TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 378.01
REGOLI DWAR IT-TRIBUNAL GHAL TALBIET 
TAL-KONSUMATURI
16 ta’ Jannar, 1996
L-AVVIZ LEGALI 8 ta’ l-1996, kif emendat bl-Avviz Legali 284 ta’ l-
2000.
Regola 1 - Titolu
Titolu.
Talbiet tal-Konsumaturi.
Regola 2 - Tifsiriet
2. F’dawn ir-regoli kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma
tehtiegx xort’ohra -
Kap. 378.
"Direttur" tfisser id-Direttur ghall-Affarijiet tal-Konsumatur;
"drittijiet preskritti" tfisser id-drittijiet li jkollhom jithallsu minn
xi parti kif jista’ jigi stabbilit fl-Ewwel Skeda jew kull regola ohra
li ssir skond ma hemm fl-Att;
"Formola" tfisser kull wahda minn dawk il-formoli li hemm
specifikati fit-Tieni Skeda;
"intimat" huwa l-persuna, sew jekk konsumatur jew
kummercjant, li kontrih issir it-talba;
"jiem" tfisser, kemm-il darba ma jinghadx mod iehor, jiem wara
xulxin u tinkludi s-Sibtijiet, il-Hdud u l-vaganzi pubblici kollha;
Kap. 12.
"kontro-talba" tfisser talba li ssir minn intimat kontra rikorrent;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-affarijiet tal-
konsumatur;
"ordni ta’ inadempjenza" tfisser decizjoni tat-Tribunal fuq il-
kwistjonijiet li jkun hemm quddiemu wara li xi parti tonqos milli
twiegeb, jew tammetti, talba jew kontro-talba li tkun giet notifikata
bihom;
"qorti" tfisser kull qorti jew tribunal iehor ta’ gurisdizzjoni
civili;
"rikorrent" tfisser il-persuna, sew jekk konsumatur jew
kummercjant, li taghmel it-talba;
"Segretarju" tinkludi lil kull Deputat Segretarju mahtur skond l-
Att;
"Tribunal" tfisser Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumaturi
mwaqqaf bis-sahha ta’ l-Att.
2 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Regola 3 - Kif Taghmel Talba
Kif timla avviz tat-
talba.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
3.1. Meta rikorrent jaghmel talba huwa ghandu jimla Avviz tat-
Talba (Formola 1), skond id-direzzjonijiet moghtija fl-istess
formola u jipprezentaha fir-Registru tat-Tribunal kompetenti. Ir-
rikorrent ghandu flimkien ma’ l-Avviz tat-Talba jipprezenta nota
mid-Direttur ghall-Affarijiet tal-Konsumatur jew minn ghaqda ta’
konsumaturi registrata, skond il-kaz, li fiha jigi dikjarat li t-talba
tkun ingiebet quddiem id-Direttur jew quddiem l-ghaqda ta’
konsumaturi registrata u li wara dan ma jkun intlahaq ebda ftehim
dwar il-kwistjonijiet koncernati.
Ir-rikorrent jista’ 
jfittex lil aktar 
minn intimat 
wiehed.
3.2. Rikorrent jista’ fl-Avviz tat-Talba jfittex lil iktar minn
intimat wiehed kemm-il darba t-talba kontra kull wiehed mill-
intimati jkollha x’taqsam jew tkun tirrigwarda s-suggett originali
tat-talba.
Ir-rikorrent ghandu 
jelenka x-xhieda 
tieghu.
3.3. Fl-Avviz tat-Talba tieghu ir-rikorrent ghandu jelenka kull
xhud li jkun bi hsiebu jitlob sabiex jixhed matul il-procedimenti.
Jekk ir-rikorrent ikun irid jipproduci xhud li ma jkunx qabel gie
elenkat, huwa ghandu jitlob lill-Arbitru billi juza Applikazzjoni
Vojta (Formola 7) sabiex jigi awtorizzat jipproduci lil dak ix-xhud.
Dik l-applikazzjoni ghandha f’kull kaz tigi prezentata mill-inqas
sebat ijiem qabel il-jum meta jkollhom jibdew il-procedimenti.
X’jigri meta 
titwarrab parti mit-
talba.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
3.4. Meta l-valur ta’ talba jkun ta’ iktar minn elf u hames mitt
lira, rikorrent jista’ jipprocedi bit-talba tieghu quddiem Tribunal
jekk huwa jiddikjara fl-Avviz tat-Talba tieghu li huwa jkun qieghed
iwarrab dik il-parti mit-talba tieghu li tkun teccedi l-elf u hames
mitt lira.
Liema dokumenti 
ghandhom jigu 
notifikati meta ssir 
talba.
3.5. Ir-rikorrent ghandu jinnotifika permezz tas-Segretarju lil
kull wiehed mill-intimati msemmija fl-Avviz tat-Talba:
3.5.1. b’kopja ta’ l-Avviz tat-Talba; u
3.5.2. b’Risposta (Formola 2) vojta.
Regola 4 - Kif Twiegeb Talba
Zmien li matulu l-
intimat jista’ 
jwiegeb.
4.1. L-intimat ghandu tmintax-il jum biex iwiegeb ghal talba li
jibdew ghaddejjin mill-jum meta huwa jigi notifikat bl-Avviz tat-
Talba. Jekk l-intimat jonqos milli jwiegeb, ir-rikorrent jista’, skond
ir-regola 6, jirrikorri lejn it-Tribunal sabiex tinhareg ordni ta’
inadempjenza kontra l-intimat.
X’ghandu jaghmel 
l-intimat biex 
iwiegeb.
4.2. Meta jkun qed iwiegeb l-intimat ghandu jimla Risposta
(Formola 2) skond id-direzzjonijiet moghtija fuq il-formola. Ir-
Risposta mbaghad tigi prezentata fir-Registru tat-Tribunal fejn ikun
gie l-ewwel prezentat l-Avviz tat-Talba.
L-intimat ghandu 
jelenka x-xhieda 
tieghu.
4.3. Fir-Risposta tieghu l-intimat ghandu jelenka x-xhieda
kollha li jkun bi hsiebu jipproduci biex jixhdu matul il-
procedimenti. Jekk ir-rikorrent ikun irid jipproduci xhud li ma
jkunx qabel gie elenkat, huwa ghandu jitlob lill-Arbitru billi juza
Applikazzjoni Vojta (Formola 7) sabiex jigi awtorizzat jipproduci
lil dak ix-xhud. Dik l-applikazzjoni ghandha f’kull kaz tigi
prezentata mill-inqas sebat ijiem qabel il-jum meta jkollhom
jibdew il-procedimenti.
