UZU TA’ MAKNI TA’ 
AFFRANKAMENT g L.S.364.03 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 364.03
REGOLAMENTI DWAR L-UZU
TA’ MAKNI TA’ AFFRANKAMENT
13 ta’ Marzu, 1984
L-AVVIZ LEGALI 21 ta’ l-1984.
Titolu.
Uzu ta’ Makni ta’ Affrankament.
Tifsir.
"makna ta’ affrankament" tfisser kull makna wzata biex turi l-
hlas fuq dokumenti permezz ta’ boll mekkaniku fuqhom;
"licenza" tfisser licenza mahruga skond ir-regolament 4;
"detentur ta’ licenza" tfisser il-persuna li lilha tkun inharget
licenza taht dawn ir-regolamenti biex thaddem makna ta’
affrankament.
Uzu ta’ makna ta’ 
affrankament 
licenzjata.
3. Ebda persuna ma tista’ tuza makna ta’ affrankament kemm-
il darba -
(a) ma tkunx ta’ xorta approvata mill-Kummissarju; u
(b) ma tkunx inharget licenza mill-Kummissarju ghall-uzu
taghha.
Kondizzjonijiet 
ghall-uzu ta’ 
makna ta’ 
affrankament.
4. Fuq applikazzjoni bil-miktub minn xi persuna ghall-uzu ta’
makna ta’ affrankament il-Kummissarju jista’ johrog licenza
ghaliha taht dawk il-kondizzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Uzu tajjeb ta’ 
makna ta’ 
affrankament.
5. (1) Makna ta’ affrankament licenzjata taht dawn ir-
regolamenti ma ghandhiex titbaghbas b’xi mod lanqas ma ghandu
jitkisser is-sigill taghha hlief minn jew fuq l-istruzzjonijiet tal-
Kummissarju.
(2) Jekk makna ma tkomplix tahdem tajjeb l-uzu taghha ghandu
jitwaqqaf minnufih u d-detentur tal-licenza ghandu javza minnufih
lill-Kummissarju.
(3) Barra minn hekk dik il-makna ghandha tkun disponibbli
ghal spezzjon f’kull hin xieraq mill-Kummssarju jew minn kull
ufficjal awtorizzat minnu kif imiss ghal hekk.
Boll maghmul 
minn makni ta’ 
affrankament 
ghandu jkun 
jinqara.
6. Il-boll li juri l-hlas ta’ taxxa maghmul b’makna ta’
affrankament licenzjata taht dawn ir-regolamenti ghandu jkun
jinqara tajjeb ghas-sodisfazzjon tal-Kummissarju.
Detentur ta’ 
licenza jaghmel 
tajjeb ghal telf ta’ 
flus.
7. Id-detentur ta’ licenza ta’ makna ta’ affrankament ghandu
jaghmel tajjeb favur il-Kummissarju ghal kull telf ta’ dhul ta’ flus
li jkun hemm minhabba li l-makna ta’ affrankament tonqos li
tirregistra l-boll li juri l-hlas tat-taxxa.
Penali.
dawn ir regolamenti tista’ tehel penali ta’ mhux izjed minn hames
mitt lira, jew ir revoka tal-licenza, jew it-tnejn.
