ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI FLORIANA) g L.S.363.98 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.98
BYE-LAWS DWAR L-ORGANIZZAZZJONI TA’ 
KORSIJIET (KUNSILL LOKALI FLORIANA)
29 ta’ Awissuu, 2003
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 18/3/2003.
Titolu.
Organizzazzjoni ta’ Korsijiet (Kunsill Lokali Floriana).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
Kap. 363.
"kors" tfisser serje ta’ lezzjonijiet strutturati, lectures,
istruzzjonijiet, wirjiet jew sessjonijiet prattici fi skemi jew
attivitajiet edukattivi, kulturali, sportivi, vokazzjonali jew f’xoghol
ta’ l-idejn, organizzati mill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Floriana;
"lokalita " tfisser il-lokalita  ta’ Floriana.
Organizzazzjoni 
ta’ korsijiet.
3.1 Il-Kunsill jista’ minn zmien ghal zmien jorganizza korsijiet
kif jidhirlu xieraq:
Izda l-Kunsill jista’, ghal raguni valida, (bhal meta ma
jkunx hemm l-inqas ghadd mehtieg ta’ partecipanti), ihassar xi kors
li jkun diga  mhabbar jew ma jkomplix xi kors li jkun inbeda.
3.2 Dawn il-korsijiet jigu mhabbra b’dak il-mod li l-Kunsill
jidhirlu xieraq u jistghu jkunu miftuhin ghall-kategoriji ta’ persuni
skond kif indikat f’dak l-avviz.
3.3 Eligibilita  ghal dawk il-korsijiet tista’ tkun suggetta ghal
dawk il-kondizzjonijiet jew htigiet kif jistghu jigu stabbiliti mill-
Kunsill.
Applikazzjonijiet 
ghall-korsijiet.
4.1 Kull persuna li tixtieq tattendi xi kors ghandha
tissottometti applikazzjoni fuq formula apposta moghtija mill-
Kunsill:
Izda l-Kunsill izomm il-jedd li jirrifjuta xi applikazzjoni
kemm-il darba l-applikant ma jkunx issodisfa xi wahda mir-
rekwiziti marbuta mal-kors.
4.2 Kemm-il darba l-ghadd ta’ applikazzjonijiet li jidhlu jkun
jaqbez l-ghadd ta’ postijiet vakanti ghal xi kors, tinghata
precedenza skond kif gej:
4.2.1 l-ewwel prijorita  ghandha tinghata lil residenti
registrati bhala votanti fir-Registru Elettorali jew fir-
Registru Specjali ghal-lokalita , u lit-tfal taghhom:
Izda f’kompetizzjoni bejn dawn il-persuni,
tinghata precedenza lil min ikun applika l-ewwel jew,
f’kaz li l-applikazzjonijiet ikunu dahlu flimkien,
jintghazlu bix-xorti;
2 L.S.363.98 h
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI FLORIANA)
4.2.2 it-tieni prijorita  ghandha tinghata lill-persuni
residenti fil-lokalita  izda mhux registrati bhala
votanti u lil uliedhom;
4.2.3 it-tielet prijorita  ghandha tinghata lil applikanti ohra.
Hlas ghall-
attendenza.
5.1 Ma’ l-applikazzjoni ghandu jsir il-hlas stabbilit fl-Iskeda.
5.2 Skond kriterji stabbiliti minn qabel, il-Kunsill jista’ jezenta
lil kull persuna jew kategoriji ta’ persuni mill-hlas ta’ dawk id-
drittijiet jew ta’ parti minnhom.
5.3 Meta l-Kunsill jistabbilixxi d-drittijiet ghal xi kors
partikolari, huwa ghandu jqis l-ispejjez kollha involuti fih jew
marbuta ma’ l-organizzazzjoni tal-korsijiet kollha skedati mill-
Kunsill.
5.4 Il-formula ta’ l-applikazzjoni ghandu jkun fiha d-dettalji
ta’ l-applikant, il-kors li qed issir applikazzjoni ghalih, in-numru
ta’ l-applikazzjoni, l-ammont imhallas, in-numru ta’ l-ircevuta, il-
firma ta’ l-ufficjal li jkun qed jezamina l-applikazzjoni, u d-data u
l-hin ta’ meta tkun dahlet l-applikazzjoni.
Hlas lura tad-
drittijiet.
6.1 Il-Kunsill ihallas lura d-drittijiet mhallsa f’xi wiehed mill-
kazijiet li gejjin:
6.1.1 meta ssir applikazzjoni u wara l-kors ma jigix
organizzat, jithallas lura d-dritt shih;
6.1.2 jekk il-kors ma jitkompliex mill-Kunsill, jithallas
lura dak is-sehem mid-dritt daqskemm ikun
jirrapprezenta l-proporzjon li l-ghadd ta’ sessjonijiet
li jkun fadal mahdum fuq l-ghadd totali ta’
sessjonijiet ghal dak il-kors partikolari;
6.1.3 f’kull kaz iehor li jista’ minn zmien ghal zmien jigi
stabbilit mill-Kunsill.
6.2 Persuna li ma tkomplix tattendi xi kors jew li ghal xi raguni
valida tigi mwaqqfa mill-Kunsill milli tattendi, ma tkunx intitolata
ghal ebda hlas lura ta’ xi dritt.
Fond tal-korsijiet. 7. Il-bilanc ta’ flus li jirrizulta min-nominal accounts
rispettivi ghandu jintuza biss fl-izvilupp ulterjuri ta’ korsijiet ohra
jew fl-organizzazzjoni ta’ xi attivita  ohra organizzata mill-Kunsill
ghall-beneficcju tal-persuni residenti fil-lokalita  tieghu.
Sejha pubblika. 8.1 Il-Kunsill jista’ johrog sejha ghall-offerti sabiex biha jaghti
kuntratt lil xi agenzija, awtorita , organizzazzjoni, istituzzjoni jew
lil xi persuna ohra biex din torganizza xi kors jew korsijiet ghan-
nom tal-Kunsill kif stipulat fl-Iskeda.
8.2 Meta l-Kunsill johrog sejha ghall-offerti, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun bil-mezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proceduri li japplikaw ghal Kunsilli Lokali.
8.3 Fl-ghoti tal-kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 8.2, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur sabiex jaghmel dawk il-
korsijiet lilu awtorizzati taht l-istess pattijiet u kondizzjonijiet
stabbiliti f’dawn il-Bye-Laws, izda l-kuntrattur ma jistax jitlob rati
oghla minn dawk stipulati fl-Iskeda.
ORGANIZZAZZJONI TA’ KORSIJIET 
(KUNSILL LOKALI FLORIANA) g L.S.363.98 3
SKEDA
(Ordinament 5.1)
Kors Dritt
Skills .................................................... mhux aktar minn Lm25
Lingwi .................................................. mhux aktar minn Lm25
Computer ............................................. mhux aktar minn Lm25
Arti ...................................................... mhux aktar minn Lm25
Aspett Socjali/Kulturali ........................ mhux aktar minn Lm25
Dixxiplina Sportiva .............................. mhux aktar minn Lm25
