REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SWIEQI) g L.S.363.106 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.106
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI SWIEQI)
25 ta’ Jannar, 2004
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 60/10/2003.
Titolu.
fuq Ghamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Swieqi).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
''ghamara tat-toroq'' tfisser kull haga, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjeta  tal-Kunsill jew taht ir-responsabbilita  tieghu li
ghalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, gnien jew
post iehor pubbliku, tkun imdahhla go post bhal dawk jew
imwahhla mieghu jew imqieghda fuqu, u tinkludi dustbins,
bankijiet, qsari, cnut, hitan, balavostri, kolonni, roundabouts,
central strips u traffic islands;
''Kunsill'' tfisser il-Kunsill Lokali Swieqi;
''kuntrattur'' tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
sabiex tesebixxi, twahhal jew tqieghed xi reklam fuq ghamara tat-
toroq skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
''reklam'' tfisser kull board, tabella, plakka, kartellun, avviz, jew
xi mezz jew rapprezentazzjoni maghmula, esebita, imwahhla jew
imqieghda f’xi post pubbliku fil-konfini tal-lokalita  ta’ Swieqi li
tkun mahsuba ghall-fini ta’ reklam jew pubblicita  jew sabiex
tghaddi avviz, taghrif jew messagg lill-pubbliku.
Awtorizzazzjoni 
ghal reklamar fuq 
ghamara tat-toroq.
3.1 Bla hsara ghal kull permess, awtorizzazzjoni, jew licenza
mehtiega taht xi ligi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twahhal, jew
tqieghed xi reklam fuq xi ghamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalita
ta’ Swieqi minghajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tinghata jew wara
applikazzjoni bil-miktub li ssir lill-Kunsill ghalhekk, jew wara
sejha pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Izda dik l-awtorizzazzjoni ghandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-htigiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida mahruga jew li jistghu jigu mahruga minn zmien
ghal zmien mill-Kunsill taht l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Izda wkoll dawk il-linji ta’ gwida ghandhom ikunu
mdahhla fil-kuntratt li ghandu jirregola l-awtorizzazzjoni moghtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill johrog sejha pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proceduri applikabbli ghal Kunsilli Lokali. Dak il-kuntratt ikun
2 L.S.363.106 h
REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SWIEQI)
validu ghal perijodu ta’ sena li jista’ jigi mgedded ghal perijodu ta’
sena ohra permezz ta’ kuntratt.
3.4 Fil-ghoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juza l-ispazju fejn jistghu
jitwahhlu reklami fuq ghamara tat-toroq ukoll billi jbiegh l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dak il-kaz, l-imsemmija terzi
persuni jkunu jehtiegu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Izda l-kuntrattur ma jistax juza jew ibiegh l-ispazju ghal xi
reklami li jkunu projbiti bil-kuntratt, jew b’iktar mill-prezz
stabbilit mill-Kunsill f’dak il-kuntratt.
3.5 Ghal kull awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws ghandu jithallas dritt kif hemm stabbilit fl-
Iskeda:
Izda fil-kaz ta’ awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill wara
sejha pubblika, id-dritt li jithallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokumenti ta’ l-offerta milqugha.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni moghtija taht dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tinghata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli ghal kull permess jew licenza mehtiega
taht kull ligi ohra.
3.7 Il-Kunsill jista’ jaghti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil ghaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalita , jew
lill-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imnizzlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jaghmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubblici minghajr hlas.
3.8 Kull awtorizzazzjoni moghtija taht dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet ohra soggetta ghall-kondizzjoni li r-reklam
ghandu jitnehha fi zmien gimgha minn meta jiskadi z-zmien li
ghalih tkun harget l-awtorizzazzjoni.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ awtorizzazzjoni moghtija
bis-sahha ta’ dawn il-Bye-Laws, tehel, meta tinsab hatja, ammenda
ta’ hamsa u ghoxrin lira (Lm25) ghal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda ohra ta’ mhux aktar minn hames liri (Lm5)
ghal kull gurnata li tkun kisret xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI SWIEQI) g L.S.363.106 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti ghal Reklamar fuq Ghamara tat-Toroq
Qisien Dritt dovut
Gimghatejn Xahar Sena
sa 0.5 metru kwadru Lm 3 Lm 5 Lm 20
sa 1.0 metru kwadru Lm 6 Lm 10 Lm 50
sa 2.0 metri kwadru Lm 12 Lm 20 Lm 100
Iktar minn 2.0 metri kwadri - Lm 2 kuljum (suggett ghal minimu ta’ Lm 40)
