DELEGA TA’ STALLAZZJONIJIET TA’ 
TIDWIL TAT-TOROQ LIL KUNSILLI LOKALI g L.S.363.91 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.91
ORDNI DWAR ID-DELEGA TA’ 
STALLAZZJONIJIET TA’ TIDWIL TAT-TOROQ
LIL KUNSILLI LOKALI
17 ta’ Mejju, 2002
L-AVVIZ LEGALI 114 ta’ l-2002, kif emendat bl-Avvizi Legali 20, 43,
105 u 113 ta’ l-2003.
Titolu.
Stallazzjonijiet ta’ Tidwil tat-Toroq lil Kunsilli Lokali.
Funzjonijiet 
delegati.
Kap. 363.
2. (1) Skond l-artikolu 33(1)(n) ta’ l-Att dwar il-Kunsilli
Lokali -
(a) l-installazzjoni tas-sistemi kollha godda ta’ tidwil fit-
toroq, u
(b) il-manutenzjoni ta’ l-istallazzjonijiet tat-tidwil kollu
fit-toroq, minbarra dawk elentati fl-Ewwel Skeda,
jkunu funzjoni li qeghda b’dan tigi delegata lil kull
Kunsill Lokali ghar-rigward ta’ stallazzjonijiet fil-
lokalita  tieghu.
(2) Id-delega hawn aktar qabel imsemmija ghandha ssehh
ghar-rigward ta’ kull Kunsill Lokali sa mid-data murija ghar-
rigward ta’ dak il-Kunsill Lokali fit-Tieni Skeda:
Izda meta jigi indikat li dik id-data effettiva tkun ghad trid
tigi stabbilita, dik id-data ghandha tigi stabbilita b’Ordni tal-
Ministru.
L-istallazzjonijiet, 
ecc., ikunu skond 
ir-regolamenti u l-
ktejjeb mahruga 
minn Enemalta.
Kap. 272.
3. L-istallazzjonijiet kollha u l-manutenzjoni ta’ dawk l-
istallazzjonijiet ghandhom isiru, skond il-kaz, strettament skond ir-
regolamenti maghmula mill-Korporazzjoni Enemalta skond l-Att
dwar l-Enemalta u wkoll skond livelli, specifikazzjonijiet, metodi
tax-xoghol u proceduri stabbiliti bil-pubblikazzjoni "Street
Lighting Devolution Manual" - Riferenza tad-Dokument Nru
SLDM-01, pubblikata mill-imsemmija Korporazzjoni, kif emendata
minn zmien ghal zmien, hawnhekk izjed ’il quddiem imsejjah
"Manual".
2 L.S.363.91 h
DELEGA TA’ STALLAZZJONIJIET TA’ 
TIDWIL TAT-TOROQ LIL KUNSILLI LOKALI
L-EWWEL SKEDA
Artikolu 2(1)
Hwejjeg eskluzi mir-responsabbilta  tal-Kunsilli Lokali
Il-klawsola 9.2 tal-Manual imsemmi fir-regolament 3 ta’ dawn ir-regolamenti
ghandha tistabbilixxi l-hwejjeg u x-xoghlijiet li huma eskluzi mir-responsabbilta  tal-
Kunsilli Lokali.
Id-database, proprjeta  ta’ Enemalta, inkluzi l-pjanijiet u kull informazzjoni ohra
teknika, prodotti mill-Korporazzjoni Enemalta skond il-klawsola 9.2(iv) ta’ l-
imsemmi Manual, ghandhom jitqiesu bhala l-bazi ufficjali minn fejn jistghu jinkisbu
l-lokalizzazzjoni, l-enumerazzjoni, it-tqassim f’kategorija u l-informazzjoni
statistika relatati mas-sistemi ta’ tidwil fit-toroq.
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 20 ta’ l-2003;
A.L. 43 ta’ l-2003;
A.L. 105 ta’ l-2003;
A.L. 113 ta’ l-2003.
Artikolu 2(2)
Kunsill Lokali Data tad-Delega effettiva
Qormi, Birkirkara, Gzira, Hamrun, Msida,
Pembroke, Pieta , San Giljan, San Gwann, Santa
Venera, Sliema, Swieqi, Ta’ Xbiex
1 ta’ Gunju, 2002
Gharghur, Mellieha, Mgarr, Mosta, Naxxar u San
Pawl il-Bahar
16 ta’ Dicembru, 2002
Ghaxaq, Marsaxlokk, Marsaskala, Mqabba, Qrendi,
Safi, Zurrieq, Zabbar u Zejtun
30 ta’ Dicembru, 2002
Birgu, Isla, Bormla, Fgura, Floriana, Kalkara, Luqa,
Marsa, Paola, Santa Lucija, Tarxien, Xghajra, Gudja,
Birzebbuga
26 ta’ Marzu, 2003
Mdina, Zebbug (Malta), Siggiewi, Attard, Balzan,
Dingli, Iklin, Lija, Mtarfa, Rabat (Malta)
28 ta’ Marzu, 2003
Valletta Ghad irid jigi stabbilit
Kirkop Ghad irid jigi stabbilit
Rabat (Ghawdex), Fontana, Ghajnsielem, Gharb,
Ghasri, Kercem, Munxar, Nadur, Qala, San
Lawrenz, Sannat, Xaghra, Xewkija u Zebbug
(Ghawdex).
13 ta’ Marzu, 2003
