijiet:
A. Bastimenti infettati:
(i) Il-bastiment ghandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord ghandu jigi nvistat mit-tabib.
(ii) Il-morda ghandhom minnufih jigu mnizzlin
minn abbord u izolati fl-istazzjon tal-
kwarantina.
(iii) In-nies kollha li kienu hdejn il-morda u dawk illi
l-ufficjal mediku tal-port ghandu ghalfejn jahseb
li huma suspetti ghandhom jitnizzlu minn
abbord, jekk dan jista’ jkun. Huma ghandhom
jitqieghdu taht osservazzjoni jew taht
sorveljanza jew taht osservazzjoni u mbaghad
taht sorveljanza, kemm-il darba z-zmien kollu
hekk mehtieg ma jkunx aktar minn sitt ijiem
minn meta ikun wasal il-bastiment.
(iv) Matul iz-zmien kollu ta’ izolament jew
sorveljanza, in-nies ta’ l-ekwipagg jistghu ma
jithallewx jinzlu minn abbord.
(v) Il-friex li jkun gie wzat, il-hwejjeg ta’ taht
mahmuga, l-ilbies ta’ fuq u kull hag’ohra li, fil-
fehma ta’ l-ufficjal mediku tal-port, huma
infettati, ghandhom jigu dizinfettati.
(vi) In-nahiet tal-bastiment fejn kien hemm nies
morda bil-pesta jew illi, fil-fehma ta’ l-ufficjal
mediku tal-port, ikunu infettati, ghandhom ikunu
dizinfettati.
(vii) L-ufficjal mediku tal-port jista’ jordna li l-
bastiment jigi mnaddaf mill-firien qabel ma
tinhatt it-taghbija jekk, wara li jkun qies ix-xorta
tat-taghbija u kif kienet mahzuna, jidhirlu li t-
tindif mill-firien jista’ jsir qabel ma jsir il-hatt
tat-taghbija. Jekk il-bastiment ma jkunx tnaddaf
mill-firien qabel ma nhattet it-taghbija, jista’
jkun ordnat li l-bastiment ikun mnaddaf mill-
firien minnufih malli l-istivi jkunu mbattla. Jekk
ikun bis-saborra, il-bastiment jista’ jitnaddaf
mill-firien qabel ma tittiehed merkanzija abbord.
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 7
Jekk jitqies li ma jistax isir tindif ghal kollox
mill-firien, ghandhom jittiehdu, ghas-
sodisfazzjon ta’ l-ufficjal mediku tal-port, il-
prekawzjonijiet kollha, anki bl-izolament, sabiex
il-firien ma jkunux jistghu jghaddu mill-
bastiment ghall art, sew matul il-hatt jew f’xi
zmien iehor.
Il-hatt tat-taghbija ghandu jsir taht is-
sorveljanza ta’ l-ufficjal mediku tal-port, li
ghandu jahseb ghal kull ma jkun mehtieg sabiex
it-tniggiz ma jinxteredx.
B. Bastimenti suspettati:
(i) Kull ma jinsab fil-paragrafi (i), (v), (vi) u (vii)
tat-taqsima A ta’ dan ir-regolament, dwar
bastimenti infettati, ikun ighodd ukoll ghal
bastimenti suspettati li ghandhom fuqhom il-
pesta;
(ii) In-nies ta’ l-ekwipagg u l-passiggieri jistghu
jinzammu taht sorveljanza ghal zmien mhux
itwal minn sitt ijiem mill-jum li fih il-bastiment
wasal;
(iii) In-nies ta’ l-ekwipagg jistghu, matul l-istess
zmien, ma jithallewx jinzlu mill-bastiment.
C. Bastimenti ndaf:
Bla hsara ghal dak li jinghad fir-regolament 29, il-
bastimenti ndaf ghandha tinghatalhom il-pratka, imma dawn l-
ordnijiet li gejjin jistghu jinghataw xorta wahda:
(i) ispezzjon minn tabib sabiex jara jekk il-
bastiment ghandux jinghadd bhala bastiment
nadif.
(ii) biex jinqerdu l-firien abbord.
(iii) l-ekwipagg u l-passiggieri jistghu jitqieghdu taht
sorveljanza ghal zmien mhux itwal minn sitt
ijiem mill-jum li fih il-basstiment ikun telaq
mill-port infettat. Matul l-istess zmien l-
ekwipagg jista’ ma jithalliex jinzel mill-
bastiment.
KOLERA
Kolera.
A. Bastimenti infettati:
(i) Il-bastiment ghandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord ghandu jkun nvistat mit-tabib.
(ii) Il-morda ghandhom minnufih jitnizzlu minn
abbord u jkunu izolati fl-istazzjon tal-
kwarantina.
(iii) In-nies ta’ l-ekwipagg u l-passiggieri jistghu
jitnizzlu minn abbord u jew jithallew taht
osservazzjoni jew inkella jitqieghdu taht
8 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
sorveljanza ghal zmien mhux itwal minn hamest
ijiem shah mill-jum li fih il-bastiment jasal.
Dawk in-nies li juru, ghas-sodisfazzjon ta’ l-
ufficjal mediku tal-port, illi huma kienu
mlaqqmin kontra l-kolera fi zmien is-sitt xhur
ta’ qabel, barra l-ahhar sitt ijiem, jistghu jkunu
mqieghdin taht sorveljanza, izda mhux taht
osservazzjoni.
(iv) Il-friex li jkun gie wzat, il-hwejjeg ta’ taht
mahmuga, l-ilbies ta’ fuq u kull hag’ohra li, fil-
fehma ta’ l-ufficjal mediku tal-port, kienu ftit
zmien qabel infettati, ghandhom ikunu
dizinfettati.
(v) In-nahiet tal-bastiment fejn kien hemm nies
infettati bil-kolera jew illi l-ufficjal mediku tal-
port jidhirlu li huma infettati, ghandhom ikunu
dizinfettati.
(vi) Il-hatt ghandu jsir taht it-tmexxija ta’ l-ufficjal
mediku tal-port, li ghandu jahseb ghal kull ma
jkun mehtieg sabiex l-infezzjoni ma tinxteredx.
