TAXXA PROVVIZORJA (P.T.) g L.S.372.18 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 372.18
REGOLI DWAR IT-TAXXA PROVVIZORJA (P.T.)
21 ta’ Marzu, 2000
L-AVVIZ LEGALI 48 ta’ l-2000, kif emendat bl-Avvizi Legali 204 u 268
ta’ l-2002.
Titolu.
Provvizorja (P.T.).
Tifsir.
tehtiegx xort’ohra:
Kap. 372.
"benchmark tal-P.T." tfisser l-ammont stabbilit skond ir-regola
6, 7, 8 jew 9, skond liema minnhom tkun applikabbli;
"hlas tal-P.T." tfisser hlas ta’ taxxa provvizorja li hu mehtieg li
jsir skond ir-regola 3;
Kap. 123.
"perijodu bazi" tfisser perijodu ta’ tnax-il xahar li jispicca fil-31
ta’ Dicembru jew, f’kaz ta’ persuna li thallas it-taxxa provvizorja li
jkun inghatalha permess li taghlaq il-kontijiet taghha sa xi data
ohra skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(2) ta’ l-Att dwar it-
Taxxa fuq l-Income, f’dik id-data l-ohra;
"persuna li thallas it-taxxa provvizorja" tfisser u tinkludi, kemm-
il darba l-Kummissarju ma jiddecidix mod iehor permezz ta’ avviz
bil-miktub, kull persuna li matul il-perijodu bazi tkun:
(a) kumpannija;
(b) individwu li kien soggett ghat-taxxa f’Malta ghas-sena
ta’ stima benchmark relattiva izda ezkluz kull
individwu li kien jikkwalifika ghall-ghazla skond l-
artikolu 12 ta’ l-Att dwar is-sena ta’ stima benchmark;
(c) persuna li ma hix kumpannija jew individwu;
"sena ta’ stima benchmark" ghar-rigward ta’ perijodu bazi tfisser
dik li tkun l-aktar tard minn:
(a) is-sena ta’ stima 1999; u
(b) l-ahhar sena ta’ stima li kellu jintbaghat prospett ta’
taxxa dwarha qabel il-bidu tas-sena kalendarja li fiha
jkun dovut l-ewwel hlas tal-P.T. ghal dak il-perijodu
bazi;
"taxxa provvizorja" tfisser it-taxxa provvizorja mhallsa jew li
ghandha tithallas skond dawn ir-Regoli jew skond ir-Regoli ta’ l-
1973 dwar il-hlas ta’ Taxxa Provvizorja (P.T.).
Kap. 123.
(2) Hlief meta jkun provdut xort’ohra, u kemm-il darba r-rabta
tal-kliem ma tehtiegx xort’ohra, kliem u espressjonijiet uzati
f’dawn ir-regoli ghandhom l-istess tifsiriet u interpretazzjonijiet li
ghandhom skond l-Att u l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
2 L.S.372.18 h TAXXA PROVVIZORJA (P.T.)
Responsabbilita  
ghat-taxxa 
provvizorja.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2002.
3. (1) Kull persuna li thallas it-taxxa provvizorja ghandha
taghmel hlasijiet ta’ taxxa provvizorja matul kull perijodu bazi li
jispicca fil-31 ta' Jannar, 2000 jew wara akkont tar-responsabbilta
taghha ghat-taxxa ghas-sena ta’ stima li tibda fl-1 ta’ Jannar tas-
sena li tigi minnufih wara dik li fiha jaghlaq il-perijodu bazi
msemmi.
Kap. 123.
(2) Hlasijiet tal-P.T. ghandhom isiru fl-ammonti u fiz-zminijiet
stabbiliti f’dawn ir-regoli jew kif notifikat mill-Kummissarju taht
id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(4) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq
l-Income.
(3) L-ammont ta’ kull hlas tal-P.T. dovut taht dawn ir-regoli
ghandu jkun l-ammont stabbilit skond id-disposizzjonijiet
applikabbli mizjud jew imnaqqas ghad-dritt lejn l-eqreb lira.
