RATI TA’ MGHAX FUQ SELF U AVVANZI g L.S.371.02 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 371.02
ORDNI DWAR RATI TA’ MGHAX
FUQ SELF U AVVANZI
1 ta’ Jannar, 1994
L-AVVIZ LEGALI 188 ta’ l-1993.
Titolu.
Self u Avvanzi.
L-oghla rata ta’ 
mghax fuq self u 
avvanzi 
denominati f’liri 
Maltin.
2. L-oghla rata ta’ mghax li l-banek kummercjali jew
istituzzjonijiet finanzjarji jistghu jimponu fuq self u avvanzi
denominati f’liri Maltin ghandha tkun 3% aktar mir-rata minima ta’
skont tal-Bank Centrali ta’ Malta b’eccezzjoni ta’ dawk il-kazijiet
fejn is-self u l-awanzi jinghataw ghal finanzjament:
(a) ta’ djar ghall-lok fejn wiehed joqghod hu stess sa l-
ewwel Lm15,000, meta l-oghla rata ta’ mghax ghandha
tkun 1.5% aktar mir-rata minima ta’ skont imsemmija,
u
(b) in konnessjoni ma’ zvilupp ta’ proprjeta  intiza ghal
bejgh jew ghal skopijiet spekulattivi u meta d-debitur
ikun persuna mhux residenti, meta f’dawn il-kazijiet
ir-rata massima ta’ mghax ghandha tkun 3.5% aktar
mir-rata minima ta’ skont imsemmija.
L-oghla rata ta’ 
mghax fuq self u 
avvanzi 
denominati fi flus 
barranin.
3. L-oghla rata ta’ mghax li banek kummercjali jew
istituzzjonijiet finanzjarji jistghu jimponu fuq self u avvanzi
denominati f’xi flus barranin dwar kull kategorija ta’ self ma
ghandhiex teccedi b’aktar minn 5% fis-sena lir-rata ta’ mghax
inter-bankarja offruta f’Londra (LIBOR) prevalenti u applikabbli
fiz-zmien ta’ l-approvazzjoni tas-self jew avvanz u/jew f’dak iz-
zmien/zminijiet ohra li jistghu jigu miftiehma bejn min isellef u
min jissellef.
Ir-rati ta’ mghax 
jinkludu l-ispejjez 
kollha.
4. Ir-rati ta’ mghax applikabbli skond l-artikoli 2 u 3 ta’ dan
l-Ordni ghandhom jinkludu kull hlas ta’ management u/jew hlas
amministrattiv iehor, kummissjoni u kull spejjez ohra, ikunu kif
ikunu deskritti, li jigu imposti fuq il-klijent fuq bazi regolari.
Direttivi u 
direzzjonijiet.
5. Il-Bank Centrali ta’ Malta huwa b’dan moghti s-setgha li
johrog dawk id-direttivi u d-direzzjonijiet li huwa jista’ jqis li
jkunu xierqa sabiex jinghata effett lid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Ordni.
