REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MOSTA) g L.S.363.71 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.71
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI MOSTA)
4 ta’ Gunju, 2001
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 39/8/2001.
Titolu.
fuq Ghamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Mosta).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"ghamara tat-toroq" tfisser kull haga, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjeta  tal-Kunsill jew taht ir-responsabbilita  tieghu li
ghalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, gnien jew
post iehor pubbliku, tkun imdahhla go post bhal dak jew imwahhla
mieghu jew imqieghda fuqu, u tinkludi recipjenti pubblici,
bankijiet, qsari, cnut, hitan, balavostri, arbli, sigar, roundabouts,
central strips u traffic islands;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Mosta;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesebixxi, twahhal jew tqieghed xi reklam fuq ghamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tfisser kull xorta ta’ promozzjoni kemm kummercjali
kemm ta’ xort’ohra, u tinkludi avviz u kull hag’ohra li tintuza
ghall-istess ghan.
Awtorizzazzjoni 
ghal reklamar fuq 
ghamara tat-toroq.
3.1 Bla hsara ghal kull permess, awtorizzazzjoni, jew licenza
mehtiega taht xi ligi, ebda persuna ma tista’ tesebixxi, twahhal jew
tqieghed xi reklam fuq xi ghamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalita
tal-Mosta minghajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tinghata jew wara
applikazzjoni bil-miktub li ssir lill-Kunsill ghalhekk, jew wara
sejha pubblika fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Izda dik l-awtorizzazzjoni ghandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-htigiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida mahruga jew li jistghu jigu mahruga minn zmien
ghal zmien mill-Kunsill taht l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Izda wkoll dawk il-linji ta’ gwida ghandhom ikunu
mdahhla fil-kuntratt li ghandu jirregola l-awtorizzazzjoni moghtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill johrog sejha pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proceduri applikabbli ghal Kunsilli Lokali.
Dak il-kuntratt ikun validu ghal perijodu ta’ sena u jista’
2 L.S.363.71 h
REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MOSTA)
jigi mgedded ghal perijodi ta’ sena ohra permezz ta’ kuntratt.
F’kull kaz il-Kunsill jirriserva d-dritt li jirrifjuta li jgedded il-
kuntratt.
3.4 Fil-ghoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juza l-ispazju fejn jistghu
jitwahhlu reklami fuq ghamara tat-toroq ukoll billi jbiegh l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dak il-kaz, l-imsemmija terzi
persuni ma jkunux jehtiegu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Izda l-kuntrattur ma’ jistax juza jew ibiegh l-ispazju ghal
xi reklami li jkunu projbiti bil-ligi jew bil-kuntratt.
3.5 Ghal kull awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws ghandu jithallas dritt kif hemm stabbilit fl-
Iskeda:
Izda fil-kaz ta’ awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill wara
sejha pubblika, id-dritt li jithallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokument ta’ l-offerta li tkun giet milqugha.
3.6 Ghal kull awtorizzazzjoni moghtija, il-Kunsill ikollu l-jedd
li jitlob depozitu ta’ flus bhala garanzija.
3.7 Minkejja kull awtorizzazzjoni moghtija taht dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tinghata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli ghall-ksib ta’ kull permess jew licenza
mehtiega taht kull ligi ohra.
3.8 Il-Kunsill jista’ jaghti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil ghaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalita  jew
lill-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imnizzlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jaghmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubblici minghajr hlas.
3.9 Kull awtorizzazzjoni moghtija taht dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet ohra soggetta ghall-kondizzjoni li r-reklam
ghandu jitnehha fi zmien gimgha minn meta jiskadi z-zmien li
ghalih tkun harget l-awtorizzazzjoni. Fin-nuqqas li dan jithares il-
persuna responsabbli ghat-tnehhija ta’ dawk ir-reklami tkun hatja
ta’ kontravvenzjoni.
3.10 Jekk, fil-fehma tal-Kunsill, xi reklam ikun kontra l-ligi jew
xi disposizzjoni tal-kuntratt kif indikat fl-ordinament 3.4, dan
ghandu jitnehha minnufih meta jigi mitlub li jsir dan mill-Kunsill.
Fin-nuqqas ta’ dan, il-persuna responsabbli tkun hatja ta’
kontravvenzjoni.
3.11 Jekk, wara li jigi mitlub biex jitnehha reklam skond kif
indikat fl-ordinamenti 3.9 u 3.10, dan jibqa’ ma jsehhx, il-Kunsill
ikollu l-jedd li jnehhi hu stess ir-reklam ghas-spejjez tal-kuntrattur.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
moghtija bis-sahha ta’ dawn il-Bye-Laws, tehel, meta tinsab hatja,
ammenda ta’ ghoxrin lira (Lm20) ghal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda ohra ta’ hames liri (Lm5) ghal kull gurnata
li tkun kisret xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn il-Bye-Laws
jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MOSTA) g L.S.363.71 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti ghal Reklamar fuq Ghamara tat-Toroq
TABELLA A
Pjazez, roundabouts u toroq meqjusa bhala principali (kif indikat fit-Tabella C)
Qisien Dritt dovut ghal kull jum
sa 0.5 metru kwadru Lm 0.75
sa 1.0 metru kwadru Lm 1.00
sa 2.0 metri kwadri Lm 1.50
iktar minn 2.0 metri kwadri Lm2.00 (sa massimu ta’ Lm80)
TABELLA B
Toroq Sekondarji (dawk li mhumiex inkluzi fit-Tabella C)
Qisien Dritt dovut ghal kull jum
sa 0.5 metru kwadru Lm 0.55
sa 1.0 metru kwadru Lm 0.85
sa 2.0 metri kwadri Lm 1.25
iktar minn 2.0 metri kwadri Lm2.00 (sa massimu ta’ Lm80)
TABELLA C
Pjazez, roundabouts u toroq meqjusa bhala principali
Triq il-Kungress Ewkaristiku Triq il-Fortizza
Triq il-Kostituzzjoni Triq id-Difiza Civili
Triq il-Kbira Triq id-Durumblat
Triq Valletta Pjazza tar-Rotunda
Vjal l-Indipendenza Il-Playing Fields kollha
Triq Nicolò  Isouard
