REKLAMI FUQ GHAMARA
TAT-TOROQ (KUNSILL LOKALI IKLIN) g L.S.363.64 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.64
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GHAMARA
TAT-TOROQ (KUNSILL LOKALI IKLIN)
26 ta’ Jannar, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 28/22/2000.
Titolu.
fuq Ghamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Iklin).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"ghamara tat-toroq" tfisser kull haga, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjeta  tal-Kunsill jew taht ir-responsabbilita  tieghu li
ghalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, gnien jew
post iehor pubbliku, tkun imdahhla go post bhal dak jew imwahhla
mieghu jew imqieghda fuqu, u tinkludi recipjenti pubblici, skips u
bins on wheels, bankijiet, tabelli, arbli, qsari, cnut, hitan,
balavostri, kolonni, roundabouts, central strips u traffic islands;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali ta’ Iklin;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesebixxi, twahhal jew tqieghed xi reklam fuq ghamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tfisser kull xorta ta’ promozzjoni kemm kummercjali
kemm ta’ xort’ohra, u tinkludi avviz u kull haga ohra li tintuza
ghall-istess ghan.
Awtorizzazzjoni 
ghal reklamar fuq 
ghamara tat-toroq.
3.1 Bla hsara ghal kull permess, awtorizzazzjoni, jew licenza
mehtiega taht xi ligi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twahhal, jew
tqieghed xi reklam fuq xi ghamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalita
ta’ Iklin minghajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tinghata jew wara
applikazzjoni bil-miktub li ssir lill-Kunsill ghalhekk, jew wara
sejha pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Izda dik l-awtorizzazzjoni ghandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-htigiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida mahruga jew li jistghu jigu mahruga minn zmien
ghal zmien mill-Kunsill taht l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Izda wkoll dawk il-linji ta’ gwida ghandhom ikunu
mdahhla fil-kuntratt li ghandu jirregola l-awtorizzazzjoni moghtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill johrog sejha pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proceduri applikabbli ghal Kunsilli Lokali.
Dak il-kuntratt ikun validu ghal perijodu ta’ sena li jista’
2 L.S.363.64 h
REKLAMI FUQ GHAMARA
TAT-TOROQ (KUNSILL LOKALI IKLIN)
jigi mgedded ghal perijodu ta’ sena ohra permezz ta’ kuntratt.
F’kull kaz il-Kunsill jirriserva d-dritt li jirrifjuta li jgedded il-
kuntratt wara li jaghti ragunijiet validi bil-miktub lill-persuna
koncernata.
3.4 Fil-ghoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juza l-ispazju fejn jistghu
jitwahhlu reklami fuq ghamara tat-toroq ukoll billi jbiegh l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dak il-kaz, l-imsemmija terzi
persuni ma jkunux jehtiegu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Izda l-kuntrattur ma’ jistax juza jew ibiegh l-ispazju ghal
reklami li jkunu projbiti bil-kuntratt, jew bil-prezz iktar minn dak
stabbilit mill-Kunsill f’dak il-kuntratt jew b’xi kondizzjonijiet
differenti minn dawk stipulati fil-kuntratt originali.
3.5 Ghal kull awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws ghandu jithallas dritt kif hemm stabbilit fl-
Iskeda:
Izda fil-kaz ta’ awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill wara
sejha pubblika, id-dritt li jithallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokument ta’ l-offerta li tkun giet milqugha.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni moghtija taht dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tinghata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli ghal kull permess jew licenza mehtiega
taht kull ligi ohra.
3.7 Il-Kunsill jista’ jaghti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil ghaqdiet volontarji jew lill-organizzazzjonijiet li
mhumiex tal-Gvern imnizzlin fit-Tmien Skeda li tinsab ma’ l-Att,
wara li dawn jaghmlu talba bil-miktub sabiex jirreklamaw
attivitajiet jew appelli pubblici minghajr hlas.
3.8 Kull awtorizzazzjoni moghtija taht dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet ohra soggetta ghall-kondizzjoni li r-reklam
ghandu jitnehha fi zmien gimgha minn meta jiskadi z-zmien li
ghalih tkun harget l-awtorizzazzjoni. F’kaz kuntrarju il-persuna
responsabbli ghat-tnehhija ta’ dawk ir-reklami tkun hatja ta’
kontravvenzjoni.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ awtorizzazzjoni moghtija
bis-sahha ta’ dawn il-Bye-Laws, tehel, meta tinsab hatja, ammenda
ta’ ghoxrin lira (Lm20) ghal dik il-kontravvenzjoni, flimkien ma’
ammenda ohra ta’ mhux inqas minn lira (Lm1) u mhux aktar minn
hames liri (Lm5) ghal kull gurnata li tkun kisret xi wahda mid-
disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-
awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GHAMARA
TAT-TOROQ (KUNSILL LOKALI IKLIN) g L.S.363.64 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti ghal Reklamar fuq Ghamara tat-Toroq
Qisien Dritt Dovut
Gimghatejn Xahar Sena
sa 0.5 metru kwadru Lm3 Lm5 Lm20
sa 1.0 metru kwadru Lm6 Lm10 Lm50
sa 2.0 metri kwadri Lm12 Lm20 Lm100
Iktar 2.0 metri kwadri - Lm2 kuljum (suggett ghal minimu ta’ Lm40)