(vii) Meta jkun hemm suspett fuq l-ilma tax-xorb
mahzun abbord, dak l-ilma ghandu jitbattal wara
li jkun dizinfettat u, wara li t-tankijiet ikunu gew
dizinfettati, jinbidel b’ilma iehor ghax-xorb li
ma jkunx infettat.
(viii) L-ufficjal mediku tal-port jista’ ma jhallix illi l-
ilma tas-saborra jitbattal fil-port qabel ma jkun
dizinfettat, jekk dak l-ilma kien tqieghed abbord
f’port infettat.
(ix) It-tbattil jew rimi fl-ibhra tal-port ta’ hmieg tal-
bnedmin, kif ukoll ta’ l-ilma tar-rimi tal-
bastiment, jista’ jkun projbit, kemm-il darba
dawk ma jkunux gew dizinfettati ghas-
sodisfazzjon ta’ l-ufficjal mediku tal-port.
B. Bastimenti suspettati:
(i) Kull ma jinsab fil-paragrafi (i), (iv), (v), (vii),
(viii) u (ix) tat-taqsima A ta’ dan ir-regolament,
dwar bastimenti infettati, ighodd ukoll ghal
bastimenti suspettati li ghandhom fuqhom il-
kolera.
(ii) In-nies ta’ l-ekwipagg u l-passiggieri jistghu
jinzammu taht sorveljanza ghal zmien mhux
itwal minn sitt ijiem shah mill-jum li fih il-
bastiment ikun wasal.
(iii) In-nies ta’ l-ekwipagg jistghu, ghall-istess tul ta’
zmien, ma jithallewx jinzlu minn abbord.
C. Bastimenti ndaf:
Bla hsara ghal dak li jinghad fir-regolament 29, il-
bastimenti ndaf ghandha tinghatalhom il-pratka, izda jistghu
jinghatawlhom l-ordnijiet imsemmijin fil-paragrafi (i), (vii), (viii)
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 9
u (ix) tat-taqsima A ta’ dan ir-regolament.
L-ekwipagg u l-passiggieri jistghu jitqieghdu taht
sorveljanza ghal zmien mhux itwal minn hamest ijiem mill-jum li
fih il-basstiment ikun wasal. L-ekwipagg jista’, matul l-istess
zmien, ma jithalliex jinzel minn abbord.
DENI ISFAR
Deni isfar.
A. Bastimenti infettati:
(i) Il-bastiment ghandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord ghandu jkun nvistat mit-tabib.
(ii) Il-morda ghandhom minnufih jitnizzlu minn
abbord, u dawk fosthom li jkunu jinsabu fl-
ewwel hamest ijiem tal-marda ghandhom jigu
izolati b’mod illi ma jistax ikun hemm tniggiz
ta’ nemus.
(iii) In-nies l-ohra li jinzlu minn abbord ghandhom
jitqieghdu taht osservazzjoni fejn m’hemmx
nemus kif japprova t-Tabib Principali tal-Gvern
u/jew taht dawk il-kondizzjonijiet li jkunu
specifikati minn dak it-tabib, ghal zmien sitt
ijiem mill-hin li fih ikunu nizlu l-art:
Izda bniedem nadif li jkollu certifikat siewi
ta’ tilqim kontra d-deni isfar ma jigix imqieghed
kwarantina ghall-kontroll tad-deni isfar:
Izda ukoll bniedem li jkollu certifikat ta’
urgenza jista’ jithalla li jmur fejn irid u jitlaq
minghajr xkiel, matul l-imsemmijin sitt ijiem
imma jista’ ikun imgieghel li jghaddi l-lejl f’xi
mkien fejn m’hemmx nemus, approvat mit-Tabib
Principali tal-Gvern.
(iv) Il-bastiment ghandu jkun irmiggat mill-inqas
erba’ mitt metru mix-xtajta u daqshekk il-
boghod mill-bicciet tal-bahar li jahdmu fil-port
illi stegomyia x’aktarx ma jaslux fuqhom.
(v) Kull xorta ta’ nemus ghandha tinqered abbord,
kemm jista’ jkun qabel il-hatt tat-taghbija. Jekk
il-hatt isir qabel ma jinqered in-nemus, in-nies li
jkunu hadmu fil-hatt ghandhom jitqieghdu taht
osservazzjoni jew sorveljanza ghal zmien mhux
itwal minn sitt ijiem minn meta jkunu waqfu
mill-hatt.
B. Bastimenti suspettati:
Kull ma jinsab fil-paragrafi (i), (iii), (iv), u (v) tat-taqsima
A ta’ dan ir-regolament, dwar bastimenti infettati, ighodd ukoll
ghal bastimenti suspettati li ghandhom fuqhom id-deni isfar.
Madankollu, jekk is-safra tkun damet inqas minn sitt ijiem
u jkun ippruvat ghas-sodisfazzjon ta’ l-ufficjal mediku tal-port-
(a) illi l-bastiment, kemm dam fil-port tat-tluq, kien
10 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
irmiggat f’boghod ta’ mill-anqas erba’ mitt metru
minn xatt abitat u daqshekk ’il boghod mill-bicciet tal-
bahar li jahdmu fil-port illi x’aktarx stegomyia ma
jaslux fuqhom;
(b) jew illi l-bastiment, fil-hin tat-tluq, kien gie mbahhar
kif jinhtieg ghall qirda tan-nemus,
il-bastiment ghandu biss jitqieghed ghall-ordnijiet imsemmijin fil-
paragrafi (i) u (iii) tat-taqsima A ta’ dan ir-regolament.
C. Bastimenti ndaf:
Bla hsara ghal dak li jinghad fir-regolament 29, il-
bastimenti ndaf ghandha tinghatalhom il-pratka wara l-ispezzjon
tat-tabib.
Certifikat ta’ tilqim 
kontra d-deni isfar.
Emendat:
N.G. 8 ta’ l-1953.
21. Certifikat validu ta’ tilqim kontra d-deni isfar ifisser
certifikat li jghid li min jurih gie mlaqqam kontra d-deni isfar,
kemm-il darba jkunu ghaddew -
(i) izjed minn ghaxart ijiem u inqas minn sitt snin
mill-jum tat-tilqim;
(ii) inqas minn sitt snin mill-jum ta’ tilqim mill-gdid
li sar fi zmien sitt snin wara t-tilqim ta’ qablu;
(iii) izjed minn ghaxart ijiem u inqas minn sitt snin
mill-jum tat-tilqim mill-gdid li sar wara li jkunu
ghaddew izjed minn sitt snin wara t-tilqim ta’
qablu:
Izda certifikat li jghid illi min jurih fieq
minn attakk ta’ deni isfar u illi huwa imsemmi
ghad-deni isfar, kif ikun deher minn ezami li
jkun sar minn istitut li soltu jaghmel ezamijiet
bijologici ghad-deni isfar, jigi accettat minflok
certifikat validu ta’ tilqim kontra d-deni isfar.
