KUNSILLI LOKALI (VERIFIKA) g L.S.363.02 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.02
REGOLAMENTI DWAR KUNSILLI LOKALI 
(VERIFIKA)
26 ta’ Novembru, 1993
L-AVVIZ LEGALI 156 ta’ l-1993.
TAQSIMA I
Disposizzjonijiet Generali
Titolu.
Kunsilli Lokali (Verifika).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra -
Kap. 363.
"Kunsill", "Kunsillier", "Awditur Generali", "sena finanzjarja",
"lokalita ", "Sindku", "Ministru" u "Segretarju" ghandhom l-istess
tifsir kif moghti lilhom bl-artikolu 2 ta’ l-Att;
L.S.363.01
"proceduri finanzjarji" tfisser il-proceduri finanzjarji ghal
Kunsilli Lokali mahruga mill-Ministru u li ghandhom jitharsu mill-
Kunsilli fil-qadi tad-dmirijiet u responsabbiltajiet finanzjarji
taghhom taht l-Att u skond ir-Regolamenti dwar Kunsilli Lokali
(Finanzi);
"proceduri ta’ verifika" tfisser il-proceduri ta’ verifika ghal
Kunsilli Lokali mahruga mill-Ministru;
"udituri" tfisser l-udituri tal-gvern lokali mahtura taht l-artikolu
65 ta’ l-Att;
"ufficcju amministrattiv tal-Kunsill" ghandha l-istess tifsir kif
moghti fl-artikolu 48 ta’ l-Att.
TAQSIMA II
Verifika Finanzjarja
Verifika annwali.
Kunsill ghandhom ikunu verifikati minn udituri fl-ahhar ta’ kull
sena finanzjarja.
(2) Wara li jtemmu kull verifika annwali, l-udituri ghandhom
ihejju rapport annwali tal-verifika fuq id-dikjarazzjonijiet
finanzjarji tal-Kunsill, fejn jaghtu l-fehma taghhom dwar jekk -
(a) il-kontijiet tal-Kunsill jipprezentawx jew le b’mod
xieraq, skond il-prattika ta’ accounting applikabbli
ghal Kunsilli, id-dhul u l-infieq u l-fondi mizmuma
mill-Kunsill; u
(b) id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-Kunsill kienux jew
le mhejjija skond l-Att, dawn ir-regolamenti u l-
proceduri ta’ verifika.
(3) Ir-rapport annwali tal-verifika ghandu jinghata lill-Awditur
Generali mhux iktar tard minn tnax-il gimgha wara t-tmiem tas-
2 L.S.363.02 h KUNSILLI LOKALI (VERIFIKA)
sena finanzjarja ghall-ewwel sena u sussegwentement mhux iktar
tard mit-30 ta’ Gunju ta’ kull sena.
(4) Kopja tar-rapport annwali tal-verifika ghandha titqieghed
ghall-wiri pubbliku fl-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill matul il-
hinijiet normali ta’ l-ufficcju tal-Kunsill.
Verifika interim. 4. (1) L-udituri ghandhom jaghmlu verifiki interim matul is-
sena finanzjarja jekk hekk mitlubin mill-Awditur Generali u fuq
suggetti msemmija minnu.
(2) Malli jispiccaw kull verifika interim l-udituri ghandhom
ihejju rapport tal-verifika interim fuq is-suggett tal-verifika.
(3) Ir-rapport tal-verifika interim ghandu jinghata lill-Awditur
Generali mhux iktar tard minn tmien gimghat wara li tkun
intemmet il-verifika interim jew sa dik id-data l-ohra mitluba mill-
Awditur Generali, skond liema tkun l-ewwel data.
(4) Kopj a tar-rapport tal-verifika interim ghandha titqieghed
ghall-wiri pubbliku fl-ufficcju amministrattiv tal-Kunsill Lokali
matul il-hinijiet normali ta’ l-ufficcju tal-Kunsill.
Koperazzjoni ma’ 
l-udituri.
5. (1) Il-Kunsillieri, is-Segretarju u l-impjegati l-ohra
ghandhom jikkoperaw ma’ l-udituri u ma’ l-assistenti taghhom u
jaghtuhom l-ispjegazzjonijiet orali u bil-miktub, kif jehtiegu l-
uditri, kif ukoll access ghall-proprjeta , ghad-dokumenti u ghall-
beni kollha tal-Kunsill.
(2) Il-Kunsillieri, is-Segretarju u l-impjegati l-ohra ghandhom
ukoll jaghtu l-facilitajiet kollha lill-udituri biex dawn ikollhom
access ghat-taghrif, records u rapporti kollha tal-Kunsill li l-udituri
jkunu jehtiegu fit-twettiq tad-dmirijiet u tar-responsabbiltajiet
taghhom.
Rapporti specjali. 6. (1) Jekk l-udituri -
(a) jinnutaw xi dghjufija serja fl-operazzjonijiet ta’
accounting jew finanzjarji tal-Kunsill, li fil-fehma
taghhom, jistghu jwasslu ghat-twaqqif ta’ dawk l-
operazzjonijiet; jew
(b) ikollhom suspett ta’ frodi, approprjazzjoni indebita
jew abbuz tal-kariga minn xi Kunsillier jew impjegat;
jew
(c) jinnutaw xi haga li tista’ tolqot il-fehma taghhom dwar
jekk kienux xierqa kontijiet u d-dikjarazzjonijiet
finanzjarji tal-Kunsill,
dawn ghandhom jirregistraw dak li jsibu f’rapport specjali li
jinghata lill-Ministru u lill-Awditur Generali.