Dati meta jkun 
dovut il-hlas.
4. (1) Hlasijiet tal-P.T. huma dovuti fit-30 ta’ April, fil-31 ta’
Awissu u fil-21 ta’ Dicembru ta’ kull perijodu bazi.
(2) L-ewwel hlas tal-P.T. ghal perijodu bazi ta’ persuna li
thallas it-taxxa provvizorja huwa dak li jkun dovut f’dik id-data
minn dawk it-tlieta msemmija li tigi l-ewwel matul dak il-perijodu
bazi u l-ordni tal-hlasijiet l-ohra tal-P.T. jigi stabbilit b’dan il-mod.
Ammont ta’ taxxa 
provvizorja.
Sostitwit:
A.L. 204 ta’ l-
2002.
5. Salv kif xort’ohra provdut f’dawn ir-regoli t-total tal-
hlasijiet tal-P.T. matul perjodu bazi ma ghandux ikun inqas mill-
benchmark tal-P.T. li jkun japplika f’dak iz-zmien meta jkun dovut
it-tielet hlas tal-P.T. u ghandu jithallas kif gej:
(a) mill-anqas ghoxrin fil-mija tal-benchmark tal-P.T.
ghandhom jithallsu sad-data li fiha jkun dovut l-ewwel
hlas tal-P.T.;
(b) mill-anqas tletin fil-mija ohra tal-benchmark tal-P.T.
ghandhom jithallsu sad-data li fiha jkun dovut it-tieni
hlas tal-P.T.:
Izda fejn il-benchmark tal-P.T. li jirrizulta mit-
thaddim tar-regola 6(3) jew ir-regola 6(4) huwa oghla
minn dak li kien gie determinat skond ir-regola 6(1)
jew ir-regola 7, l-ammont ta’ taxxa provvizorja li
ghandu jithallas sad-data li fiha jkun dovut it-tieni hlas
tal-P.T. ghandu jkun mill-anqas hamsin fil-mija tal-
benchmark tal-P.T. kif mahdum skond ir-regola 6(3)
jew ir-regola 6(4) izda bi tnaqqis minnu ta’ kull
pagament ta’ P.T. diga  maghmul ghall-perijodu bazi;
(c) mill-anqas hamsin fil-mija ohra tal-benchmark tal-P.T.
ghandhom jithallsu sad-data li fiha jkun dovut it-tielet
hlas tal-P.T:
Izda meta l-benchmark tal-P.T. li jirrizulta mit-
thaddim tar-regola 6(3) jew ir-regola 6(4) jkun oghla
minn dak li jkun gie determinat skond ir-regola 6(1)
jew ir-regola 7, l-ammont ta’ taxxa provvizorja li
ghandu jithallas sad-data li fiha jkun dovut it-tielet
hlas tal-P.T. ghandu jkun il-benchmark tal-P.T. kollu
kif mahdum skond ir-regola 6(3) jew ir-regola 6(4) bi
tnaqqis minnu ta’ kull pagament ta’ P.T. diga
maghmul ghall-perjodu bazi.
TAXXA PROVVIZORJA (P.T.) g L.S.372.18 3
Benchmark tal-P.T.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2002;
A.L. 268 ta’ l-
2002.
6. (1) Hlief meta hu provdut xort’ohra f’dawn ir-regoli il-
benchmark tal-P.T. ta’ persuna li thallas it-taxxa provvizorja ghal
perijodu bazi jigi stabbilit billi jittiehed l-ammont ta’ taxxa li
ghandu jithallas, jekk ikun hemm, ghas-sena ta’ stima benchmark
kif muri fl-istima personali ta’ dik il-persuna li thallas it-taxxa
provvizorja ghal dik is-sena u kkalkolat skond id-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 10(2) ta' l-Att u tinghadd lura t-taxxa provvizorja
meqjusa fl-imsemmija stima personali.