Certifikat ta’ 
ghagla.
22. Certifikat ta’ urgenza jfisser certifikat iffirmat jew
kontroffirmat mill-Prim Ministru li jghid illi huwa mehtieg li min
ikun jithalla jghaddi minghajr xkiel.
TIFU EXANTHEMATOUS
Tifu. 23. Fil-kaz ta’ tifu, dwar bastimenti li matul is-safra jew, jekk
is-safra tkun damet izjed minn sitt gimghat, fi zmien l-ahhar sitt
gimghat, kellhom, jew meta jaslu, ikollhom, kaz ta’ tifu abbord,
jistghu johorgu dawn l-ordnijiet:
(i) Il-bastiment ghandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord ghandu jkun invistat mit-tabib.
(ii) Il-morda ghandhom minnufih jitnizzlu minn
abbord, jitwarrbu u jitnaddfu mid-dud.
(iii) Kull bniedem iehor li jkun hemm ghalfejn
wiehed jahseb li ghandu fuqu d-dud, jew li kien
espost ghat-tniggiz, ghandu wkoll ikun imnaddaf
mid-dud u jista’ jkun imqieghed taht sorveljanza
ghal zmien mhux itwal minn tnax-il jum mill-
jum li fih huwa jkun gie mnaddaf mid-dud.
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 11
(iv) Il-friex li jkun gie wzat, il-hwejjeg ta’ taht
mahmuga, l-ilbies ta’ fuq u kull hag’ohra li, fil-
fehma ta’ l-ufficjal mediku tal-port, huma
infettati, ghandhom ikunu dizinfettati u/jew
imnaddfin mid-dud.
(v) In-nahiet tal-bastiment fejn kien hemm nies
morda bit-tifu jew illi l-ufficjal mediku tal-port
jidhirlu li huma infettati, ghandhom ikunu
dizinfettati u mnaddfin mid-dud.
Bla hsara ghal dak li jinghad fir-regolament 29, il-
bastiment ghandu mbaghad tinghatalu l-pratka.
In-nies li jinzlu minn abbord bastiment li ma kellu hadd
marid bit-tifu abbord, imma li, fit-tnax-il jum ta’ qabel, ikunu telqu
minn xi area fejn kien hemm epidemija tat-tifu, jistghu jkunu
imqieghdin taht sorveljanza ghal zmien mhux itwal minn tnax-il
jum mill-jum li fih il-bastiment telaq mill-area infettata.
GIDRI
Gidri.
is-safra tkun damet izjed minn sitt gimghat, fl-ahhar sitt gimghat,
kellhom, jew meta jaslu, ikollhom, kaz ta’ gidri abbord, jistghu
johorgu dawn l-ordnijiet:
(i) Il-bastiment ghandu jkun spezzjonat u kull min
ikun abbord ghandu jkun invistat mit-tabib.
(ii) Il-morda ghandhom minnufih jitnizzlu minn
abbord u jigu izolati.
(iii) Kull bniedem iehor li l-ufficjal mediku tal-port
ikollu ragjonevolment jahseb li kien espost ghat-
tniggiz waqt li kien abbord, u li, fil-fehma ta’ l-
ufficjal mediku tal-port, ma jkunx imhares
bizzejjed b’tilqim li jkun sar ricentement, jew
billi kellu l-gidri, qabel, jista’ jigi mgieghel li
jitlaqqam jew li jitqieghed taht osservazzjoni
jew sorveljanza jew jista’ jigi mgieghel li
jitlaqqam u mbaghad jitqieghed taht
osservazzjoni jew sorveljanza ghal zmien ta’
mhux aktar minn erbatax-il jum mill-jum li fih
il-bastiment ikun wasal.
(iv) Il-friex li jkun gie wzat, il-hwejjeg ta’ taht
mahmuga, l-ilbies ta’ fuq u kull hag’ohra li l-
ufficjal mediku tal-port jidhirlu li gew infettati
ftit zmien qabel, ghandhom ikunu dizinfettati.
(v) In-nahiet tal-bastiment fejn kien hemm nies
morda bil-gidri jew illi l-ufficjal mediku tal-port
jidhirlu li huma infettati, ghandhom ikunu
dizinfettati.
Bla hsara ghal dak li jinghad fir-regolament 29, wara li jsir
dan kollu, ghandha tinghata l-pratka lill-bastiment.
In-nies li jinzlu minn abbord bastiment li ma kellu hadd
marid bil-gidri abbord, imma li, fl-erbatax-il jum ta’ qabel, ikunu
12 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
telqu minn xi area fejn kien hemm epidemija tal-gidri, jistghu jigu
mgieghla li jitlaqqmu u jitqieghdu taht sorveljanza ghal zmien
mhux itwal minn erbatax-il jum mill-jum li fih il-bastiment telaq
mill-imkien infettati.
Ghal dan ir-regolament "tilqim li sar ricentement" ghandu
jiftiehem li jfisser prova ta’ tilqim li rnexxa u li sar mhux izjed
minn tliet snin u mhux inqas minn erbatax-il jum qabel, jew prova
li l-imlaqqam ma jiehux il-gidri li deher fi zmien tnejn u sebghin
siegha mill-hin tat-tilqim.
MARD IEHOR LI JNIGGEZ
Mard iehor li 
jittiehed.
25. Jekk abbord ta’ bastiment li jidhol jew jasal fil-port ikun
hemm xi hadd b’mard li jittiehed li ma jkunx pesta, kolera, deni
isfar, tifu jew gidri, jistghu johorgu dawn l-ordnijiet:
(i) zbark u izolament tal-morda;
(ii) dizinfettar ta’ dawk in-nahiet tal-bastiment fejn
kien hemm il-morda;
(iii) dizinfettar tal-hwejjeg ta’ taht mahmuga, ta’ l-
ilbies ta’ fuq u ta’ kull haga ohra illi l-ufficjal
mediku tal-port jqis li huma infettati;
(iv) xi ordnijiet imsemmija fir-regolament 29.