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 3
X’jigri jekk l-
intimat jammetti t-
talba jew ihallas.
4.4. Jekk wara li jigi notifikat bl-Avviz tat-Talba l-intimat
jammetti t-talba jew ihallas, huwa xorta jibqa’ responsabbli li
jhallas lir-rikorrent kull nefqa li r-rikorrent ikun ghamel sabiex
iressaq it-talba tieghu quddiem it-Tribunal.
Notifika tar-
risposta u jekk ikun 
hemm tal-kontro-
talba.
4.5. L-intimat ghandu jinnotifika lir-rikorrent permezz tas-
Segretarju:
4.5.1. b’kopja tar-Risposta tieghu; u
4.5.2. jekk l-intimat ikun ghamel kontro-talba flimkien
mar-Risposta tieghu skond ir-regola 5, b’kopja ta’
l-Avviz tat-Talba li tkun saret mill-intimat u
b’Risposta (Formola 2) vojta.
Regola 5 - Kif Taghmel Kontro-Talba
Kif issir kontro-
talba.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
5.1. Flimkien mar-Risposta tieghu intimat jista’ wkoll jaghmel
kontro-talba kontra r-rikorrent billi jimla’ Avviz tat-Talba
(Formola 1) skond id-direzzjonijiet moghtija fuq il-formola. Il-
kontro-talba ghandu jkollha x’taqsam jew tkun tirrigwarda t-talba li
tkun saret kontra l-intimat, u l-valur tal-kontro-talba ma ghandux
ikun jeccedi l-elf u hames mitt lira.
Kif tigi notifikata 
kontro-talba.
5.2. Ir-rikorrent jigi notifikat b’kopja tar-Risposta flimkien ma’
l-Avviz tat-Talba li jkun sar mill-intimat, u dan skond ir-regola 4.5.
X’jigri meta 
titwarrab parti 
mill-kontro-talba.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
5.3. Meta l-valur tal-kontro-talba jkun ta’ iktar minn elf u
hames mitt lira, l-intimat jista’ jipprocedi bit-talba tieghu quddiem
it-Tribunal jekk huwa jiddikjara fl-Avviz tat-Talba tieghu li huwa
jkun qieghed iwarrab dik il-parti mill-kontro-talba li tkun teccedi l-
elf u hames mitt lira.
Ir-risposta li ssir 
ghal kontro-talba. 
5.4. Rikorrent iwiegeb ghal kontro-talba billi jimla Risposta
(Formola 2), billi jimxi skond id-direzzjonijiet fuq il-formola u r-
regoli dwar kif jitwiegeb Avviz tat-Talba.
lt-Tribunal jista’ 
jhalli l-
procedimenti ghal 
jum iehor.
5.5. Meta intimat jaghmel azzjoni kontra rikorrent quddiem
qorti, u dik l-azzjoni jkollha x’taqsam jew tkun tirrigwarda dik it-
talba li r-rikorrent ikun ghamel kontra l-intimat quddiem it-
Tribunal, l-intimat jista’ jirrikorri lejn it-Tribunal bil-miktub billi
juza Applikazzjoni Vojta (Formola 7) sabiex tinhareg ordni li thalli
l-procedimenti quddiem it-Tribunal ghal jum iehor.
Regola 6 - Ordnijiet ta’ Inadempjenza kontra Intimat
Meta ordni ta’ 
inadempjenza tista’ 
tintalab minn 
rikorrent.
6.1. Jekk l-intimat ma jipprezentax Risposta fiz-zmien stabbilit
fir-Regola 4.l, ir-rikorrent jista’ jitlob lit-Tribunal sabiex johrog
ordni ta’ inadempjenza kontra l-intimat.
Kif titlob il-hrug 
ta’ ordni ta’ 
inadempjenza.
6.2. Sabiex jitlob il-hrug ta’ ordni ta’ inadempjenza r-rikorrent
ghandu:
6.2.1. jimla’ Applikazzjoni ghal Ordni ta’ Inadempjenza
(Formola 3) billi jimxi skond id-direzzjonijiet fuq
dik il-formola, u jipprezentaha fir-Registru tat-
Tribunal fejn ikun gie prezentat l-Avviz tat-Talba;
u
6.2.2. jikkonferma bil-gurament quddiem is-Segretarju li
t-talba tieghu ghadha dovuta.
4 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Is-Segretarju 
ghandu jirreferi 
ordni ta’ 
inadempjenza lill-
Arbitru.
6.3. Is-Segretarju ghandu jirreferi kull Applikazzjoni ghal
Ordni ta’ Inadempjenza lill-Arbitru, u jkun l-Arbitru li mbaghad
jiddeciedi dwar jekk jilqax jew jichadx dik it-talba. 
Arbitru jista’ 
jaghmel seduta.
6.4. L-Arbitru jista’, meta jkun qieghed jiddeciedi dwar l-
Applikazzjoni ghal Ordni ta’ Inadempjenza:
6.4.1. jekk l-intimat ikun naqas li jwiegeb, johrog ordni
ta’ inadempjenza kontra l-intimat li jkun naqas li
jwiegeb minghajr ma jaghmel seduta; jew
6.4.2. jordna li ssir seduta skond dawk il-mizuri li l-
Arbitru jista’ jqis li jkunu xierqa qabel ma jghaddi
biex jiddeciedi dwar l-Applikazzjoni ghal Ordni ta’
Inadempjenza.
Is-Segretarju 
ghandu johrog 
notifika dwar is-
seduta.
6.5. Meta l-Arbitru jordna li ghandha tinzamm seduta bis-sahha
ta’ din ir-regola, huwa ghandu jaghti direttiva lis-Segretarju sabiex
javza bil-miktub il-jum, il-hin u l-lok tas-seduta billi jinnotifika lir-
rikorrent u lil kull persuna ohra li l-Arbitru jkun jista’ jehtieg li
tattendi. F’kull kaz, l-intimat li tkun saret kontrih Applikazzjoni
ghal Ordni ta’ Inadempjenza ghandu jigi wkoll notifikat b’dik is-
seduta.
Regola 7 - Ordnijiet ta’ Inadempjenza kontra Rikorrent
Meta r-rikorrent 
ma jwegibx ghall-
kontro-talba l-
intimat jista’ jitlob 
il-hrug ta’ ordni ta’ 
inadempjenza.
