REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MQABBA) g L.S.363.99 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 363.99
BYE-LAWS DWAR REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-
TOROQ (KUNSILL LOKALI MQABBA)
29 ta’ Awissu, 2003
KUNSILL LOKALI BYE-LAW 40/4/2003.
Titolu.
fuq Ghamara tat-Toroq (Kunsill Lokali Mqabba).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
"applikant" tfisser dik il-persuna li tapplika lill-Kunsill skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.2;
Kap. 363.
"ghamara tat-toroq" tfisser kull haga, mobbli jew immobbli, li
tkun proprjeta  tal-Kunsill jew taht ir-responsabbilta  tieghu li
ghalkemm ma tkunx parti essenzjali minn triq, bankina, gnien jew
post iehor pubbliku, tkun imdahhla go post bhal dak jew imwahhla
mieghu jew imqieghda fuqu, u tinkludi dustbins, bankijiet, qsari,
cnut, hitan, balavostri, kolonni, roundabouts, central strips u
traffic islands;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill Lokali Mqabba;
"kuntrattur" tfisser dik il-persuna li tkun awtorizzata mill-Kunsill
li tesibixxi, twahhal jew tqieghed xi reklam fuq ghamara tat-toroq
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-ordinament 3.1;
"reklam" tfisser kull board, tabella, plakka, kartellun, avviz, jew
xi mezz jew rapprezentazzjoni maghmula, esebita, imwahhla jew
imqieghda f’xi post pubbliku fil-konfini tal-lokalita  ta’ Mqabba li
tkun mahsauba ghall-fini ta’ reklam jew pubblicita  jew sabiex
tghaddi avviz, taghrif jew messagg lill-pubbliku.
Awtorizzazzjoni 
ghal reklamar fuq 
ghamara tat-toroq.
3.1 Bla hsara ghal kull permess, awtorizzazzjoni, jew licenza
mehtiega taht xi ligi, ebda persuna ma tista’ tesibixxi, twahhal jew
tqieghed xi reklam fuq xi ghamara tat-toroq fil-konfini tal-lokalita
ta’ Mqabba minghajr l-awtorizzazzjoni bil-miktub tal-Kunsill.
3.2 Dik l-awtorizzazzjoni tista’ tinghata jew wara
applikazzjoni bil-miktub ghal dan il-ghan, jew wara sejha pubblika
fejn il-Kunsill jistieden applikazzjonijiet:
Izda dik l-awtorizzazzjoni ghandha titqies mhix valida jekk
l-applikant jonqos milli jaderixxi mal-htigiet li hemm stabbiliti fil-
linji ta’ gwida mahruga jew li jistghu jigu mahruga minn zmien
ghal zmien mill-Kunsill taht l-artikolu 33(1)(g) ta’ l-Att:
Izda wkoll dawk il-linji ta’ gwida ghandhom ikunu
mdahhla fil-kuntratt li ghandu jirregola l-awtorizzazzjoni moghtija
mill-Kunsill lill-kuntrattur skond l-ordinament 3.3.
3.3 Meta l-Kunsill johrog sejha pubblika, l-awtorizzazzjoni
tal-Kunsill ghandha tkun permezz ta’ kuntratt skond ir-regolamenti
u l-proceduri applikabbli ghal Kunsilli Lokali.
2 L.S.363.99 h
REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MQABBA)
Dak il-kuntratt ikun validu ghal perijodu ta’ sena li jista’
jigi mgedded ghal perijodu ta’ sena ohra permezz ta’ kuntratt.
3.4 Fil-ghoti ta’ kuntratt kif imsemmi fl-ordinament 3.3, il-
Kunsill jista’ jawtorizza lill-kuntrattur li juza l-ispazju fejn jistghu
jitwahhlu reklami fuq ghamara tat-toroq ukoll billi jbiegh l-
imsemmi spazju lil terzi persuni. F’dak il-kaz, l-imsemmija terzi
persuni jkunu jehtiegu l-awtorizzazzjoni tal-Kunsill:
Izda l-kuntrattur ma jistax juza jew ibiegh l-ispazju ghal xi
reklami li jkunu projbiti bil-kuntratt, jew b’oghla minn dak il-prezz
stabbilit mill-Kunsill f’dak il-kuntratt.
3.5 Ghal kull awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill skond
dawn il-Bye-Laws ghandu jithallas dritt kif hemm stabbilit fl-
Iskeda:
Izda fil-kaz ta’ awtorizzazzjoni moghtija mill-Kunsill wara
sejha pubblika, id-dritt li jithallas lill-Kunsill ikun dak offrut fid-
dokumenti ta’ l-offerta milqugha.
3.6 Minkejja kull awtorizzazzjoni moghtija taht dawn il-Bye-
Laws, il-persuna li lilha tinghata l-awtorizzazzjoni tkun
personalment responsabbli ghal kull permess jew licenza mehtiega
taht kull ligi ohra.
3.7 Il-Kunsill jista’ jaghti l-awtorizzazzjoni skond dawn il-
Bye-Laws lil ghaqdiet volontarji li jiffunzjonaw mil-lokalita , jew
lill-organizzazzjonijiet li mhumiex tal-Gvern imnizzlin fit-Tmien
Skeda li tinsab ma’ l-Att, wara li dawn jaghmlu talba bil-miktub
sabiex jirreklamaw attivitajiet jew appelli pubblici minghajr hlas.
3.8 Kull awtorizzazzjoni moghtija taht dawn il-Bye-Laws tkun
fost kondizzjonijiet ohra soggetta ghall-kondizzjoni li r-reklam
ghandu jitnehha fi zmien gimgha minn meta jiskadi z-zmien li
ghalih tkun harget l-awtorizzazzjoni.
Penali. 4. Kull persuna li tikser xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’
dawn il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni
moghtija bis-sahha ta’ dawn il-Bye-Laws, tehel, meta tinsab hatja,
ammenda ta’ hamsa u ghoxrin lira ghal dik il-kontravvenzjoni,
flimkien ma’ ammenda ohra ta’ mhux aktar minn hames liri ghal
kull gurnata li tkun kisret xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’ dawn
il-Bye-Laws jew xi kondizzjoni ta’ l-awtorizzazzjoni.
REKLAMI FUQ GHAMARA TAT-TOROQ 
(KUNSILL LOKALI MQABBA) g L.S.363.99 3
SKEDA
(Ordinament 3.5)
Drittijiet dovuti ghal Reklamar fuq Ghamara tat-Toroq
Qisien Dritt dovut
Gimghatejn Xahar Sena
Kull metru kwadru Lm 10 Lm 14 Lm 60
Daqsijiet differenti kalkolati pro rata