Taqsima III
Bastimenti fil-port
Bastimenti fil-port. 26. Biex ma jigarrx mard ghal barra minn Malta, l-ufficjal
mediku tal-port jista’ -
(a) jinvista kull persuna li tkun bi hsieba li titlaq ma’
bastiment, li huwa jahseb li hi marida bil-pesta, kolera,
deni isfar, tifu, gidri jew xi marda ohra perikoluza u li
tittiehed, u jekk, wara l-vista, huwa jkun tal-fehma li l-
persuna turi li ghandha fuqha xi marda minn dawn,
huwa jista’ ma jhallihiex titla’ abbord. Huwa jista’
ukoll ma jhallix titla’ abbord kull persuna illi kienet
taghmilha ma’ xi hadd li juri li ghandu fuqu xi marda
minn dawn, illi jista’ jkun li dan igorr fuqu l-
infezzjoni;
(b) jifli l-ilbies, friex u hwejjeg ohra li jintuzaw mill-
kaptan jew xi wiehed minn ta’ l-ekwipagg jew xi
persuna li tkun bi hsieba titla’ abbord jew li tkun
abbord ta’ xi bastiment u li, fil-fehma ta’ l-ufficjal
mediku tal-port, setghet kienet esposta ghall-
infezzjoni, u jista’ jordna d-dizinfettar ta’ dawk l-
ilbies, friex, jew hwejjeg;
(c) jordna li xi nahiet ta’ bastiment illi, fil-fehma tieghu,
jistghu jkunu infettati, jigu dizinfettatti ghas-
sodisfazzjon tieghu;
(d) ma jhallix li jittiehdu abbord xi hwejjeg ta’ taht jew ta’
fuq jew friex jew kull hag’ohra li, fil-fehma ta’ l-
ufficjal mediku tal-port, jistghu jgorru maghhom l-
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 13
infezzjoni, kemm-il darba dak l-ufficjal ma jkunx
sodisfatt illi kienu gew dizinfettati kif jixraq;
(e) fil-kaz ta’ pesta -
(i) jiehu hsieb sabiex jinqerdu l-firien f’kull
bastiment li huwa ghandu ghalfejn jahseb illi
fuqu hemm il-firien;
(ii) jordna lill-kaptan tal-bastiment li jaghmel kull
ma jinhtieg sabiex ma jhallix li l-firien jghaddu
mill-art ghal abbord;
(f) fil-kaz ta’ kolera, jiehu hsieb sabiex l-ilma ghax-xorb
u l-ikel mehudin abbord ikunu tajbin ghas-sahha, u l-
ilma mehud bhala saborra jkun dizinfettat, jekk
jinhtieg;
(g) fil-kaz ta’ tifu, jordna li kull min ikollu l-hsieb jitla’
abbord, jew ikun abbord, ta’ xi bastiment jigi mnaddaf
mid-dud.
Ebda haga f’dan ir-regolament ma ghandha teffettwa jew
tnaqqas is-setgha tal-kaptan tal-bastiment li jirrofta li jilqa’ nies
morda abbord.
Taqsima IV
Merkanzija u Bagalji
Merkanzija u 
bagalji.
27. Jistghu johorgu dawn l-ordnijiet li gejjin dwar merkanzija
u l-bagalji:
(a) Fil-kaz ta’ pesta, jista’ johrog l-ordni li l-hwejjeg ta’
taht u ta’ fuq li jkunu ntlibsu ftit zmien qabel, u l-friex
li kien uzat ftit zmien qabel, ghandhom jitnaddfu mid-
dud u, jekk jinhtieg, ikunu dizinfettati. Il-merkanzija li
titlaq minn xi area infettata bil-pesta u x’aktarx li fiha
l-firien jew dud moqziez li jgorru l-pesta, tista’ tinhatt
biss bil-patt illi ghandu jsir kull ma huwa mehtieg,
ghas-sodisfazzjon tat-Tabib Principali tal-Gvern,
sabiex dawk il-firien u dud moqziez jinqerdu kollha.
(b) Fil-kaz ta’ kolera, jista’ johrog ordni li l-hwejjeg ta’
taht u ta’ fuq li jkunu ntlibsu ftit zmien qabel, u l-friex
li kien uzat ftit zmien qabel, ikunu dizinfettati.
Minbarra dak li jintqal f’dan il-paragrafu, l-
importazzjoni tal-hut frisk, frott tal-bahar, haxix, frott
u hwejjeg ohra ta’ l-ikel illi, fil-fehma ta’ l-Awtorita
Sanitarja, setghu tniggzu jew thammgu, tista’ ma tigix
permessa kemm-il darba ma jkunux ghaddew minn xi
process mahsub sabiex jinqerdu l-vibrios tal-kolera.
(c) Fil-kaz ta’ tifu, jista’ johrog ordni li hwejjeg ta’ taht u
ta’ fuq li jkunu ntlibsu ftit zmien qabel, u l-friex li
kienu uzati ftit zmien qabel, kif ukoll craret mhux
mghobbijin bil-gzuz bhala merkanzija, ghandhom
ikunu mnaddfin mid-dud.
(d) Fil-kaz ta’ gidri, jista’ johrog ordni li hwejjeg ta’ taht
u ta’ fuq li jkunu ntlibsu ftit zmien qabel, u l-friex li
14 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
kien fl-uzu ftit zmien qabel, kif ukoll craret mhux
mghobbijin bil-gzuz bhala merkanzija, ghandhom
ikunu dizinfettati.
L-importazzjoni ta’ craret mghobbijin bil-gzuz
bhala merkanzija tithalla ssir jekk ufficjalment jigi
ppruvat lill-ufficjal mediku tal-port illi dawk ic-craret
kienu f’area minn jew li taht it-tmexxija ta’ l-awtorita
sanitarja ta’ hemmhekk ghaddew minn xi process
sabiex jitnehha l-perikolu tat-tniggiz.