7.1.  Meta rikorrent ma jipprezentax Risposta ghal xi kontro-
talba li tkun saret kontrih skond ir-Regola 5.4, l-intimat li jkun qed
jaghmel il-kontro-talba jista’ jitlob ghall-hrug ta’ ordni ta’
inadempjenza kontra dak ir-rikorrent.
Kif l-intimat jista’ 
jitlob il-hrug ta’ 
ordni ta’ 
inadempjenza.
7.2. L-intimat jista’ jitlob ghall-hrug ta’ ordni ta’ inadempjenza
skond din ir-regola billi:
7.2.1. jimla’ Applikazzjoni ghal Ordni ta’ Inadempjenza
(Formola 3) skond id-direzzjonijiet moghtija fuq
dik il-formola u jipprezentaha fir-Registru fejn
ikun qabel ipprezenta l-kontro-talba tieghu; jew
7.2.2. jaghmel talba verbali waqt is-seduta meta jkollhom
isiru l-procedimenti dwar it-talba u l-kontro-talba.
Is-Segretarju 
ghandu jirreferi 
talba ghal ordni ta’ 
inadempjenza.
7.3. Is-Segretarju ghandu jirreferi talba ghall-hrug ta’ ordni ta’
inadempjenza skond ir-regola 7.2.1 lill-Arbitru li jkun inhatar biex
jisma’ u jiddeciedi t-talba originali maghmula kontra l-intimat li
jkun qed jitlob il-hrug ta’ ordni ta’ inadempjenza.
Decizjoni dwar 
ordni ta’ 
inadempjenza.
7.4.  L-Arbitru ghandu jiddeciedi sew it-talba kif ukoll l-
Applikazzjoni ghal Ordni ta’ Inadempjenza maghmula skond din ir-
regola filwaqt li jkun ghaddej b’dawk l-istess procedimenti. Meta
jkun qed jaghmel dan l-Arbitru jista’ jadotta dawk il-mizuri li jqis
mehtiega sabiex jiddeciedi dwar il-kwistjonijiet kollha li jkunu
jinsabu quddiemu.
L-intimat ghandu 
jiehu gurament.
7.5. F’kull kaz qabel ma Arbitru jghaddi biex jiddeciedi dwar
Applikazzjoni ghal Ordni ta’ Inadempjenza li tkun saret skond din
ir-regola, l-intimat li jkun qed jaghmel l-Applikazzjoni ghal Ordni
ta’ Inadempjenza ghandu jikkonferma bil-gurament jew quddiem l-
Arbitru jew quddiem is-Segretarju li l-kontro-talba tkun ghadha
dovuta.
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 5
Regola 8 - Kif Temenda jew Tirtira Talba, 
Risposta jew Kontro-Talba
Kull dokument 
prezentat jista’ jigi 
emendat.
8.1. Parti tista’, mill-anqas sebat ijiem qabel il-jum stabbilit
ghas-smigh, titlob lit-Tribunal sabiex jemenda kull ma hu mehtieg
fl-Avviz tat-Talba, fir-Risposta, jew f’kull rikors jew dokument
iehor li jkun gie prezentat minn dik l-istess parti.
L-Arbitru mbaghad 
jiddeciedi.
8.2. Meta parti tkun qeghda titlob lit-Tribunal sabiex jemenda
xi att skond din ir-regola, dik il-parti ghandha timla Applikazzjoni
Vojta (Formola 7) u tipprezentaha fir-Registru tat-Tribunal fejn l-
Avviz tat-Talba jkun l-ewwel gie prezentat. Is-Segretarju ghandu
jirreferi l-applikazzjoni lill-Arbitru li mbaghad jiddeciedi liema
emendi, jekk ikun il-kaz, huwa ghandu jawtorizza.
Dmirijiet tas-
Segretarju dwar l-
emendi.
8.3. Is-Segretarju ghandu jissottolinea, jinizjala u jnizzel id-
data hdejn kull emenda li tista’ tkun awtorizzata li ssir minn
Arbitru.
Notifika tad-
dokument rivedut.
8.4. Is-Segretarju ghandu, bi spejjez tal-parti li tkun ghamlet ir-
rikors, jinnotifika lill-partijiet b’kopja tad-dokument rivedut hekk
kif ikun awtorizzat mill-Arbitru.
Sew it-talba sew il-
kontro-talba 
jistghu jigu ceduti.
8.5. Parti tista’ ccedi talba jew kontro-talba f’kull waqt. Meta
jsir dan dik il-parti ghandha tinnotifika lill-partijiet l-ohra bic-
cessjoni permezz tas-Segretarju. Cessjoni tista’ wkoll issir
verbalment matul is-smigh tal-procedimenti quddiem l-Arbitru,
kemm-il darba l-partijiet kollha jkunu gew notifikati b’avviz tas-
seduta.
L-effetti ta’ 
cessjoni.
8.6. Parti li ccedi talba jew kontro-talba ma tistax f’xi waqt
iehor tkompli biha jew tipprezenta xi Avviz tat-Talba iehor ghar-
rigward ta’ dik l-istess talba jew kontro-talba kemm-il darba dik il-
parti qabel ma tkunx applikat bil-miktub lit-Tribunal, billi tuza
Applikazzjoni Vojta (Formola 7), sabiex tinghata permess li
taghmel dan. Dik it-talba ghandha tigi deciza mill-Arbitru.
Regola 9 - Procedimenti Preliminari
Is-Segretarju 
ghandu jivverifika 
li l-partijiet gew 
notifkati. 
9.1. Wara l-iskadenza taz-zmien li fih risposta ghal talba u
risposta ghal kontro-talba, jekk tkun hemm, tkun tista’ ssir, is-
Segretarju ghandu jivverifika li l-partijiet kollha jkunu gew
notifikati bl-Avviz tat-talba kontrihom jew bir-Risposta, jekk ikun
hemm, skond dawn ir-regoli, qabel ma jghaddi biex jistabbilixxi
jum ghas-seduta li ssir quddiem l-Arbitru.
Is-Segretarju 
ghandu jiehu l-
passi mehtiega.
9.2. Meta parti ma tkunx giet notifikata bl-Avviz tat-Talba jew
b’Risposta, is-Segretarju ghandu jgharraf lill-Arbitru li jista’ jiehu
dawk il-passi li jqis li jkunu mehtiega skond dawn ir-regoli sabiex
jizgura li l-partijiet kollha jigu notifikati.
