ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI IKLIN) g L.S.363.81 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.81
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI IKLIN)
11 ta’ Jannar, 2002
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 28/18/2001.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Iklin).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
Kap. 363.
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattici fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew f’xoghol
ta’ l-idejn, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Iklin;
"lokalita " tfisser il-lokalita  ta’ Iklin.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn zmien ghal zmien jorganizza l-istess
korsijiet kif jidhirlu xieraq:
Izda l-Kunsill jista’ ghal raguni valida (bhal meta ma jkunx
hemm l-inqas ghadd mehtieg ta’ partecipanti), ihassar xi kors li
jkun diga  mhabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jigu mhabbra b’dik il-manjiera li Kunsill
jidhirlu xierqa u jistghu jkunu miftuhin ghall-adulti u ghat-tfal
skond kif specifikat f’dak l-avviz.
3.3 Eligibilita  ghal dawk il-korsijiet tista’ tkun suggetta ghal
dawk il-kondizzjonijiet jew rekwiziti li jkunu xierqa.
Applikazzjonijiet 
ghall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors ghandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta moghtija mill-
Kunsill:
Izda l-Kunsill izomm id-dritt li jirrifjuta applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx jissodisfa xi wahda mir-
rekwiziti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-ghadd ta’ applikazzjonijiet li jidhlu
jaqbez l-ghadd ta’ postijiet vakanti ghal xi kors, tinghata
precedenza skond kif gej:
4.2.1 l-ewwel prijorita  ghandha tinghata lil residenti
registrati bhala votanti fir-Registru Elettorali jew fir-
Registru Specjali ghal-lokalita , u lit-tfal taghhom:
Izda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
precedenza tinghata lil min ikun applika l-ewwel jew
f’kaz li l-applikazzjonijiet ikunu dahlu flimkien,
jintghazlu bix-xorti;
2 L.S.363.81 h
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI IKLIN)
4.2.2 it-tieni prijorita  ghandha tinghata lill-persuni
residenti fil-lokalita  izda mhux registrati bhala
votanti, u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorita  ghandha tinghata lil applikanti ohra.
Hlas ghall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjonijiet ghandu jsir il-hlas stabbilit fl-
Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jezenta
lil kull persuna jew klassi ta’ persuni mill-hlas ta’ dawk id-drittijiet
jew parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet ghal xi kors
partikolari, huwa ghandu jqis l-ispejjez kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni ghandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni ghalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imhallas, in-numru ta’ l-ircevuta u l-
firma ta’ l-ufficjal li jipprocessa l-applikazzjoni.
Hlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill ihallas lura d-drittijiet mhallsa f’xi wiehed mill-
kazijiet li gejjin:
6.1.1 meta ssir applikazzjoni u wara l-kors ma jigix
organizzat, jithallas lura d-dritt shih;
6.1.2 jekk il-kors ma jitkompliex mill-Kunsill, jithallas
lura dak is-sehem mid-dritt daqskemm jirrapprezenta
l-proporzjon li l-ghadd ta’ sessjonijiet li jifdal ikollu
ghall-ghadd totali ta’ sessjonijiet ghal dak il-kors
partikolari;
6.1.3 f’kull kaz iehor li jista’ minn zmien ghal zmien jigi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew ghal xi raguni
valida tigi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkunx intitolata
ghal ebda hlas lura ta’ xi dritt.
Finanzjament tal-
korsijiet.
7. Il-bilanc ta’ flus li jirrizulta min-nominal accounts
rispettivi ghandu jintuza biss fit-tishih ta’ korsijiet ohra jew fl-
organizzazzjoni ta’ xi attivita  ohra mill-Kunsill ghall-beneficcju
tar-residenti fil-lokalita  tieghu.
Sejha pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ johrog sejha pubblika sabiex biha jaghti
kuntratt lil xi agenzija, awtorita , organizzazzjoni jew kull persuna
ohra biex din torganizza ghan-nom tal-Kunsill xi kors jew korsijiet
imnizzla fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill johrog sejha pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u proceduri applikabbli ghal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-ghoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jaghmel dawk il-korsijiet
lilu awtorizzati bil-miktub taht l-istess pattijiet u kondizzjonijiet
stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, izda l-kuntrattur ma jistax jitlob hlas
aktar mid-drittijiet imnizzla fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI IKLIN) g L.S.363.81 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Lingwi ........................................... mhux aktar minn Lm30
Artigjanat u Hobbies ...................... mhux aktar minn Lm30
Arti ................................................ mhux aktar minn Lm30
Hargiet ........................................... mhux aktar minn Lm5
Skola Sajf ....................................... mhux aktar minn Lm20
Computer ....................................... mhux aktar minn Lm40
Xoghol tal-Palk .............................. mhux aktar minn Lm40
L-Ewwel Ghajnuna ......................... mhux aktar minn Lm15
Sports ............................................ mhux aktar minn Lm40