Posta. 28. Xejn f’dawn ir-Regolamenti ma jawtorizza li tinzamm, tigi
dizinfettata jew meqruda ebda haga f’xi valigga tal-posta (minbarra
pakki postali) li taqa’ taht l-amministrazzjoni postali ta’ xi gvern,
jew li jindahal fit-taghbija abbord u l-kunsinna lill-Ufficcju tal-
Posta ta’ xi valigga bhal din (minbarra pakki postali).
Taqsima V
Generali
Setghat ta’ l-
ufficjal mediku tal-
port.
29. (1) L-ufficjal mediku tal-port jista’ jitla’ fuq kull
bastiment, ikun liema jkun il-port minn fejn ikun telaq, u jinvista
kull persuna li tkun abbord. Huwa jista’ jordna li jingiebu
quddiemu l-kotba u d-dokumenti tal-bastiment, u juza kull mezz
skond il-ligi li lilu jidher li jixraq, sabiex jizgura ruhu mill-istat tas-
sahha tan-nies abbord u l-kundizzjonijiet sanitarji tal-bastiment.
(2) L-ufficjal mediku tal-port jista’, u, jekk hekk ordnat mit-
Tabib Principali tal-Gvern, ikollu -
(a) jinvista lil kull min ikollu mard li jittiehed li jkun
abbord ta’ bastiment;
(b) jinvista lil kull persuna li tkun abbord ta’ bastiment
meta jkun hemm ghalfejn wiehed ragjonevolment
jahseb illi abbord tal-bastiment jinsab jew jista’ jkun li
jinsab mard li jittiehed jew illi xi nies abbord tal-
bastiment setghu hadu xi marda li tittiehed matul is-
safra tal-bastiment jew matul it-tliet gimghat minnufih
qabel ma l-bastiment ikun wasal;
(c) jinvista lil kull min ikun abbord ta’ bastiment li
wiehed ragjonevolment jahseb li ghandu d-dud;
(d) izomm, biex tigi invistata, sew abbord tal-bastiment
jew f’xi mkien fuq l-art, kull persuna li, bis-sahha ta’
dan ir-regolament, huwa ghandu s-setgha jew l-ordni li
jinvista;
(e) igieghel li kull persuna u hwejgu, jew kull haga li tkun
tieghu, jigu mnaddfin u dizinfettati;
(f) ma jhallix illi tinzel mill-bastiment persuna hlief
skond dawk il-kundizzjonijiet li lill-ufficjal mediku
tal-port jidhru li huma tabilhaqq mehtiga sabiex l-
infezzjoni ma tinxteredx;
(g) jordna lill-kaptan tal-bastiment li jaghmel jew jghin
f’dak kollu li, fil-fehma ta’ l-ufficjal mediku tal-port,
huwa tabilhaqq mehtieg sabiex l-infezzjoni ma
tinxteredx minn xi persuna, ghall-qirda tad-dud u
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 15
firien u biex titnehha l-infezzjoni minn fuq il-
bastiment, kif ukoll dawk ic-cirkostanzi li jippermettu
li abbord tal-bastiment jkun hemm firien u dud.
Avviz mill-
Awtorita  Sanitarja.
30. (1) L-Awtorita  Sanitarja tista’ tavza bil-miktub lill-kaptan
ta’ bastiment sabiex iggieghlu -
(a) ma jorbotx l-bastiment tieghu ma’ bankina jew pont
jew b’mod iehor max-xatt;
(b) ma jorbotx l-bastiment tieghu ma’ bankina jew pont
jew b’mod iehor max-xatt hlief jekk il-bastiment ikun
mizmum ’il boghod ta’ mill-inqas metru punt tnejn;
(c) ma jorbotx l-bastiment tieghu ma’ bankina jew pont
jew b’mod iehor max-xatt hlief jekk kollha kemm
huma l-gumni, cimi, hbula u rmigg iehor tax-xatt ma
jkollhomx mezzi ta’ lqugh mill-firien ghas-
sodisfazzjon ta’ l-Awtorita  Sanitarja, mqieghdin mhux
inqas minn metru punt tnejn u lanqas izjed minn metru
punt tmienja boghod mill-genb tal-bastiment;
(d) li jzomm kull gumna, cima, habel jew irmigg iehor
max-xatt miksijin bil-qatran frisk ghat-tul ta’ mhux
inqas minn metru boghod mill-genb tal-bastiment u
ghal dan il-ghan igedded il-kisi tal-qatran mill-anqas
kull hamest ijiem;
(e) izomm hekk ukoll miksi bil-qatran in-naha ta’ barra
tal-luna jew ghata iehor ta’ rmigg max-xatt;
(f) ibajjad kull filghaxija bejn il-hamsa u s-sitta, kull
skalapiza li mill-bastiment taghti ghall-bankina, pont
jew xatt, ghal tul ta’ mhux inqas minn metru punt
tmienja mill-genb tal-bastiment u ghall-wisa’ taghha
kollha, u li jhalli dawl jixhel fin-naha ta’ l-iskalapiza li
tmiss mal-bastiment minn inzul sa tlugh ix-xemx;
(g) izomm il-port holes kollha tal-bastiment fuq il-genb li
jaghti ghall-bankina, pont, jew xatt maghluqin jew
milqughin sabiex il-firien ma jkunux jistghu jghaddu,
kemm-il darba l-bastiment ma jkunx mizmum ’il barra
mill-bankina, pont, jew xatt, boghod mill-inqas metru
punt tmienja;
(2) In-nefqa ghal dawn ix-xoghlijiet johrogha l-kaptan tal-
bastiment.
(3) Jekk kaptan ta’ bastiment li jkun inghata avviz bil-miktub
jonqos li joqghod ghal dak li jinghad fih, huwa jkun hati ta’
kontravvenzjoni.
Bastiment 
mghobbi zzejjed.
31. L-ufficjal mediku tal-port jista’ ukoll johrog dawk l-
ordnijiet l-ohra li jidhirlu li jkunu mehtiga, dwar bastiment li jkun
ghabba nies zejda jew li l-kundizzjonijiet sanitarji li jkun hemm fih
ikunu hekk hziena li x’aktarx jghinu fit-tixrid tal-mard li jittiehed.
Taghrifa.
tal-port jew lill-ufficjal spettur, liema fosthom jitla’ l-ewwel
abbord, b’kull kaz ta’ mard li jittiehed li jkun hemm abbord tal-
16 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
bastiment u b’kull cirkostanza abbord li x’aktarx tista’ ggib l-
infezzjoni jew it-tixrid ta’ mard li jittiehed, kif ukoll ic-cirkostanza
li abbord instabu firien mejta jew mard fost il-firien fuq il-
bastiment.