(2) L-Awditur Generali ghandu jezamina r-rapport specjali u
ghandu jaghmel rakkomandazzjonijiet lill-Ministru u lill-Ministru
responsabbli ghall-finanzi dwar kull azzjoni li tkun xierqa fic-
cirkostanzi.
Ittra ta’ direzzjoni. 7. (1) Wara li jtemmu kull verifika l-udituri ghandhom jaghtu
ittra ta’ direzzjoni lis-Sindku li tkun tinkludi sommarju ta’ dak li l-
udituri jkunu sabu u dak li jirrakkomandaw dwar l-operazzjonijiet
KUNSILLI LOKALI (VERIFIKA) g L.S.363.02 3
ta’ accounting u dawk finanzjarji tal-Kunsill.
(2) Il-Kunsill u s-Segretarju ghandhom -
(a) jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet ta’ l-udituri
dwar nuqqas ta’ tharis ta’ l-Att, ta’ dawn ir-
regolamenti u ta’ regolamenti jew proceduri mahruga
taht l-Att;
(b) jikkunsidraw b’mod xieraq l-implimentazzjoni tar-
rakkomandazzjonijiet maghmula mill-udituri biex
isahhu xi dghjufija fl-operazzjonijiet ta’ accounting
jew dawk finanzjarji.
(3) Is-Sindku ghandu jaghti kopja ta’ l-ittra ta’ direzzjoni lill-
Ministru u lill-Awditur Generali fi zmien gimaghtejn minn meta
jirceviha fl-ewwel sena u sussegwentement sal-15 ta’ Lulju ta’ kull
sena.
(4) Is-Sindku ghandu jaghti, flimkien ma’ l-ittra ta’ direzzjoni
specifikata fis-subregolament (3), rapport fejn jispjega l-azzjonijiet
li jkun se jiehu l-Kunsill bhala rizultat ta’ l-ittra ta’ direzzjoni.
TAQSIMA III
Valur ghal Flus (Value for Money) - li Jizgura Kost, Ekonomija, 
Efficjenza u Effettivita
Paragun ta’ 
indikaturi biex 
ikejlu xoghol.
8. (1) Fit-tmiem ta’ kull sena finanzjarja l-udituri ghandhom
janalizzaw u jipparagunaw l-indikaturi tal-Kunsill biex ikejlu kost,
ekonomija, efficjenza u effettivita  ghas-sena kurrenti ma’ -
(a) l-indikaturi tal-Kunsill fit-tliet snin ta’ qabel;
(b) il-medja ta’ l-indikaturi jew kejl ghall-Kunsilli Lokali
fis-sena ta’ qabel;
(c) l-indikaturi standard, meta applikabbli, li huma
specifici ghall-Kunsill;
(d) kull indikatur jew kejl iehor meqjus xieraq mill-udituri
jew stipulati bil-proceduri finanzjarji.
(2) L-udituri ghandhom jirrapportaw lill-Kunsill dwar l-analizi
u l-paraguni maghmula skond is-subregolament (1). Is-Sindku
ghandu jaghti kopja lill-Ministru u lill-Awditur Generali flimkien
ma’ l-ittra ta’ direzzjoni specifikata fir-regolament 7(3).
(3) Is-Segretarju ghandu jinkludi l-paragun ta’ l-indikaturi tal-
kejl ta’ xoghol fir-rapport annwali amministrattiv imsemmi fl-
artikolu 52 ta’ l-Att.
Verifika ta’ valur 
ghal flus.
9. (1) Fuq it-talba tad-Direttur tal-Verifika jew kif stipulat
fil-proceduri ta’ verifika, l-udituri ghandhom jaghmlu verifika ta’
valur ghal flus dwar jekk il-Kunsill ikunx ghamel arrangamenti
xierqa biex jizgura ekonomija, efficjenza u effettivita  dwar dawn
kollha li gejjin jew uhud minnhom:
(a) struttura ta’ l-organizzazzjoni tal-Kunsill;
(b) kull policy u prattika;
(c) sistemi u proceduri;
4 L.S.363.02 h KUNSILLI LOKALI (VERIFIKA)
(d) rizorsi umani, finanzjarji u fizici;
(e) indikaturi li jkejlu xoghol b’relattivita  ma’ kost,
ekonomija, efficjenza u effettivita .
(2) Fuq dak li jirrizultalhom mill-verifika ta’ valur ghal flus, l-
udituri ghandhom jaghmlu rakkomandazzjonijiet lill-Kunsill bil-
ghan li b’mod generali jitjieb ix-xoghol u l-valur operattiv tal-
Kunsill lejn il-pubbliku.
(3) Is-Sindku ghandu jaghti kopja tar-rizultanzi u tar-
rakkomandazzjonijiet tal-verifika ta’ valur ghal flus lill-Ministru u
lill-Awditur Generali fi zmien gimaghtejn minn meta jircevihom.
