KONTROLL TA’ SWILL g L.S.36.37 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 36.37
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ SWILL
24 ta’ Settembru, 1993
L-AVVIZ LEGALI 125 ta’ l-1993.
Titolu.
Kontroll ta’ Swill.
Tifsir.
ma tentiegx xort’ohra -
"Direttur" tfisser id-Direttur responsabbli ghas-servizz
veterinarju u tinkludi kull ufficjal tad-dipartiment li jkun
debitament awtorizzat mid-Direttur li jagixxi f’ismu;
Kap. 197.
"produtturi ta’ swill nej" tfisser lukandi u stabbilimenti li
jipprovdu ikel li ghandhom l-istess tifsira kif moghtija lil dawn il-
lokali fl-Att dwar it-Lukandi u l-Istabbilimenti li jipprovdu Ikel, u
tinkludi villaggi turistici, kumplessi ghal btala, aparthotels, guest
houses, snack bars, lokali tat-take-away u kjoskijiet mobbli u fissi
u kull outlet iehor ta’ produzzjuni ta’ swill, bhal minn awtoritajiet,
istituzzjonijiet, sptarijiet, bicceriji, impjanti fejn jitqatta’ u jigi
processat laham u hut u rziezet fejn ifaqqsu t-tjur.
Gbir u tmigh ta’ 
swill.
3. (1) Ebda persuna ma tista’ tigbor jew iggorr swill kemm-il
darba ma tkunx hekk awtorizzata mid-Direttur. 
(2) Ebda persuna ma tista’ titma’ swill lill-annimali kemm-il
darba ma jkunx swill imsajjar provdut minn impjant awtorizzat biex
isajjar is-swill.
Licenza ghall-gbir 
jew garr ta’ swill.
4. (1) Licenza ghall-gbir u l-garr ta’ swill tista’ tinghata mid-
Direttur wara li jircievi formula ta’ l-applikazzjoni mahruga minnu. 
(2) L-imsemmija licenza tkun valida ghal sena kalendarja u
tista’ tigi mgedda kull sena.
(3) Id-Direttur jista’ f’kull zmien jirrevoka l-licenza jekk min
jigbor jew igorr is-swill jinstab li kiser xi wahda mill-
kundizzjonijiet li tahthom tkun inghatat il-licenza jew li kiser dawn
ir-Regolamenti.
Kontroll ta’ swill.
tikkunsinna swill lil xi razzett ta’ l-annimali jew xi post iehor hlief
lill-impjant awtorizzat biex isajjar is-swill, jew lil post indikat lilha
mid-dipartiment jew l-awtorita  responsabbli ghall-ambjent.
(2) Ebda vettura ma tista’ tintuza biex jingabar jew jingarr
swill jekk ma tkunx awtorizzata mid-Direttur, u meta tkun
awtorizzata dik il-vettura ma ghandhiex tghaddi minn xi post li ma
jkunx imnizzel f’dik l-awtorizzazzjoni.
(3) Vettura li tintuza ghall-gbir ta’ swill ghandu jkollha l-bieb
tal-gabina mizbugh griz car, b’"S" safra kbira fin-nofs tieghu. Din
il-vettura ma ghandhiex tintuza ghall-garr ta’ l-annimali jew ta’ l-
ghalf.
2 L.S.36.37 h KONTROLL TA’ SWILL
(4) Il-kontenituri li jintuzaw ghall-gbir ta’ swill bhalma huma
bins, skips, ecc., ghandhom ikunu mmarkati b’mod car bl-ittra "S"
ta’ daqs mhux izghar minn tletin centimetru gholi bi tletin
centimetru wisa’.
Persuni 
skwalifikati milli 
jzommu licenza.
6. Persuna tkun skwalifikata milli jkollha licenza skond dawn
ir-Regolamenti jekk hija jew xi hadd fid-dar taghha tqandel il-
laham f’biccerija, jew ikollha licenza biex izzomm u ssemmen il-
bhejjem. 
Detenturi tal-
licenza tal-
produtturi ta’ swill 
nej.
7. Id-detenturi tal-licenza tal-produtturi ta’ swill nej
ghandhom jippermettu biss lill-kolletturi licenzjati li jigbru swill
mil-lokal taghhom.
Zbarkar ta’ swill. 8. Ebda swill ma ghandu jigi zbarkat minn xi bastiment,
yacht, ingenji tal-bahar ta’ divertiment, dghajsa jew xi bicca tal-
bahar simili jew minn xi ingenji ta’ l-ajru minghajr l-approvazzjoni
bil-quddiem tad-Direttur u taht dawk il-kundizzjonijiet li d-Direttur
jidhirlu xieraq li jimponi.
Reati. 9. Jekk xi persuna tikser xi disposizzjoni ta’ dawn ir-
Regolamenti hija tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja, dawn
il-pieni li gejjin -
(a) fil-kaz ta’ l-izbark ta’ swill minn xi bastiment, yacht,
ingenji tal-bahar ta’ divertiment, dghajsa jew xi bicca
tal-bahar simili jew minn xi ingenji ta’ l-ajru, multa ta’
mhux inqas minn hames mitt lira izda mhux izjed minn
elf lira jew prigunerija ghal zmien ta’ mhux inqas
minn tliet xhur izda mhux izjed minn sitt xhur;
(b) meta jinkisru l-kundizzjonijiet tal-licenza jew ta’ l-
awtorizzazzjoni tad-Direttur, multa ta’ mhux inqas
minn hames mitt lira izda mhux izjed minn elf lira;
(c) fil-kaz ta’ kontravvenzjoni ta’ xi disposizzjoni ohra ta’
dawn ir-Regolamenti barra minn dawk imsemmija fil-
paragrafi (a) u (b) ta’ hawn fuq, multa ta’ mhux inqas
minn mitejn u hamsin lira izda mhux izjed minn elf
lira.