Bastiment jitqies 
infettat sakemm 
ma jkollux il-
pratka.
33. (1) Kull bastiment li jasal fil-limiti ta’ Malta jitqies li jkun
gie minn xi area infettata sakemm ma jkollux il-pratka minn ghand
l-ufficjal mediku tal-port jew f’ismu minn ufficjal spettur.
(2) L-ufficjal mediku tal-port jew ufficjal spettur ghandhom
jaghtu l-pratka lil bastiment minnufih malli dawn il-kundizzjonijiet
li gejjin ikunu gew imharsin:
(a) il-mistoqsijiet fil-forma preskritta ghandhom
jintwiegbu bir-reqqa u f’kollox, bil-miktub, mill-
kaptan tal-bastiment, u kull mistoqsija ohra li l-ufficjal
mediku tal-port jew l-ufficjal spettur jidhirlu xieraq li
jaghmel lill-kaptan jew lil xi haddiehor abbord jew
dwar il-kundizzjonijiet sanitarji tal-bastiment, is-sahha
tal-passiggieri u ta’ l-ekwipagg, jew ta’ xi bastiment li
mieghu kien hemm kuntatt dirett matul is-safra,
ghandha tkun imwiegba bir-reqqa u ghal kollox mill-
persuna li lilha jsiru l-mistoqsijiet;
(b) it-twegibiet ghandhom juru bic-car li ebda marda li
tittiehed ma kien hemm abbord matul is-safra jew meta
l-bastiment jasal, u li l-bastiment ma dahal fl-ebda area
infettata u lanqas ma kellu ebda kuntatt dirett matul is-
safra ma’ ebda bastiment minn xi area infettata jew li
kellu abbord xi marda li tittiehed u jkollu juri, ghas-
sodisfazzjon ta’ l-ufficjal mediku tal-port jew lill-
ufficjal spettur, illi l-pratka meta tinghata ma ggib
ebda periklu lis-sahha pubblika.
Konformita . 34. Kull min japplikaw ghalih dawn ir-Regolamenti ghandu
joqghod ghall-ordnijiet, htigiet jew kundizzjonijiet kollha moghtija
mill-Awtorita  Sanitarja jew ufficjal iehor li ghandu s-setgha skond
dawn ir-Regolamenti, u jkollu jaghti dak it-taghrif kollu li kif
jixraq huma jkunu talbu (kif ukoll it-taghrif dwar l-isem ta’ min jigi
mistoqsi, fejn ikun sejjer u fejn joqghod).
Sottomissjoni ghal 
vista.
35. Kull min jitqieghed taht osservazzjoni bis-sahha ta’ dawn
ir-Regolamenti jkollu joqghod ghal kull vista li l-Awtorita  Sanitarja
jidhrilha mehtiega.
Sorveljanza ma 
tistax tinbidel 
f’osservazzjoni.
36.  Kull meta dawn ir-Regolamenti jahsbu ghal sorveljanza,
din ma tistax tinbidel f’osservazzjoni hlief -
(a) f’cirkostanzi li fihom is-sorveljanza ma tkunx tista’
ssir bir-reqqa mehtiega; jew
(b) jekk ikun hemm is-suspett li r-riskju tad-dhul ta’
infezzjoni f’dawn il-Gzejjer huwa eccezzjonalment
serju; jew
(c) jekk il-bniedem li jkun ser jitqieghed taht sorveljanza
ma jistax jaghti garanziji sodisfacenti dwar dak li hi
sahha.
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 17
Rmigg ta’ 
kwarantina.
37. Il-bastimenti li jaslu minn arei infettati jistghu jkunu
ordnati li jsorgu fi rmigg ta’ kwarantina. Il-bastimenti li jaslu minn
xi mkien iehor jistghu, meta l-Awtorita  Sanitarja jkollha ghalfejn
tissuspetta, ikunu wkoll ordnati li jsorgu fl-imsemmi rmigg.
Bastiment ma 
jitqsiex li dahal 
f’port.
38. Bastiment ma jitqsiex li "dahal f’port" jekk, minghajr ma
jkun resaq ma’ l-art, ikun biss nizzel passiggieri u l-bagalji
taghhom, u l-valigga, jew jekk ikun tella’ abbord biss valigga jew
passiggieri, bil-bagalji taghhom jew minghajrhom, li ma kienux
resqu mal-port jew ma’ area infettata.
Bastiment jaqa’ 
taht dawn ir-
Regolamenti.
39. Kull bastiment li fuqu, waqt is-safra (jew meta s-safra tkun
damet iktar minn sitt gimghat matul l-ahhar sitt gimghat), kien
hemm xi kaz suspett, jew li beda juri, izda mhux ghal kollox, li hu
pesta, kolera, deni isfar, tifu, gidri jew mard iehor li jittiehed, jaqa’
taht dawn ir-Regolamenti.
Tehid ta’ firien, 
hajjin jew mejtin.
40. L-ufficjali tad-Dipartiment tas-Sahha jkunu jistghu jiehdu
minn kull bastiment li jasal fl-ibhra ta’ Malta, jew li jsorgi fihom,
firien, hajjin jew mejtin, sabiex jezaminawhom.
Sensja biex wiehed 
jitla’ jew jinzel 
minn bastiment.
41. Hadd, hlief persuna li tkun qieghda taqdi xi funzjoni ta’
dawn ir-Regolamenti, ma ghandha, minghajr il-permess ta’ l-
ufficjal mediku tal-port jew ufficjal iehor ta’ l-Awtorita  Sanitarja,
jitla’ jew jinzel minn bastiment sakemm ma jkunx ha l-pratka; u l-
kaptan tal-bastiment ghandu jaghmel kull ma jinhtieg sabiex din id-
disposizzjoni tkun imharsa:
Izda l-bdoti jkunu jistghu jitilghu abbord il-bastimenti
qabel ma dawn jiehdu l-pratka, sabiex idahhluhom gewwa l-port
jew johorguhom barra. Huma ghandhom joqoghdu ghal kull ma
jghidilhom l-ufficjal mediku tal-port.
