PROJBIZZJONI TA’ L-IMPORTAZZJONI TA’ 
OGGETTI LI JAGHMLU HSARA g L.S.37.08 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 37.08
REGOLAMENTI DWAR IL-PROJBIZZJONI TA’ 
L-IMPORTAZZJONI TA’ OGGETTI LI JAGHMLU 
HSARA
12 ta’ Dicembru, 1975
L-AVVIZ LEGALI 155 ta’ l-1975, kif emendat bl-Avviz Legali 72 ta’ l-
1994.
Titolu.
Projbizzjoni ta’ l-Importazzjoni ta’ Oggetti li jaghmlu Hsara.
Projbizzjoni ta’ l-
importazzjoni ta’ 
certi oggetti.
Emendat:
A.L. 72 ta’ l-1994.
Kap. 9.
2. Hadd ma jista’ jimporta f’Malta jew johrog mid-depozt xi
stampat, tpingija, ritratt, film, ktieb, kartolina jew kitba, jew xi
oggett iehor ikun li jkun, kemm jekk jixbah lil dawn ta’ hawn fuq
kemm jekk le, li b’xi mod jhedded, ikun offensiv, libelluz jew
sedizzjuz jew li hu pornografiku jew oxxen skond ir-regolamenti
maghmula taht l-artikolu 208 tal-Kodici Kriminali:
Kap. 350.
Izda l-projbizzjoni stipulata f’dan ir-regolament ma
ghandhiex tintuza sabiex tiggustifika l-ezami jew ic-censura ta’ xi
film li jigi impurtat f’Malta minn persuna li jkollha l-jedd legali li
tipprovdi servizzi ta’ xandir televiziv f’Malta meta l-Kontrullur
tad-Dwana jkun sodisfatt li dak il-film ikun qieghed jigi importat
biss bil-ghan li jixxandar fuq it-televizjoni skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ix-Xandir, u ta’ kull regolament
maghmul jew licenza mahruga bis-sahha ta’ dak l-Att.