(2) Ghall-fini tas-subregola (1) ma jittehidx kont ta’ kull
prospett iehor mibghut skond l-artikolu 13 ta’ l-Att wara l-bidu tax-
xahar li jigi minnufih qabel dak li fih ikun dovut l-ewwel hlas tal-
P.T. ghal dak il-perijodu.
(3) Meta l-Kummissarju jkun ghamel stima ta’ l-income
taxxabbli ta’ persuna li thallas it-taxxa provvizorja skond ma hemm
fl-artikolu 31(5) ta’ l-Att ghal xi sena ta’ stima benchmark u jkun ta
avviz ta’ dik l-istima lil dik il-persuna li thallas it-taxxa provvizorja
qabel il-bidu tax-xahar li fih ikun dovut hlas tal-P.T., il-benchmark
tal-P.T. ghandu jigi stabbilit billi jittiehed l-ammont ta’ taxxa li
jidher li ghandu jithallas skond dik l-istima u tinghadd lura kull
taxxa provvizorja li jista’ jkun hemm u li tkun giet meqjusa f’dik l-
istima.
(4) Minkejja kull disposizzjoni ohra ta’ dawn ir-regoli, meta
lill-Kummissarju jkun jidhirlu li l-benchmark tal-P.T. ta’ persuna li
thallas it-taxxa provvizorja kif jirrizulta mir-regola 6(1) jew ir-
regola 7 jkun sostanzjalment inqas mill-ammont li fl-opinjoni
tieghu ghandu jigi mhallas ghal dak il-perjodu mill-imsemmija
persuna li thallas it-taxxa provvizorja, il-Kummissarju jista’ f’kull
zmien jistabbilixxi benchmark li tkun tapplika u jinforma b’dan
lill-persuna li thallas it-taxxa provvizorja permezz ta’ avviz bil-
miktub, u meta dak l-avviz jigi moghti qabel il-bidu tax-xahar li fih
ikun dovut xi hlas tal-P.T., il-benchmark tal-P.T. ikun ekwivalenti
ghall-ammont muri f’dak l-avviz:
Izda meta l-avviz imsemmi f’din is-subregola jigi moghti
fix-xahar li fih ikun dovut xi hlas tal-P.T. jew f’xi xahar ta’ wara fl-
istess perijodu bazi, il-benchmark tal-P.T. kif stabbilit mill-
Kummissarju skond din is-subregola ghandu xorta jibqa’ japplika u
l-hlas jew hlasijiet tal-P.T. ibbazati fuq l-imsemmi benchmark
ghandhom, minkejja d-disposizzjonijiet tar-regola 4 izda minghajr
pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tar-regola 10, jkunu mhallsa sa
l-ahhar gurnata tax-xahar li fih ikun inghata l-avviz jew f’data ohra
aktar tard fl-istess perijodu bazi kif jista’ jistabbilixxi l-
Kummissarju.
Il-benchmark tal-
P.T. f’kaz fejn ma 
tkunx intbaghtet 
stima personali.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2002.
7. (1) Meta persuna li thallas it-taxxa provvizorja ma tkunx
baghtet, qabel il-bidu tax-xahar li jigi minnufih qabel dak li fih
ikun dovut hlas tal-P.T., stima personali ghas-sena ta’ stima
benchmark relattiva il-benchmark tal-P.T. ghal dak il-hlas
partikolari jigi stabbilit kif gej:
(a) jekk il-Kummissarju jkun ghamel determinazzjoni
dwar it-taxxa li ghandha tithallas minn dik il-persuna
li thallas it-taxxa provvizorja ghas-sena ta’ stima
msemmija skond l-artiklu 31(3) ta’ l-Att u jkun ta
4 L.S.372.18 h TAXXA PROVVIZORJA (P.T.)
avviz ta’ dik id-determinazzjoni lil dik il-persuna li
thallas it-taxxa provvizorja qabel il-bidu tax-xahar li
fih ikun dovut l-imsemmi hlas tal-P.T. il-benchmark
tal-P.T. ghandu jigi stabbilit billi jittiehed l-ammont li
jidher f’dik id-determinazzjoni bhala l-ammont ta’
taxxa li ghandu jithallas u tinghadd lura t-taxxa
provvizorja, jekk ikun hemm, li tkun giet meqjusa
f’dik id-determinazzjoni;
(b) jekk id-disposizzjonijiet tal-paragrafu (a) ma
japplikawx il-benchmark tal-P.T. ghandu jkun ammont
stabbilit bil-mod imsemmi fir-regola 6 hlief li r-
referenza f’dik ir-regola ghas-sena ta’ stima
benchmark ghandha tiftiehem bhala referenza ghall-
ahhar sena ta’ stima li tkun intbaghtet stima personali
dwarha qabel il-bidu tax-xahar li jigi minnufih qabel
dak li fih il-hlas tal-P.T. in kwistjoni jkun dovut u li
tkun sena ta’ stima li tigi qabel is-sena ta’ stima
benchmark;
(c) jekk il-Kummissarju ma jkunx ghamel
determinazzjoni li ghaliha japplika l-paragrafu (a) u l-
persuna li thallas it-taxxa provvizorja ma tkunx
baghtet stima personali li ghaliha japplika l-paragrafu
(b) il-benchmark tal-P.T. jkun xejn;
(d) jekk, wara li jkun ghamel determinazzjoni skond l-
artikolu 31(3) ta’ l-Att, dwar it-taxxa li ghandha
tithallas ghas-sena ta’ stima inkwistjoni, il-
Kummissarju jkun ghamel stima skond l-artikolu 31(5)
ta’ l-Att u jkun ta avviz ta’ dik l-istima lil dik il-
persuna li thallas it-taxxa provvizorja, il-benchmark
tal-P.T. ghandu jigi stabbilit bil-mod specifikat fir-
regola 6(3).
(2) Meta l-benchmark tal-P.T. dwar xi hlas tal-P.T. li kien
dovut matul perijodu bazi jkun gie stabbilit skond xi wahda mid-
disposizzjonijiet tas-subregola (1) u minhabba li tkun intbaghtet
stima personali dik is-subregola ma jkunx applikabbli ghal hlas tal-
P.T. li jkun dovut iktar tard fl-istess perijodu, il-benchmark tal-P.T.
ghal dak il-perijodu ghandu jigi kkalkolat mill-gdid fuq il-bazi ta’
dik l-istima personali kif provdut fir-regola 6. Il-benchmark tal-
P.T. li jkun gie kkalkolat mill-gdid ghandu japplika u jitqies li
dejjem kien japplika ghall-finijiet kollha ta’ dawn ir-regoli, izda
bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regola 10, dwar il-hlasijiet
kollha tal-P.T. ghal dak il-perijodu.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ hawn aktar qabel ta’ din ir-regola
huma bla hsara ghas-setghat tal-Kummissarju li jiehu passi ghall-
gbir ta’ taxxa provvizorja li tkun dovuta f’ammont ikkalkolat taht
id-disposizzjonijiet tas-subregola (1) qabel ma jkun dovut li jsir
kalkolu mill-gdid skond is-subregola (2).
Persuni godda li 
jhallsu t-taxxa.
8. (1) Il-benchmark tal-P.T. dwar taxxa provvizorja li
ghandha tithallas akkont ta’l-ewwel sena ta’ stima ta’ persuna li
thallas it-taxxa provvizorja li ma tkunx individwu huwa xejn.
(2) Il-benchmark tal-P.T. dwar taxxa provvizorja li ghandha
TAXXA PROVVIZORJA (P.T.) g L.S.372.18 5
tithallas akkont tat-tieni sena ta’ stima ta’ persuna li thallas it-taxxa
provvizorja li ma tkunx individwu jigi stabbilit bil-mod imsemmi
fir-regola 6 hlief li:
(a) ir-referenza ghas-sena ta’ stima benchmark ghandha
tiftiehem bhala referenza ghall-ewwel sena ta’ stima
ta’ dik il-persuna li thallas it-taxxa provvizorja; u
(b) ir-referenzi ghal stima personali ghandhom jiftiehmu
bhala referenzi ghal kalkolu maghmul minn dik il-
persuna li thallas it-taxxa provvizorja fuq il-bazi tal-
kotba taghha bl-istess mod ta’ kif tigi kkalkolata stima
personali.