Projbizzjoni ta’ 
komunikazzjoni 
ma’ bastiment li 
jkun fil-
kwarantina.
42. Hadd ma jithalla, minghajr il-permess ta’ l-ufficjal mediku
tal-port, li jikkomunika jew jersaq fejn, bastiment li jkun fil-
kwarantina.
Approvazzjoni 
mit-Tabib 
Principali tal-
Gvern biex jiehu l-
faham u jghabbi 
provvisti.
43. Bastimenti infettati jew suspettati jithallew, fil-kwarantina,
jiehdu l-faham, u jghabbu, u jiehdu provvisti ta’ ilma u ikel,
b’dawk il-prekawzjonijiet illi t-Tabib Principali tal-Gvern ikun
ordna.
Negozju bejn il-
kaptani u l-agenti 
taghhom.
44. In-negozju bejn il-kaptani u l-agenti taghhom, jew nies
ohra, jista’ jsir b’dawk il-prekawzjonijiet li jordna minn zmien ghal
iehor l-ufficjal mediku tal-port.
Dghajjes tal-
bastiment.
45. Kemm iddum il-kwarantina, id-dghajjes tal-bastiment
ghandhom jinzammu abbord minn inzul sa tlugh ix-xemx, u f’dawn
il-hinijiet l-iskalapizi u s-slielem tal-hbula ghandhom jintrefghu.
Gwardjani.
abbord kull bastiment li jinzamm fil-kwarantina.
Ordnijiet dwar is-
sahha.
47. Kull min jikkomunika ma’ nies fil-kwarantina jew li jmur
abbord ta’ bastiment fil-kwarantina, bil-permess jew minghajr il-
permess ta’ l-ufficjal mediku tal-port, ikollu joqghod ghall-
ordnijiet kollha dwar is-sahha li l-ufficjal mediku tal-port jordnalu.
Ismijiet u taghrif 
iehor.
48. Il-passiggieri kollha, meta jinzlu fl-istazzjon tal-
18 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
kwarantina, ikollhom jaghtu isimhom u taghrif iehor lill-ufficjal
inkarigat, li jnizzel isimhom fir-registru ta’ l-ufficcju.
Kmamar lill-
passiggieri.
49. L-ufficjal inkarigat mill-istazzjon tal-kwarantina iqassam
il-kmamar lill-passiggieri u kull passiggier ikun ipprovdut bil-
kumditajiet mehtiega, bla hlas. Kumditajiet ohra barranin
jinghataw bi hlas lill-passiggieri, u jithallsu b’rata mahruga mit-
Tabib Principali tal-Gvern.
Passiggieri ma 
jithallewx jidhlu 
fil-kmamar tal-
passiggieri l-ohra.
50. Il-passiggieri ma jithallewx jidhlu fil-kmamar tal-
passiggieri l-ohra, jew johorgu ’l hemm mil-limiti stabbiliti,
minghajr il-permess tat-Tabib Principali tal-Gvern jew ta’ l-ufficjal
mediku tal-port.
Passiggieri 
jkollhom joqghodu 
ghall-
istruzzjonijiet.
51. Il-passiggieri fl-istazzjon tal-kwarantina jkollhom
joqghodu ghal dak li jghidilhom l-ufficjal inkarigat, sew huwa
nnifsu kemm b’mezz ta’ haddiehor. Izda jista’ jsir appell lit-Tabib
Principali tal-Gvern.
Visti lil nies waqt li 
jkunu fl-istazzjon 
tal-kwarantina.
52. In-nies li jimirdu waqt li jkunu fl-istazzjon tal-kwarantina
jkunu nvistati mill-ufficjal mediku tal-port imma jistghu jkunu
nvistati wkoll minn tabib iehor, li jikkomunika ma’ dawk il-morda
bil-prekawzjonijiet li jkunu ordnati mill-ufficjal mediku tal-port u
approvati mit-Tabib Principali tal-Gvern. Dak it-tabib jista’
jitqieghed taht sorveljanza.
Bniedem taht 
osservazzjoni.
53. Kull bniedem taht osservazzjoni fl-istazzjon tal-kwarantina
ghandu jkun dejjem spezzjonat mill-ufficjal mediku tal-port qabel
ma tinghatalu l-pratka.
Impieg ta’ 
gwardjani tas-
sahha.
54. Il-gwardjani tas-sahha fl-istazzjon tal-kwarantina, jew
abbord tal-bastimenti, ikunu impjegati mit-Tabib Principali tal-
Gvern.
Il-gwardjani tas-
sahha huma biss 
ghal ghanijiet tas-
sahha.
55. Il-gwardjani tas-sahha huma biss ghal ghanijiet tas-sahha.
Huma mhumiex marbutin li jaqdu dmirijiet ohra.
Drittijiet. 56. Id-drittijiet li ghandhom jithallsu lil dawk il-gwardjani
jingabru mit-Tabib Principali tal-Gvern fuq mieta li tkun iffissata
mill-Ministru responsabbli ghas-Sahha.
Kaptan li ma jkunx 
irid joqghod ghal 
dawn ir-
Regolamenti.
57. Il-kaptan ta’ bastiment fl-ibhra ta’ dawn il-Gzejjer, li ma
jkunx irid joqghod ghal dak li jitolbu dawn ir-Regolamenti jkun
jista’ jitlaq ’l barra mill-port, kemm-il darba huwa jgharraf b’dan
lill-ufficjal mediku tal-port. Il-bastiment ikun jista’ jnizzel il-
valigga jekk ikun izolat.
Il-passiggieri jistghu wkoll, fuq talba taghhom, jithallew li
jinzlu minn abbord, bil-kundizzjoni illi joqghodu ghall-ordnijiet
kollha ta’ prekawzjoni li l-Awtorita  Sanitarja taghmlilhom.
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 19
SKEDA
( Regolament 16)
L-EWWEL SKEDA
DERATTING CERTIFICATE (a) -  CERTIFICAT DE DERATISATION  (a)
DERATTING EXEMPTION CERTIFICATE (a) -  CERTIFICAT D’EXEMPTION DE LA 
DERATISATION  (a)
mahrug skond l-artikolu 52 tar-Regolamenti Internazzjonali dwar is-Sahha -  délivré comformément a 
l’article 52 du Règlement Sanitaire International
(Ma ghandux jittiehed mill-Awtoritajiet tal-Port) - ( Ce certificate ne doit pas être retiré par les 
authorités portuaires )
PORT TA’ PORT DE
Data ................................................... Date ...................................................