Is-Segretarju 
ghandu johrog 
notifika ta’ l-Avviz 
tat-Talba.
9.3. Wara li s-Segretarju jkun ivverifika li kull wahda mill-
partijiet tkun giet notifikata bl-Avviz tat-Talba u bir-Risposta, jekk
ikun hemm, huwa ghandu jistabbilixxi l-jum ghas-seduta quddiem
l-Arbitru. Is-Segretarju ghandu mbaghad jinnotifika lill-partijiet
kollha bl-Avviz tat-Talba (Formola 4).
Regola 10 -Thejjija ghas-Seduta
X’ghandha 
taghmel parti qabel 
is-seduta.
10.1.  Kull parti ghandha, meta tigi notifikata b’Avviz ta’
Seduta- 
6 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
10.1.1. iggib maghha ghas-seduta id-dokumenti u r-
rapporti kollha flimkien ma’ kull prova ohra li jkun
bi hsiebu jipproduci filwaqt tas-seduta, jekk dawn
ma jkunux diga  prezentati fir-Registru tat-
Tribunal; u
10.1.2. tizgura li dawk ix-xhieda li jehtieg, jattendu ghas-
seduta fil-hin, jum u lok stabbiliti.
Dik il-parti li 
tattendi mhux 
imhejjija sew tista’ 
tehel bl-ispejjez.
10.2.  Jekk l-Arbitru jikkunsidra li xi parti tkun attendiet ghal xi
seduta mhux imhejjija, l-Arbitru ghandu jordna lil dik il-parti biex
thallas kull spiza ragonevoli li xi wahda mill-partijiet l-ohra setghet
tkun garrbet b’rizultat ta’ dan.
Meta xhud ma 
jkunx irid jattendi 
minn jeddu.
10.3.  Meta xhud ma jkunx lest li jattendi ghal seduta minn
jeddu, parti tista’ tirrikorri lejn it-Tribunal sabiex dan johrog ordni
ta’ tahrik ta’ xhud billi jimla Tahrika ta’ Xhud (Formola 5) skond
id-direzzjonijiet moghtija fuq dik il-formola.
Zmien sa meta 
tahrika ghandha 
tigi prezentata.
10.4.  Tahrika ta’ Xhud ghandha tigi prezentata mill-anqas sebat
ijiem qabel il jum stabbilit ghas-seduta meta dakinhar il-persuna
mharrka tigi bhala xhud tkun mehtiega taghti x-xiehda taghha.
Dmirijiet ta’ kull 
min jigi notifikat 
f’Tahrika ta’ Xhud.
10.5.  Persuna li tigi notifikata b’Tahrika ta’ Xhud ghandha:
10.5.1. tattendi ghas-seduta fil-hin, jum u lok stabbiliti fit-
tahrika, u
10.5.2. iggib maghha kull dokument u kull haga ohra li
jistghu jenhtiegu minnu skond it-tahrika.
L-Arbitru jista’ 
johrog Ordni ta’ 
Skorta.
10.6.  L-Arbitru li jinhatar biex jisma’ l-kaz jista’ johrog Ordni
ta’ Skorta (Formola 6) kontra xhud li ma jattendix ghas-seduta
skond kif imharrek biex jaghmel fit-Tahrika ta’ Xhud, jekk l-
Arbitru jkun sodisfatt illi:
10.6.1. t-tahrika tkun giet debitament notifikata lix-xhud;
u
10.6.2. ix-xiehda ta’ dak ix-xhud tkun wahda mehtiega.
Is-Segretarju 
ghandu jirreferi 
Ordni ta Skorta lir-
Registratur tal-
Qrati.
10.7.  Is-Segretarju ghandu filwaqt li jagixxi kif ordnat mill-
Arbitru, jirreferi Ordni ta’ Skorta li jinhareg skond din ir-regola,
lir-Registratur tal-Qrati sabiex dan jigi esegwit minn ufficjal
esekuttiv tal-Qrati.
Kif jitwettaq l-
Ordni ta’ Skorta.
10.8.  Meta Arbitru jkun qed johrog Ordni ta’ Skorta huwa
ghandu jkollu l-istess setgha daqs Magistrat li jkun qed johrog
mandat ta’ akkumpanjament.
Regola 11 - Kif Titmexxa Seduta
L-istess Tribunal.  11.1.  Ghandu jkun dejjem l-istess Arbitru li joqghod fi Tribunal
filwaqt li jkunu qeghdin isiru il-procedimenti dwar xi talba u, jekk
ikun hemm, kontro-talba u kull talba flimkien ma’ kull kontro-talba
jekk ikun hemm, ghandhom jinstemghu wahedhom.
Meta jkun arbitru 
gdid li jmexxi 
seduta.
11.2.  Jekk il-procedimenti jitwaqqfu qabel ma tinghata
decizjoni finali minhabba fil-mewt, inabilita  jew tnehhija ta’ l-
Arbitru li jkun joqghod fi Tribunal waqt dawk il-procedimenti, t-
talba u l-kontro-talba, jekk ikun hemm, ghandhom jergghu jinbdew
quddiem Tribunal li fih joqghod Arbitru iehor.
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 7
Differiment ta’ 
seduta.
11.3.  L-Arbitru jista’ biss jaghti differiment jew postponiment
ta’ kawza jekk huwa jqis li jkun hemm ragunijiet validi biex
jaghmel dan. F’dan l-ghemil l-Arbitru jista’ jordna li jsiru dawk il-
hwejjeg li huwa jqis mehtiega sabiex jizgura li jkun hemm
konkluzjoni ta’ malajr tal-procedimenti.
Is-seduta ssir bil-
miftuh.
11.4.  Seduta ghandha ssir bil-miftuh. Madankollu l-Arbitru
jista’ jordna, wara li jkun qies ic-cirkostanzi tat-tilwima jew fuq
talba ta’ xi parti, li seduta ssir bil-maghluq jekk huwa jqis li jkun
mehtieg li jsir hekk. F’dan l-ghemil, l-Arbitru jista’ jaghti direttivi
dwar min ikunu dawk il-persuni li jistghu ikunu prezenti waqt is-
seduta.
L-Arbitru jista’ 
jipprova jgib 
ftehim bejn il-
partijiet.
11.5.  Waqt is-seduta l-Arbitru jista’, fid-diskrezzjoni tieghu u
wara li jqis il-kwistjonijiet quddiemu, jghin lill-partijiet sabiex
jaslu fi ftehim.
