ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI QORMI) g L.S.363.49 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.49
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI QORMI)
20 ta’ Mejju, 2000
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 6/6/2000.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Qormi).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
Kap. 363.
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Qormi;
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattici fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew
artigjanat, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"lokalita " tfisser il-lokalita  ta’ Qormi.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn zmien ghal zmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu xieraq:
Izda l-Kunsill jista’ ghal raguni valida bhal meta ma jkunx
hemm l-inqas ghadd mehtieg ta’ partecipanti jhassar xi kors li jkun
diga  mhabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jigu mhabbra b’dik il-manjiera li Kunsill
jidhirlu xierqa u jistghu jkunu miftuhin ghall-adulti u ghat-tfal
skond kif specitikat f’dak l-avviz.
3.3 Eligibilita  ghal dawk il-korsijiet tista’ tkun suggetta ghal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiziti li jkunu xierqa.
Applikazzzjonijiet 
ghall-korsijiet
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors ghandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta moghtija mill-
Kunsill:
Izda l-Kunsill izomm id-dritt li jirrifjuta applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi wahda mir-
rekwiziti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-ghadd ta’ applikazzjonijiet li jidhlu jkun
jaqbez l-ghadd ta’ postijiet vakanti ghal xi kors, tinghata
precedenza skond kif gej:
4.2.1 l-ewwel prijorita  ghandha tinghata lil residenti
registrati bhala votanti fir-Registru Elettorali jew fir-
Registru Specjali ghal-lokalita , u lit-tfal taghhom:
Izda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
precedenza tinghata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’kaz li l-applikazzjonijiet ikunu dahlu flimkien,
jintghazlu bix-xorti;
2 L.S.363.49 h
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI QORMI)
4.2.2 it-tieni prijorita  ghandha tinghata lill-persuni
residenti fil-lokalita  izda mhux registrati bhala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorita  ghandha tinghata lil applikanti ohra.
Hlas ghall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjonijiet ghandu jsir il-hlas stabbilit fl-
Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jezenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-hlas ta’ dawk id-drittijiet
jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet ghal xi kors
partikolari, huwa ghandu jqis l-ispejjez kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni ghandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni ghalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imhallas, in-numru ta’ l-ircevuta u l-
firma ta’ l-ufficjal li jilqa’ l-applikazzjoni.
Hlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill jista’ jhallas lura d-drittijiet mhallsa f’xi wiehed
mill-kazijiet li gejjin:
6.1.1 meta ssir applikazzjoni u wara l-kors ma jigix
organizzat, jithallas lura d-dritt shih;
6.1.2 jekk il-kors ma jitkompliex mill-Kunsill, jithallas
lura dak is-sehem mid-dritt daqskemm jirrapprezenta
l-proporzjon li l-ghadd ta’ sessjonijiet li jifdal ikollu
ghall-ghadd totali ta’ sessjonijiet ghal dak il-kors
partikolari;
6.1.3 f’kull kaz iehor li jista’ minn zmien ghal zmien jigi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew ghal xi raguni
valida tigi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkun intitolata
ghal ebda hlas lura ta’ xi dritt.
Fond tal-korsijiet. 7. Il-bilanc ta’ flus li jirrizulta min-nominal accounts
rispettivi ghandu jintuza biss fit-tishih ta’ korsijiet ohra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attivita  ohra mill-Kunsill ghall-beneficcju
tar-residenti fil-lokalita  tieghu.
Sejha pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ johrog sejha pubblika sabiex biha jaghti
kuntratt lil xi agenzija, awtorita , organizzazzjoni jew kull persuna
ohra biex din torganizza ghan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imnizzla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill johrog sejha pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proceduri applikabbli ghal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-ghoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jaghmel dawk il-korsijiet
lilu awtorizzati bil-miktub taht l-istess pattijiet u kondizzjonijiet
stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, izda l-kuntrattur ma jistax jitlob hlas
aktar mid-drittijiet imnizzla fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI QORMI) g L.S.363.49 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Flower Arrangement (1) Lm13
Flower Arrangement (2) Lm14
Bonsai Lm 5
First Aid Lm10
Malti ghall-Barranin  Lm20
Drama (1) (eta  bejn 4 u 12-il sena) Lm16/Lm30
Drama (2) (eta  bejn 12 u adulti) Lm16/Lm30
Bizzilla (l-ewwel sena) Lm18
Bizzilla (it-tieni sena) Lm20
Bizzilla (it-tielet sena) Lm25
Hjata (l-ewwel sena) Lm10
Hjata (it-tieni sena) Lm12
Germaniz (l-ewwel sena) Lm25
Arti ghall-Kbar (l-ewwel sena) Lm15
Arti ghall-Kbar (it-tieni sena) Lm20
Arti ghall-Kbar (it-tielet sena) Lm20
Crochet (l-ewwel sena) Lm12
Crochet (it-tieni sena) Lm12
Aggorn Lm 4
Zfin (l-ewwel sena) Lm15/Lm28
Zfin (it-tieni sena) Lm15/Lm28
Zfin (it-tielet sena) Lm15/Lm28
Korsijiet tal-Kompjuter Lm12/Lm28