Setgha tal-
Kummissarju li 
jistabbilixxi l-
benchmark tal-P.T. 
f’kaz ta’ 
amalgamazzjoni-
jiet u qsim ta’ 
kumpanniji.
9. (1) Meta l-Kummissarju jidhirlu li b’rizultat ta’
amalgamazzjoni ta’ kumpanniji jew qsim ta’ kumpannija it-total
tal-benchmarks tal-P.T. ghal perijodu jew perijodi bazi tal-
kumpanniji involuti fl-amalgamazzjoni jew il-qsim ikkalkolati
skond id-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dawn ir-regoli ikun, jew se
jkun, inqas mill-ammont li kien jirrizulta kieku dik l-
amalgamazzjoni ma saretx jew ma ssirx jew dak il-qsim ma sarx
jew ma jsirx huwa jista’ b’ordni bil-miktub jistabbilixxi l-
benchmark tal-P.T. ghal kull wahda minn dawk il-kumpanniji jew
ghalihom kollha ghall-perijodu jew perijodi bazi in kwistjoni
f’ammonti li fil-fehma tieghu jikkumpensaw ghal dak in-nuqqas.
(2) Minkejja dak kollu li jinsab f’dawn ir-regoli, izda bla hsara
ghad-disposizzjonijiet tar-regola 10, il-benchmark tal-P.T. stabbilit
skond is-subregola (1) ghandu japplika matul il-perijodu jew
perijodi bazi in kwistjoni mid-data li fiha jinghata avviz ta’ dak l-
ordni lill-kumpannija rispettiva.
Tnaqqis fil-
benchmark tal-P.T.
10. (1) Meta persuna li thallas it-taxxa provvizorja jidhrilha li
t-taxxa li ghandha tithallas ghal sena ta’ stima (hawn izjed ’l isfel
f’dawn ir-regoli msejha "t-taxxa ghas-sena kurrenti") tkun inqas
mill-benchmark tal-P.T. ghall-perijodu bazi relattiv, hija tista’
taghzel li tnaqqas l-ammont li ghandu jithallas bhala taxxa
provvizorja matul dak il-perijodu bazi sa ammont li ma jkunx inqas
mit-taxxa ghas-sena kurrenti.
(2) L-ghazla msemmija fis-subregola (1) ghandha ssir billi
tintbaghat lill-Kummissarju l-formola preskritta fl-Iskeda u tista’
ssir izjed minn darba fl-istess perijodu bazi.
(3) L-ammont ta’ kull hlas tal-P.T. li jkun dovut matul perijodu
bazi wara li tkun saret ghazla kif jinghad hawn aktar qabel dwar
dak il-perijodu ghandu jkun l-inqas minn:
(a) l-ammont dovut skond ir-regola 5; u
(b) l-ammont li bih it-taxxa ghas-sena kurrenti teccedi,
jekk ikun il-kaz, it-total tat-taxxa provvizorja li tkun
thallset qabel ghall-perijodu bazi in kwistjoni.
Stima tat-taxxa li 
ghandha tithallas 
mill-persuna li 
thallas it-taxxa 
provvizorja.
11. Ghall-fini tar-regola 10 u bla hsara ghad-disposizzjonijiet
tar-regola 12 it-taxxa ghas-sena kurrenti ghandha provvizorjament
titqies li tkun ammont stabbilit bil-mod imsemmi fir-regola 6 hlief
li:
6 L.S.372.18 h TAXXA PROVVIZORJA (P.T.)
(a) ir-referenza ghas-sena ta’ stima benchmark ghandha
tiftiehem bhala referenza ghas-sena ta’ stima li jkun
dovut akkont taghha l-hlas tal-P.T. in kwistjoni;
(b) ir-referenzi ghal stima personali ghandhom jiftiehmu
bhala referenzi ghal kalkolu maghmul fuq stima ta’ dik
il-persuna li thallas it-taxxa provvizorja fiz-zmien li
ssir l-ghazla.