Twettiq ta’ ftehim.
ftehim li jkun sar, il-ftehim mbaghad ikollu sehh daqslikieku kien
decizjoni ta’ l-Arbitru moghtija skond l-artiko1u 25 ta’ l-Att.
Kif seduta 
titmexxa minn 
Arbitru.
11.7.  Bla hsara ghall-artikolu 23 ta’ l-Att l-Arbitru jista’ jadotta
matul seduta kull mod ta’ procedura h huwa jqis li jkun gust u li
jkun jaghti lil kull parti opportunita  indaqs sabiex iggib il-kaz
taghha.
L-Arbitru jista’ 
jintervjeni.
11.8.  Minghajr pregudizzju ghar-regola 1 1 .7. jew ghad-
disposizzjonijiet ta’ l-Att, l-Arbitru jista’, wara li jkun qies ic-
cirkostanzi tal-partijiet u jekk ikollhomx min jidher ghalihom jew
le:
11.8.1. jistaqsi mistoqsijiet lil min irid mill-partijiet jew
lix-xhieda; u
11.8.2. ifisser kull frazi jew espressjoni legali li tintuza.
Hatra ta’perit 
tekniku.
11.9.  Jista’ Arbitru fid-diskrezzjoni tieghu u skond l-artikolu 23
ta’ l-Att, jaqtaghha li jahtar perit tekniku jekk:
11.9.1. l-Arbitru jqis li dik il-hatra tkun mehtiega; jew
11.9.2. parti titlob li ssir dik il-hatra u ebda wahda mill-
partijiet l-ohra ma jopponu.
Drittijiet li 
jinghataw lill-
Arbitru.
11.10. Fil-hatra ta’ perit tekniku l-Arbitru ghandu jistabbilixxi xi
jkunu dawk id-drittijiet li kull wiehed mill-partijiet ghandu fl-
ewwel lok ihallas lill-perit. Id-drittijiet dovuti lil perit ghandhom
jinhadmu bl-istess mod bhallikieku l-perit kien qieghed jaghti
xiehda teknika quddiem il-Qorti tal-Magistrati (Malta) fil-
kompetenza civili taghha jew il-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) fil-
kompetenza taghha civili inferjuri.
Regola 12 - Meta Parti Tonqos milli Tattendi ghal Smigh
Meta l-intimat ma 
jattendix.
12.1.  Jekk l-intimat ma jattendix seduta, l-Arbitru jista’
jiddeciedi t-talba kontra dak l-intimat. 
Meta r-rikorrent 
ma jattendix.
12.2.  Jekk ir-rikorrent ma jattendix seduta, l-Arbitru jista’: 
12.2.1. jichad it-talba, u
12.2.2. jekk l-intimat ikun ghamel kontro-talba u l-intimat
ikun prezenti, jilqa’ l-kontro-talba.
8 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Min ikun 
kontumaci jbati l-
ispejjez.
12.3. Meta l-Arbitru jaqta’ jew jichad talba jew kontro-talba,
jekk ikun hemm, skond din ir-regola, huwa ghandu jordna li l-parti
kontumaci ghas-seduta ghandha tbati l-ispejjez.
Regola 13 - Rapprezentanza
Kif jitmexxa kaz. 13.1.  Parti tista’ tmexxi l-kaz taghha stess waqt seduta. Parti
tista’ wkoll tkun assistita minn xi persuna ohra inkluz avukat jew
prokuratur legali.
L-Arbitru jista’ 
jeskludi persuna 
milli tassisti.
13.2.  Arbitru jista’ jeskludi lil persuna milli tassisti lil xi parti
jekk huwa jqis li dik il-persuna ma tkunx kompetenti li taghti dik l-
assistenza.
Meta l-parti tkun 
korp guridiku 
distint.
13.3.  Jekk parti tkun korp b’personalita  guridika distinta, dak il-
korp ghandu jkun rapprezentat minn persuna li tkun debitament
awtorizzata tagixxi minflok dak il-korp. Ikun bizzejjed li jissemma’
biss l-isem ta’ dak il-korp f’kull talba jew risposta li tigi prezentata
minn jew kontra dak il-korp.
L-Arbitru ghandu 
jedd jehles parti 
mill-osservanza 
tar-regoli.
13.4.  Arbitru jista’ jehles fid-diskrezzjoni tieghu lil xi parti
mill-konsegwenzi li jgib in-nuqqas ta’ tharis tad-disposizzjonijiet
ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regoli, jekk l-Arbitru iqis li dan sar
minhabba f’xi zball, zvista jew ghal xi raguni ohra li l-Arbitru jqis
li tkun valida. L-Arbitru jista’, f’dak il-kaz, jaghti kull ordni li jqis
li jkun gust.
Regola 14 - Id-Decizjoni ta’ l-Arbitru wara s-Smigh
tal-Procedimenti
L-Arbitru 
jiddeciedi wara s-
seduta.
14.1.  L-Arbitru ghandu jiddeciedi dwar it-talba jew kontro-
talba, jekk ikun hemm, jew fi tmiem is-Seduta jew f’xi jum iehor li
jigi wara.
Meta d-decizjoni 
tinghata iktar tard.
14.2.  Jekk id-decizjoni ta’ l-Arbitru jkollha tinghata f’jum li jigi
aktar tard, l-Arbitru ghandu jew verbalment fi tmiem is-seduta jew
bil-miktub permezz tas-Segretarju, jgharraf il-partijiet bil-jum meta
tkun ser tinghata d-decizjoni.
Id-decizjoni 
tinghata kemm 
jista’ jkun malajr.
14.3.  Meta d-decizjoni ta’ l-Arbitru ma tinghatax fi tmiem is-
seduta din ghandha tinghata kemm jista’ jkun malajr u kull wiehed
mill-partijiet ikun intitolat jitlob minghand is-Segretarju kopja ta’
dik id-decizjoni. F’ebda kaz ma ghandha decizjoni tinghata iktar
tard minn erbghin jum mid-data ta’ l-ahhar seduta.
Regola 15 - Appell
Kif jigi prezentat 
appell.
15.1.  Appell jew risposta ghal appell jigu prezentati fir-Registru
tal-Qorti ta’ l-Appell kompetenti skond l-artikolu 22 ta’ l-Att.
Procedura f’appell 
minn decizjoni tat-
Tribunal ghal 
Talbiet ta’ 
Konsumaturi 
(Malta).
