SKIPS (KUNSILL LOKALI SLIEMA) g L.S.363.40 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.40
BYE-LAWS DWAR SKIPS
(KUNSILL LOKALI SLIEMA)
28 ta’ Jannar, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 59/19/99.
Titolu.
(Kunsill Lokali Sliema).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra -
"awtorizzazzjoni" tfisser l-awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill
skond kif provdut fl-ordinament 4.1;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Sliema;
"persuna awtorizzata" tfisser kull persuna li tinghatalha
awtorizzazzjoni mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ l-
ordinament 4.1;
"skart industrijali" tfisser kull skart goff mormi minn workshops,
fabbriki jew minn kuntratturi fuq xoghol ta’ kostruzzjoni, izda ma
tinkludix skart domestiku u/jew kummercjali;
"skart kummercjali" tfisser kull xorta ta’ skart mormi minn
hwienet, ristoranti, intraprizi, organizzazzjonijiet, lukandi u
stabbilimenti ohra li joperaw fil-kummerc, izda ma tinkludix skart
domestiku u/jew industrijali;
"skip" tfisser kull xorta ta’ recipjent maghluq jew miftuh, kemm
fuq ir-roti kif ukoll bla roti, kemm tal-metall kif ukoll ta’ xi
materjal iehor, li jintuza ghal skop ta’ rimi ta’ skart domestiku,
kummercjali jew industrijali;
"zibel domestiku" tfisser kull skart tad-dar mormi minn postijiet
ta’ abitazzjoni maghduda appartamenti u djar residenzjali, izda ma
tinkludix skart kummercjali u/jew industrijali.
Skips uzati ghal 
rimi ta’ skart 
kummercjali u/jew 
industrijali.
3.1.1 L-iskips li jintuzaw ghal rimi ta’ skart kummercjali u/jew
industrijali ghandhom f’kull waqt jinzammu fil-konfini tal-
proprjeta  li minnha jkun qed isir ir-rimi. Dawn jistghu jinhargu biss
fil-hin li jkunu ser jitbattlu.
3.1.2 Ma tinghata l-ebda awtorizzazzjoni mill-Kunsill sabiex
skip ghal rimi ta’ skart kummercjali jew industrijali titpogga f’xi
post pubbliku.
Ebda persuna, minghajr l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill, ma
ghandha s-setgha li tqieghed skip jew bin on wheels f’xi post
pubbliku fil-konfini tal-lokalita  tal-Mellieha.
Reati u pieni.
kummercjali u/jew industrijali minn kull post pubbliku, u jekk il-
proprjetarju ta’ l-intrapriza kummercjali u/jew industrijali jonqos li
jaghmel kif jigi ordnat mill-Kunsill, dan ghandu jitqies li jkun
wettaq kontravvenzjoni u jehel, meta jinsab hati, sakemm ma tkunx
applikabbli piena oghla taht xi ligi ohra -
2 L.S.363.40 h SKIPS (KUNSILL LOKALI SLIEMA)
3.2.1 ghall-ewwel kontravvenzjoni, ammenda ta’ ghoxrin
lira (Lm20), u
3.2.2 ghat-tieni kontravvenzjoni jew ghal kull
kontravvenzjoni ohra li ssir wara, ammenda ta’ tletin
lira (Lm30).
Awtorizzazzjoni 
sabiex jintuzaw 
skips ghal rimi ta’ 
skart domestiku.
4.1 Kull persuna li trid tuza skip ghal rimi ta’ skart li jkun gej
minn xoghol ta’ rikostruzzjoni fi proprjeta  domestika ghandha
tapplika ghall-awtorizzazzjoni mill-Kunsill.
4.2 L-applikazzjoni ghandha ssie fuq il-formula li tinsab fl-
Iskeda A.
4.3 Kull awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill hi valida ghal
perijodu ta’ sebat ijiem li jibdew ghaddejin mid-data indikata fl-
applikazzjoni.
4.4 Jekk l-applikant ikun irid juza l-iskip ghal perijodu ta;
aktar minn sebat ijiem, ikun mehtieg li jerga’ japplika mill-gdid
kull meta l-perijodu ta’ l-awtorizzazzjoni jiskadi.
4.5 Ma’ kull applikazzjoni ghandu jithallas dritt ta’ ghaxar liri
(Lm10) ghal kull skip.
4.6 Il-persuna awtotizzata trid taderixxi mal-kondizzjonijiet
stabbiliti fl-Iskeda B u ma’ kull kondizzjoni ohra li l-Kunsill
jiddeciedi li jkunu xierqa fic-cirkostanzi.
