ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI XEWKIJA) g L.S.363.100 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.100
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI XEWKIJA)
29 ta’ Awissu, 2003
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 64/5/2003.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Xewkija).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
Kap. 363.
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattici fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew f’xoghol
ta’ l-idejn, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Xewkija;
"lokalita " tfisser il-lokalita  ta’ Xewkija.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn zmien ghal zmien jorganizza korsijiet
kif jidhirlu xieraq:
Izda l-Kunsill jista’, ghal raguni valida, (bhal meta ma
jkunx hemm l-inqas ghadd mehtieg ta’ partecipanti), ihassar xi kors
li jkun diga  thabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jigu mhabbra b’dak il-mod li l-Kunsill
jidhirlu xieraq u jistghu jkunu miftuhin ghall-adulti u ghat-tfal
skond kif specifikat f’dak l-avviz.
3.3 L-eligibilita  ghal dawk il-korsijiet tista’ tkun suggetta ghal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiziti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
ghall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors ghandha taghmel
applikazzjoni fuq formula apposta moghtija mill-Kunsill:
Izda l-Kunsill izomm id-dritt li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi wahda mir-
rekwiziti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-ghadd ta’ applikazzjonijiet li jidhlu jkun
jaqbez l-ghadd ta’ postijiet disponibbli ghal xi kors, tinghata
precedenza skond kif gej:
4.2.1 l-ewwel prijorita  ghandha tinghata lir-residenti
registrati bhala votanti fir-Registru Elettorali jew fir-
Registru Specjali ghal-lokalita , u lit-tfal taghhom:
Izda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
tinghata precedenza lil min ikun applika l-ewwel jew,
f’kaz li l-applikazzjonijiet ikunu dahlu flimkien,
skond ix-xorti;
4.2.2 it-tieni prijorita  ghandha tinghata lill-persuni
2 L.S.363.100 h
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI XEWKIJA)
residenti fil-lokalita  izda mhux registrati bhala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorita  ghandha tinghata lil applikanti ohra.
Hlas ghall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjoni ghandu jsir il-hlas stabbilit fl-Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jezenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-hlas ta’ dawk id-drittijiet
jew ta’ parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet ghal xi kors
partikolari, huwa ghandu jqis l-ispejjez kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni ghandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni ghalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imhallas, in-numru ta’ l-ircevuta u l-
firma ta’ l-ufficjal li jipprocessa l-applikazzjoni.
Hlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill ghandu jhallas lura d-drittijiet mhallsa f’xi
wiehed mill- kazijiet li gejjin:
6.1.1 jithallas lura d-dritt shih mill-Kunsill, kemm-il darba
tkun saret applikazzjoni u wara l-kors ma jigix
organizzat;
6.1.2 kemm-il darba l-kors jigi kancellat mill-Kunsill,
tithallas lura dik il-parti tal-mizata li tirrapprezenta l-
proporzjon ta’ sessjonijiet li jkun fadal mahdum fuq
l-ghadd totali ta’ sessjonijiet ghal dak il-kors
partikolari;
6.1.3 f’kull kaz iehor li jista’ minn zmien ghal zmien jigi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew li ghal xi raguni
jew ohra tigi mwaqqfa mill-Kunsill milli tibqa’ tattendi, ma tkunx
intitolata ghal ebda hlas lura ta’ xi dritt.
Finanzjament tal-
korsijiet.
7. Il-bilanc ta’ flus li jirrizulta min-nominal accounts
rispettivi ghandu jintuza biss fit-tishih ta’ korsijiet ohra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attivita  ohra mill-Kunsill ghall-beneficcju
tal-persuni residenti fil-lokalita  tieghu.
Sejha pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ johrog sejha pubblika sabiex biha jaghti
kuntratt lil xi agenzija, awtorita , organizzazzjoni jew lil xi persuna
ohra biex din torganizza ghan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imnizzla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill johrog sejha pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proceduri li japplikaw ghal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-ghoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jaghmel dawk il-
korsijiet lilu awtorizzati taht l-istess pattijiet u kondizzjonijiet
stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, izda l-kuntrattur ma jistax jitlob rati
oghla minn dawk stipulati fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI XEWKIJA) g L.S.363.100 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Lingwi .................................................. mhux aktar minn Lm 35
Artigjanat u Hobbies ............................. mhux aktar minn Lm 35
Arti ...................................................... mhux aktar minn Lm 20
Hargiet ................................................. mhux aktar minn Lm 7
Computer ............................................. mhux aktar minn Lm 40
L-Ewwel Ghajnuna ............................... mhux aktar minn Lm 20
Sports ................................................... mhux aktar minn Lm 20
Snajja ................................................... mhux aktar minn Lm 30
Drama .................................................. mhux aktar minn Lm 30
Parental Crafts/Skills ........................... mhux aktar minn Lm 30