15.2.  Meta jsir appell jew risposta ghal appell minn decizjoni
tat-Tribunal ghal Talbiet ta’ Konsumaturi (Malta) parti ghandha
timxi skond il-procedura applikabbli meta jsir appell jew risposta
ghal appell minn sentenza tal-Qorti tal-Magistrati (Malta) fil-
kompetenza civili taghha, sakemm dik il-procedura ma tkunx
konfliggenti ma’ l-Att jew ma’ dawn ir-regoli.
Procedura f’appell 
minn decizjoni tat-
Tribunal ghal 
Talbiet ta’ 
Konsumaturi 
(Ghawdex).
15.3.  Meta jsir appell jew risposta ghal appell minn decizjoni
tat-Tribunal ghal Talbiet ta’ Konsumaturi (Ghawdex) parti ghandha
timxi skond il-procedura applikabbli meta jsir appell jew risposta
ghal appell minn sentenza tal-Qorti tal-Magistrati (Ghawdex) fil-
kompetenza civili inferjuri taghha, sakemm dik il-procedura ma
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 9
tkunx konfliggenti ma’ l-Att jew ma’ dawn ir-regoli.
Kif jintbaghtu l-
inkartamenti lill-
Qrati Superjuri.
15.4.  Fi zmien erbat ijiem minn meta jigi prezentat appell fir-
Registru tal-Qorti ta’ l-Appell kompetenti, ir-Registratur tal-Qrati
ghandu javza bil-miktub lis-Segretarju tat-Tribunal li jkun ha d-
decizjoni illi dak l-appell ikun gie prezentat. Meta s-Segretarju
jasallu dak l-avviz, huwa ghandu fi zmien erbat ijiem jibghat l-
inkartamenti tal-kaz lir-Registratur.
Regola 16 - Generali
It-talba jew il-
kontro-talba ma 
jistghux jinqasmu.
16.1.  Talba jew kontro-talba ma jistghux jinqasmu f zewg
talbiet jew iktar bil-ghan li tkun tista’ tidhol fil-kompetenza tat-
Tribunal.
It-Tribunal jista’ 
jaghti ordnijiet 
biex igib 
arrangament spedit 
u effettiv.
16.2.  Minghajr pregudizzju ghal dawn ir-regoli u b’mod
konformi ma’ l-Att, Arbitru jista’ jaghti ordni li huwa jqis li jkun
gust u mehtieg sabiex jintlahaq arrangament spedit u effettiv ta’
kull tilwima li jkollu quddiemu.
L-Arbitru jista’ 
jtawwal jew 
iqassar kull zmien 
stabbilit.
16.3.  Arbitru jista’ f’kull zmien itawwal jew iqassar xi zmien
stabbilit b’dawn ir-regoli skond dawk il-patti li jqis bhala gusti
ghall-partijiet kollha.
Tiswija ta’ 
decizjonijiet.
16.4.  Arbitru jista’ jsewwi zball jew omissjoni accidentali li
jsiru f’decizjoni, u jista’ iktar minn hekk jipprovdi dwar spejjez,
mghax jew kull haga ohra li ma tkunx inghatat decizjoni dwarha
izda li fil-fatt kellha tinghata tali decizjoni.
Is-Segretarju 
ghandu jassisti lill-
partijiet.
16.5.  Is-Segretarju ghandu jassisti lil kull min jitlob l-ghajnuna
sabiex jimla kull formola li hemm skond dawn ir-regoli jew sabiex
jassisti lill-partijiet.
Kif japplika l-
Kodici ta’ 
Organizzazzjoni u 
Procedura Civili.
Kap. 12.
16.6.  Id-disposizzjonijiet tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u
Procedura Civili ghandhom japplikaw biss sal-limiti li ma jkunux
inkonsistenti mad-disposizzjonijiet ta’ l-Att jew ta’ dawn ir-regoli.
Il-kazijiet quddiem 
xi qorti li jigu 
riferiti lit-Tribunal.
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-
2000.
16.7.  Meta jkun hemm kaz quddiem xi qorti li jghaddi ghal
ghand it-Tribunal wara li ssir talba mill-partijiet skond ma hemm
fl-Att, dak il-kaz ma ghandux f’dik ic-cirkostanza jigi riferit lid-
Direttur jew lill-ghaqda ta’ konsumaturi registrata, skond il-kaz,
skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 23(4), u s-Segretarju
ghandu jghaddi biex iqieghed il-kaz fuq il-lista ghas-smigh. Din ir-
regola ghandha tapplika wkoll ghal kull kontro-talba li ssir
quddiem tribunal.
Regola 17- Regoli Ohra dwar in-Notifiki
Notifika ta’ avviz 
jew ta’ dokument. 
17.1.  Meta avviz jew xi dokument iehor ikun mehtieg li jigi
notifikat skond ma hemm fl-Att jew f’dawn ir-regoli, dan ghandu
fl-ewwel lok jigi notifikat permezz tas-Segretarju b’xi wiehed minn
dawn il-modi li gejjin:
17.1.1. fil-kaz ta’ persuna fizika, billi dan jigi lilha
kunsinnat jew billi tintbaghat ittra registrata li tigi
lilha indirizzata, fil-post ordinarju ta’ residenza
taghha jew f’dak il-post l-ahhar maghruf fejn
kienet toqghod; u
17.1.2. fil-kaz ta’ korp li jkollu personalita  guridika
distinta, billi dan jigi kunsinnat lil ufficjal jew
10 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
impjegat tieghu fl-ufficcju registrat jew f’kull post
tan-negozju iehor, jew billi tintbaghat ittra
registrata li tigi indirizzata lill-imsemmi korp fl-
ufficju registrat tieghu, indirizz postali jew kull
post tan-negozju iehor.
L-Arbitru jista’ 
jordna li jsir avviz 
dwar in-notifika 
fil-Gazzetta.
17.2.  Jekk in-notifika ma tkunx tista’ ssir b’xi wiehed mill-modi
msemmija qabel f’din ir-regola, l-Arbitru ghandu jghaddi biex
jordna li n-notifika ssir billi jaghti direttiva li sommarju ta’ dak l-
avviz jew dokument ghandu jigi pubblikat fil-Gazzetta u f’mill-
anqas gurnal wiehed ta’ kuljum u b’kull mezz iehor li jista’ jqis li
jkun xieraq.
L-ufficjal li 
jaghmel in-
notifika.
17.3.  In-notifiki jistghu isiru mill-ufficjali tat-Tribunal, ufficjali
tal-Posta skond ir-regolamenti postali jew minn ufficjali ezekuttivi
li jagixxu skond l-ordinijiet lilhom moghtija mir-Registratur tal-
Qrati fuq talba ta’ xi Arbitru jew tas-Segretarju.