Revizjoni ta’ 
stima.
12. (1) L-ammont li jitqies provvizorjament bhala t-taxxa
ghas-sena kurrenti skond ir-regola 11 ghandu jigi rivedut bil-mod
provdut fis-subregola (2) meta:
(a) tintbaghat stima personali lill-Kummissarju ghas-sena
ta’ stima in kwistjoni; jew
(b) il-Kummissarju jaghmel determinazzjoni skond l-
artikolu 31(3) ta’ l-Att dwar it-taxxa li ghandha
tithallas ghas-sena ta’ stima in kwistjoni u jaghti avviz
ta’ dik id-determinazzjoni lill-persuna li thallas it-
taxxa provvizorja.
(2) Meta tkun trid issir revizjoni skond is-subregola (1) it-taxxa
ghas-sena kurrenti ghall-finijiet tar-regola 10 ghandha titqies li
tkun, u li dejjem kienet, l-ammont li jirrizulta bhala l-ammont li
ghandu jithallas skond l-istima personali jew id-determinazzjoni,
skond ma jkun il-kaz, u d-disposizzjonijiet tar-regola 14 ghandhom
jiftiehmu b’dan il-mod.
Imputazzjoni ta’ 
hlasijiet, tpacija u 
hlas lura ta’ taxxa 
provvizorja.
13. (1) It-taxxa provvizorja li tithallas ghal perijodu bazi
ghandha tmur ghall-hlas ta’ kull taxxa provvizorja ghal dak il-
perijodu li jkun qabel dovut u kull ammont zejjed ghandu jmur
ghall-hlas ta’ taxxa provvizorja ghal dak il-perijodu li jkun ghadu
mhux dovut.
(2) It-taxxa provvizorja li tithallas minn persuna li thallas it-
taxxa provvizorja akkont tar-responsabbilta  taghha ghal sena ta’
stima ghandha titpatta ghall-fini tal-gbir mat-taxxa imposta ghas-
sena ta’ stima msemmija u jekk ikun hemm xi ammont zejjed wara
li ssir dik it-tpacija dak iz-zejjed ghandu jithallas lura skond id-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 48 ta’ l-Att.
Taxxa 
addizzjonali.
Emendat:
A.L. 204 ta’ l-
2002.
14. (1) Meta xi taxxa provvizorja li ghandha tithallas skond
dawn ir-regoli ma tithallasx fiz-zmien meta tkun dovuta, ghandha
tigi imposta taxxa addizzjonali kif provdut fl-artikolu 44 ta’ l-Att
f’ammont ta’ wiehed fil-mija tat-taxxa provvizorja li ma tkunx
thallset ghall kull xahar jew parti minn xahar li fih dik it-taxxa
tibqa’ mhux imhallsa:
Izda meta t-taxxa ghall-perjodu bazi li tkun ser tirrizulta
mill-istima personali ta’ persuna li thallas it-taxxa prowizorja tkun
inqas minn dik li tirrizulta mill-benchmark tal-P.T., it-taxxa
addizzjonali li ghandha tithallas fuq din id-differenza ghandha tigi
mnaqqsa b’disghin fil-mija.
(2) Ma tigix imposta aktar taxxa addizzjonali fuq taxxa
provvizorja li ma tkunx thallset ghal kull xahar li jibda wara d-data
ta’ settlement tat-taxxa ghas-sena ta’ stima li kienet dovuta akkont
taghha dik it-taxxa provvizorja.