DAN IC-CERTIFIKAT juri l-ispezzjoni u G d-deratting l-exemption H (a)  f’dan il-port u fid-data fuqimsemmija
LE PRESENT CERTIFICAT atteste l’inspection
et G
la 
d é ratisation 
l’exemption H
(a)  en ce port et  a la date ci-dessus
tal-  G bastiment 
intern H
(a)  ta’  G tunnellagg nett ta’ vapur li jsiefer
fl-intern 
H (a) (f)
du navire
de G tonage net dans le cas d’un navire dehaute mier H (a) (f)tonnage ...... dans le cas d’un navire
de navigation int érieure
Fil-hin ta’ G l-ispezzjonid-deratting H (a)  l-istivi kellhom taghbija ta’ tunnellati ta’ merkanzija
Au moment de  G l’inspection
la d ératisation
H (a)  le cales  étaient chargées de   tonnes de cargaison
20 L.S.36.12 h SAHHA GHALL-PORTIJIET
KOMPARTI-
MENTI
(a)
TRACCI 
TA’ 
FIRIEN
TRACES 
DE RATS 
(c)
LOK TAL_KENN TA’ 
FIRIEN
REGUGE A RATS
DERATTING -  DERATISATION
COMPAR
TMENTS  
(b)misjubatrouvés
(d)
trattati
supprimés
b’soffokazzjoni -  par 
fumigation
Fumiganti -  Gaz utilisé
Esposti (sieghat)-  Exposition 
(heures)
bil-qbid, nases jew 
velenu
par capture ou 
poison
Spazju 
(piedi 
kubi) 
Expaces 
(mètres 
cubes)
Kwantita  
wzata
Quantités 
employées 
(c)
Firien 
misju-
ba 
mejta
Rats 
trouvés 
morts
Nases jew 
veleni 
uzati
Pièges ou 
poisons 
mis
Firien 
maqbuda 
jew 
maqtula
Rats pris 
ou tués
Stivi 1.
- 2.
- 3.
- 4.
- 5.
- 6.
- 7.
Cales  1.
- 2.
- 3.
- 4.
- 5.
- 6.
 - 7.
Spazju tax-
shelter deck ......
Entrepont
Spazju fejn 
jinzamm il-
faham ...............
Soute a 
charbon
Kamra tal-
makni u shaft 
alley .................
Chauffer-
ies tunnel 
de l-arbre
Parti ta’ 
quddiem ta’ l-
istiva tal-pruwa 
u kamra tad-
depozt ..............
Peak 
avant et 
magasin
Parti ta’ wara 
ta’ l-istiva tal-
poppa u kamra 
tad-depozt ........
Peak 
arrière et 
magasin
Dghajjes tas-
salvatagg ..........
Canots de 
sauvetage
Kmamar tal-
Mapep u tal-
wireless ............
Chambre 
des 
cartes. 
T.S.F.
Kcina ............... Cuisines 
Pantry ............. Cambuses
Kmamar tad-
depozt tal-
provizjonijiet ...
Soute a 
vivres
Kwartieri 
(ekwipagg) .......
Postes 
(equip-
age) 
Kwartieri 
(ufficjali) .........
Chambres 
(officiers)
Kwartieri 
(passiggieri tal-
Kabina) ............
Cabines 
(passag-
ers)
Kwartieri 
(passiggieri tat-
Tielet Klassi) ...
Postes 
(emigra-
nts)
TOTAL  TOTAL
SAHHA GHALL-PORTIJIET g L.S.36.12 21
(a)  Hassar l-indikazzjonijiet mhux mehtiega -
Rayer les mentions inutiles.
(d)  Xejn, ftit, numru moderat, jew hafna. -  Néant,
peu, passablement ou beaucoup.
(b)  F’kaz li xi wiehed mill-kompartimenti
msemmija ma jkunx jezisti fuq il-bastiment
jew fuq il-vapur li jinnaviga fl-intern, dan il-
fatt ghandu jissemma. -  Lorsqu’un des
compartiments énumérés n’existe pas sur la
navire, on devra la mentionner expressément.
(e)  Ghid il-piz ta’ kubrit jew ta’ cjanur jew il-
kwantita  ta’ acidu HCN uzat. -  Indiquer les
poids de soujre ou de cyanure ou la proportion
d’acide cyanhydique.
(f)  Specifika jekk japplikax ghal spostament
metriku jew xi metodu iehor biex jigi stabbilit
it-tunnellagg. -  Spécifer s’il s’agit de
déplacement méterique ou, sinon, de quel
autre tonnage il s’agit.
(c)  Provi qodma jew recenti ta’ excreta, runs jew
tgerrim. -  Traces anciennes ou récentes
d’excrements, de passages ou de rongments.
RAKKOMANDAZZJONIJIET MAGHMULA -  OBSERVATIONS. -  Fil-kaz ta’ ezenzjoni, ghid 
hawnhekk il-mizuri li jkunu ttiehdu biex il-bastiment jew il-vapur li jinnaviga fl-intern jinzamm f’dik 
il-kundizzjoni illi n-numru ta’ firien abbord ikun negligibbli. -  Dans le cas d’exemption, indiquer ici les 
mesures prises pour que le navire soit maintenu dans les conditions telles que le nombre de rats a bord 
soit négligeable.
Sigill, isem, kwalifiki u firma ta’ l-ispettur. -  Cachet, nom, qualité et signature de l’inspectuer.
Mizjuda: IT-TIENI  SKEDA
A.L. 69 ta’ l-1961.
Sostitwita :
A. L. 68 ta’ l-1989.
(Regolament 17)
L-Ewwel Kolonna  It-Tieni Kolonna
Tunnellagg Nett Drittijiet
Lm c m
Sa 1,000 tunnellata 10.00,0
’Il fuq minn 1,000 sa 3,000 tunnellata 15.00,0
’Il fuq minn 3,000 sa 10,000 tunnellata 20.00,0
’Il fuq minn 10,000 sa 20,000 tunnellata 30.00,0
’Il fuq minn 20,000 sa 50,000 tunnellata 35.00,0
’Il fuq minn 50,000 tunnellata 45.00,0