Regola 18 - Drittijiet u Spejjez
Min ghandu jhallas 
id-drittijiet 
stabbiliti.
18.1.  Kull parti li tipprezenta xi att jew dokument fir-registru ta’
Tribunal ghandu jhallas dawk id-drittijiet skond ma hemm stabbiliti
fl-Ewwel Skeda.
Applikazzjoni tal-
Kodici dwar 
drittijiet fuq spejjez 
professjonali.
18.2.  It-Tribunal ghandu fid-decizjoni tieghu jintaxxa -
18.2.1 il-hlas tad-drittijiet dovuti lil avukati, prokuraturi
legali u kull persuna ohra li tassisti xi parti
quddiem it-Tribunal, u
18.2.2 il-hlas tad-drittijiet li jistghu jkunu dovuti lil espert
tekniku,
skond id-disposizzjonijiet tal-Kodici u r-regoli maghmula taht l-
istess Kodici dwar il-hlas ta’ drittijiet dovuti rispettivament lill-
avukati, prokuraturi legali jew kull persuna ohra li tassisti xi parti
quddiem il-qorti u lill-esperti teknici, sakemm it-tassazzjoni tal-
hlas ta’ dawk id-drittijiet ma tmurx kontra l-Att jew dawn ir-regoli.
Applikazzjoni tal-
Kodici dwar 
drittijiet dovuti lir-
Registru tal-Qorti.
18.3.  L-artikoli tal-Kodici dwar id-drittijiet li jithallsu fir-
Registru tal-Qorti ta’ l-Appell meta parti taghmel appell jew
risposta ghal appell minn decizjoni ta’ Tribunal, japplikaw sakemm
ma jmorrux kontra l-Att jew dawn ir-regoli.
Regola 19 - Uzu ta’ Formoli
Is-Segretarju jista’ 
jichad li jilqa’ 
formoli mhux 
mimlijin sew.
19.1.  Il-formoli fit-Tieni Skeda ghandhom jintuzaw skond dawn
ir-regoli u d-direttivi moghtija fuq il-formoli nnifishom.
Formoli. 19.2.  Is-Segretarju jista’ jichad li jilqa’ xi dokument sabiex jigi
prezentat kemm il-darba dan ma jkunx:
19.2.1. miktub fuq formola kif mehtiega b’dawn ir-regoli
jew
19.2.2. imtela skond id-direttivi moghtija fuq dik il-
formola.
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 11
L-EWWEL SKEDA
Drittijiet li jithallsu fir-Registru ta’ Tribunal
TARIFFA B
Drittijiet li jithallsu ghal Atti Ezekuttivi
Drittijiet li jithallsu fir-Registru tal-Qorti ta’ l-Appell
TARIFFA A Sostitwita:A.L. 284 ta’ l-2000.
1. Ghall-prezentata ta’ avviz tat-talba jew ta’ risposta li jkun
fiha kontra-talba:
1.1 meta l-ammont mitlub ma jkunx jeccedi Lm 250 ............ Lm 3.00,0
1.2 meta l-ammont mitlub ma jkunx jeccedi Lm 500 ............ Lm 5.00,0
1.3 meta l-ammont mitlub ma jkunx jeccedi Lm 1000 .......... Lm 8.00,0
1.4 meta l-ammont mitlub jeccedi Lm 1000 ......................... Lm 10.00,0
2. Ghall-prezentata ta’ risposta kemm-il darba din ma jkunx
fiha kontro-talba .................................................................. Lm 3.00,0
3. Ghall-prezentata ta’ kull rikors jew att iehor inkluz il-
prezentata ta’ rapport ta’ perit tekniku .................................. Lm 0.75,0
4. Ghal kull notifika ................................................................ Lm 1.00,0
5. Ghal kull kopja, ghal kull pagna ta’ l-original ...................... Lm 0.25,0
6. Ghal kull decizjoni finali tat-Tribunal -
6.1. ghar-rigward ta’ l-ewwel Lm 500 .................................. Lm 4.00,0
6.2. ghar-rigward ta’ kull valur li jeccedi Lm 500 ................. Lm 8.00,0
1. Ghall-pubb1ikazzjoni ta’ reklami fil-Gazzetta, ghal kull
inserzjoni ............................................................................. Lm 2.00,0
TARIFFA C Mizjuda:A.L. 284 ta’ l-2000.
1. Ghall-prezentata ta’ rikors ta’ appell ................................... Lm 15.00,0
12 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
AVVIZ TAT-TALBA (JEW KONTRO-TALBA)
FIT-TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Emendata:
A.L. 284 ta’ l-2000. IT-TIENI SKEDA
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 1 LOCATION
Avviz lill-parti li
taghmel kontro-talba
Jekk din hi kontro-talba ghaldaqstant ghandek tindika n-numru tar-registry
file tat-talba li saret kontra tieghek
MINN RIKORRENT
Imla l-isem, indirizz u
numru tat-telefon tal-
persuni li qed jaghmlu
t-talba
LIL INTIMAT
Imla l-isem, indirizz u
numru tat-telefon tal-
persuni li kontrihom
qed issir t-talba
AVVIZ LILL-PARTI LI KONTRIHA QED ISSIR IT-TALBA
Kull min jigi notifikat b’dan l-avviz tat-talba ghandu fi zmien 18-il jum mill-jum tan-notifika jipprezenta
risposta. Jekk jonqos milli jaghmel dan, it-Tribunal jista’ jghaddi biex jiddeciedi t-tilwima wkoll jekk
tkun assenti
GHAL UZU UFFICJALI BISS
Il-persunal tat-Tribunal
jimlew din il-parti
AMMONT MITLUB Lm
DRITTIJIET TAL-
PREZENTATA
Lm
DRITTIJIET TAN-NOTIFIKA Lm
TOTAL Lm
DETTALJI DWAR IT-TALBA
AVVIZ LIR-RIKORRENT
Ghandek tirreferi t-talba tieghek lid-Direttur ghall-Affarijiet tal-Konsumatur li se jipprova jirranga t-
tilwima tieghek. Jekk ma jinkisibx arrangament fi zmien 15-il jum tax-xoghol int tkun imbaghad tista’
tipprezenta t-talba tieghek quddiem it-Tribunal. Dan l-avviz ma jghoddx jekk int intimat li qieghed
taghmel kontro-talba kontra r-rikorrent.