TAXXA PROVVIZORJA (P.T.) g L.S.372.18 7
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tar-regola 13 l-ammont ta’
taxxa provvizorja li kien ikun jista’ jitpatta skond is-subregola (2)
ta’ dik ir-regola mat-taxxa imposta ghal sena ta’ stima ghandu l-
ewwel imur ghall-hlas tat-taxxa addizzjonali, jekk ikun hemm,
dovuta fid-data u sad-data ta’ settlement tat-taxxa dwar dik is-sena
ta’ stima u l-ammont li jkun jista’ jitpatta ghandu jitnaqqas b’dak
il-mod.
(4) Kull taxxa addizzjonali fuq taxxa provvizorja li ma
tithallasx kif provdut fis-subregola (3) ghandha titqies bhala taxxa
dovuta ghas-sena ta’ stima li tkun dovuta akkont taghha it-taxxa
provvizorja msemmija u d-disposizzjonijiet ta’ l-Atti dwar it-Taxxa
fuq l-Income dwar il-gbir u l-hlas tat-taxxa ghandhom japplikaw
ghall-gbir u l-hlas ta’ dik it-taxxa addizzjonali.
(5) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ din ir-regola huma bla
hsara ghas-setghat tal-Kummissarju li jiehu passi ghall-gbir ta’ kull
taxxa addizzjonali qabel id-data ta’ settlement tat-taxxa msemmija
fis-subregola (2).
Setghat tal-
Kummissarju f’kaz 
ta’ bdil fid-data li 
fiha jinghalqu l-
kontijiet.
Kap. 123.
15. Xejn minn dak li jinsab f’dawn ir-regoli ma ghandu
jiftiehem li b’xi mod inaqqas is-setghat moghtija lill-Kummissarju
taht l-artikolu 11(4) ta’ l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income.
Disposizzjoni 
transitorja.
16. Meta, skond id-disposizzjonijiet l-ohra ta’ dawn ir-regoli,
d-data li fiha jkun dovut xi hlas tal-P.T. ghal perijodu bazi li
jaghlaq fl-2000 tkun data li tigi fl-1999 dak il-hlas ghandu jitqies,
sa kemm ma jkunx sar qabel, bhala dovut fit-30 ta’ April, 2000
b’zieda ma’ kull hlas iehor li jkun dovut f’dik id-data.
Riserva.
(P.T.), revokati b’dawn ir-Regoli, ghandhom jibqghu japplikaw
bis-shih ghar-rigward ta’ kull hlas ta’ taxxa provvizorja li sar jew li
kellu jsir akkont ta’ taxxa imposta ghal kull sena ta’ stima li tigi
qabel is-sena ta’ stima 2001.
8 L.S.372.18 h TAXXA PROVVIZORJA (P.T.)
SKEDA
(Regola 10)
FORMOLA GHAL TNAQQIS FIL-P.T.
Skond ir-regola 10 tar-Regoli dwar Hlas ta’ Taxxa Provvizorja, jiena naghzel li
nnaqqas l-ammont li ghandu jithallas bhala taxxa provvizorja ghall-perijodu bazi li
jaghlaq fi ................................. .
Jiena nistma li l-ammont ta’ taxxa li ghandu jithallas ghall-perijodu bazi se jkun
ta’ Lm ........................ .
Niddikjara li naf bid-disposizzjonijiet ta’ l-imsemmija regoli u nifhem li nkun
suggett ghal taxxa addizzjonali ta’ 1% fuq l-ammont ta’ P.T. li jibqa’ mhux imhallas
ghal kull xahar kalendarju jew parti minnu li matulu t-taxxa provvizorja tibqa’ mhux
imhallsa.
Isem tat-taxpayer provvizorju
Nru. ta’ Referenza, Karta ta’ l-Identita
Indirizz
Data
Firma
Nru. tal-Permess*
*(fil-kaz biss ta’ persuni li, skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 11(2) ta’ l-Att
dwar it-Taxxa fuq l-Income, ghandhom il-permess li jaghlqu l-kontijiet taghhom
f’data li mhix il-31 ta’ Dicembru)