4.7 Il-Kunsill jista’ jirrevoka kull awtorizzazzjoni moghtija
minnu skond dawn il-Bye-Laws jekk ikun sodisfatt li xi wahda
mill-kondizzjonijiet li tahthom tkun inghata l-awtorizzazzjoni ma
tkunx qeghda tigi mharsa mill-persuna awtorizzata, jew jekk ikun
hemm tibdil sostanzjali fic-cirkostanzi li fil-fehma tal-Kunsill
joholqu l-htiega li dik l-awtorizzazzjoni tigi revokata.
4.8 Jekk l-awtorizzazzjoni tigi revokata mill-Kunsill skond kif
provdut fis-subartikolu ta’ qabel dan, il-Kunsill ma jkunx obbligat
li jhallas lura d-dritt li jkun thallas ma’ l-applikazzjoni.
Disposizzjonijiet 
ma japplikawx 
ghal skips uzati fit-
twettieq tal-
funzjonijiet tal-
Kunsill.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws ma japplikawx
ghal skips uzati minn kuntratturi tal-Kunsill fit-twettieq tas-servizz
bhala parti mill-funzjonijiet statutorji tal-Kunsill.
SKIPS (KUNSILL LOKALI SLIEMA) g L.S.363.40 3
SKEDA A
(Ordinament 4.2)
Applikazzjoni ghall-uzu ta’ Skip ghal Rimi ta’ Skart Domestiku
(Kunsill Lokali Sliema)
Isem u Kunjom ta’ l-Applikant: .............................................................................
Nru. tal-Karta ta’ l-Identita : ........................ Nru. tat-Telefon:
...............................
Indirizz ta’ l-Applikant: ........................................................................................
........................................................................................
Indirizz tal-proprjeta
fejn qed isir ix-xoghol: ..........................................................................................
Perijodu li ghalih tintalab
l-awtorizzazzjoni: Minn .............................. Sa ............................
...............................................................
Firma ta’ l-ApplikantData
- - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - - -
Ghall-Uzu Ufficjali
Nru. ta’ l-Applikazzjoni: ......................
Dritt imhasllas: ......................................... Ricevuta Nru.: ....................................
AWTORIZZAT / MHUX AWTORIZZAT (hassar kif mehtieg)
Din l-awtorizzazzjoni hi valida sa ................................................
.....................................................................
Firma tas-Segretarju tal-Kunsill Data
Timbru tal-Kunsill
Nota:Din l-awtorizzazzjoni hi soggetta ghall-kondizzjonijiet stabbiliti fil-
Bye-Laws kif ukoll ghal dawk il-kondizzjonijiet li l-Kunsill jista’ jidhirlu
xierqa u li jinghataw lill-persuna awtorizzata ma’ l-awtorizzazzjoni.
 
4 L.S.363.40 h SKIPS (KUNSILL LOKALI SLIEMA)
SKEDA B
(Ordinament 4.6)
Kondizzjonijiet ghall-Uzu ta’ Skips Awtorizzati
1. L-iskip ghandha tigi mqieghda quddiem il-proprjeta  li minnha jkun ser isir
ir-rimi ta’ skart domestiku, jew kif indikat mis-Segretarju tal-Kunsill.
2. Il-persuna awtorizzata ghandha tizgura li l-iskip titbattal hekk kif timtela.
3. Il-persuna awtorizzata ghandha tizgura li fl-uzu ta’ l-iskip jigi mhares l-
ambjent, partikolarment billi l-area ta’ madwar l-iskip tinzamm nadifa u ma
jitpoggiex materjal li jinten fl-iskip.
4. Il-persuna awtorizzata ghandha tizgura li fl-uzu ta’ l-iskip ma ssirx hsara fil-
proprjeta  jew fuq il-persuna ta’ terzi persuni.
5. L-awtorizzazzjoni hi bla hsara ghal kull permess, awtorizzazzjoni jew
licenza ohra li tkun mehtiega mill-applikant taht xi ligi ohra.
6. L-awtorizzazzjoni hi valida ghal perijodu ta’ sebat ijiem kif indikat fl-
awtorizzazzjoni.
7. Dawn il-kondizzjonijiet huma bla hsara ghal xi kondizzjonijiet ohra li l-
Kunsill jista’ jidhirlu li ghandu jaghmel fic-cirkostanzi. Dawn il-
kondizzjonijiet (inkluzi l-kondizzjonijiet addizzjonali maghmula mill-
Kunsill) ghandhom jinghataw lill-persuna awtorizzata flimkien ma’ l-
awtorizzazzjoni.