Aghti n-numru ta’ referenza tal-file tad-Dipartiment ghall-
Affarijiet tal-Konsumatur li ghandu x’jaqsam mat-talba
tieghek u aghti d-data meta int irreferejt it-talba tieghek lid-
Direttur
numru ta’ referenza
data
FEJN' META'
Ghid fejn dan gara Ghid meta dan
gara
KEMM'
Ghid kemm hu l-
ammont mitlub mill-
intimat Lm
TWARRIB TA’ PARTI
MIT-TALBA
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 13
Jekk qieghed twarrab
parti mit-talba tieghek
’l fuq minn Lm 1,500
iffirma din id-
dikjarazzjoni
Jiena niddikjara li kull ammont mit-talba tieghi ’l fuq minn Lm 1,500
qieghed jitwarrab
..................................................................... firma
STADJU 1 MINN
IMLA L-AVVIZ TAT-TALBA billi
tuza typewriter jew tikteb car. Ara li
kull kopja tkun tinqara sew.
Kun zgur li l-indirizz tieghek hu tajjeb ghaliex
ikun f’dak l-indirizz li r-Registru ghad jibghatlek
kull avviz jew taghrif iehor. Jekk int tibdel l-
indirizz tieghek f’xi zmien, jekk joghgbok avza
lir-Registru b’dan minnufih.
STADJU 2
IPPREZENTA L-AVVIZ TAT-
TALBA billi tmur biha fir-Registru
tat-Tribunal ghal Talbiet tal-
Konsumaturi. Trid thallas dritt tal-
prezentata, li jiddependi mill-ammont
li qieghed titlob u dritt tan-notifika.
Il-persunal jivverifika l-formola u
meta din tintlaqa’ biex tigi
prezentata, huma jittimbrawha,
inizzlu fuqha drittijiet tal-prezentata
u tan-notifika u jaghtuha numru tal-
file. Is-Segretarju mbaghad jghaddi
biex jinnotifika f’ismek lill-intimat
b’kopja ta’ l-Avviz tat-Talba.
LIL
Kun zgur li l-indirizz ta’ l-intimat huwa tajjeb.
Jekk hemm iktar minn intimat wiehed nizzel l-
ismijiet ta’ kull konvenut (hdejn xulxin) fl-
ispazju provdut. F’dak il-kaz però  kun zgur li t-
talba titnissel mill-istess operazzjoni.
X’GARA'
M’hemmx ghalfejn toqghod tghid kollox dwar il-
kaz hawnhekk. Ghandek kemm tghid bizzejjed
sabiex thalli lill-intimat ikun jaf x’inhu sewwa
sew il-kaz tieghek. Zomm il-grajja tieghek fil-
qosor. Ghad ikollok kull opportunita  li
tipprezenta l-fatti kollha waqt is-seduta.
STADJU 3
X’SE JIGRI WARA FEJN'
Jekk l-intimat jipprezenta risposta,
int tigi notifikat b’kopja ta’ dik ir-
risposta. Jekk fi zmien 18-il jum mill-
jum tan-notifika ta’ l-AVVIZ TAT-
TALBA ma tigi prezentata ebda
risposta, int tista’ tapplika ghall-hrug
ta’ ordni ta’ inadempjenza kontra dak
l-intimat li jkun naqas milli
jipprezenta risposta.
Avviz tat-Talba ghandu jigi prezentat fir-
Registru tat-Tribunal fejn l-operazzjoni, li
ghaliha tkun tirriferi t-talba, tkun sehhet.
KEMM'
Jekk il-valur tat-talba tieghek huwa ta’ iktar minn
Lm 1,500 (minghajr ma tqis id-drittijiet tal-
prezentata u tan-notifika) int xorta ghadek tista’
tipprezenta t-talba tieghek quddiem it-Tribunal
jekk int lest li twarrab dik il-parti mit-talba
tieghek li taqbez il-Lm 1,500. F’dan il-kaz
ghandek tiddikjara fit-taqsima TWARRIB TA’
PARTI MIT-TALBA li int tkun qed twarrab dik
il-parti mit-talba tieghek ’il fuq minn Lm 1,500.
14 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
DETTALJI DWAR IT-TALBA - tkompli
ELENKA X-XHIEDA 
TIEGHEK F’DIN IL-PARTI
Isem u indirizz tal-persuni li bi hsiebek tharrek bhala xhieda
X’GARA' EHMEZ IKTAR KARTI JEKK DAN L-ISPAZJU MHUWIEX 
BIZZEJJED
Ghid x’qed titlob, billi
tiddikjara fil-qosor il-fatti li
wasslu ghat-tilwima
firma tar-rikorrent data
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 15
RISPOSTA
FIT-TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 2 LOCATION
LIL RIKORRENT
Ikteb l-isem, indirizz
u numru tat-telefon
tal-persuna li qed
taghmel it-talba
kontra tieghek
MINN INTIMAT
Ikteb l-isem, indirizz
u numru tat-telefon ta’
l-intimat li qed
jaghmel din ir-
risposta
AVVIZ LILL-INTIMAT
Jekk flimkien mar-risposta tieghek trid taghmel kontro-talba ghaldaqstant ghandek timla avviz tat-talba
int innifsek, u timxi skond l-istruzzjonijiet moghtija fuq dik il-formola. Ara li l-avviz tat-talba tieghek
jigi prezentat flimkien mar-risposta tieghek.
Il-persunal tat-
Tribunal jimlew din
it-taqsima
*Ammont mitlub
japplika biss meta
bhala intimat int tkun
qed taghmel ukoll
kontro-talba flimkien
ma’ din ir-risposta.
GHAL UZU UFFICJALI BISS
AMMONT MITLUB* Lm
DRITTIJIET TAL-
PREZENTATA
Lm
DRITTIJIET TAN-NOTIFIKA Lm
TOTAL Lm
16 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
STADJU 1 MINN
IMLA R-RISPOSTA billi tuza
typewriter jew tikteb car. Ara li kull
kopja tinqara sew.
Dan hu l-ispazju fejn int tidentifika lill-parti li
qeghda tipprezenta din ir-Risposta. Aghti
indirizz fejn kull avviz jew taghrif iehor dwar it-
tilwima jkun jista’ jintbaghtlek. Jekk int tibdel l-
indirizz tieghek fxi zmien, ara li tgharraf b’dan
lis-Segretarju tat-Tribunal.
STADJU 2
IPPREZENTA R-RISPOSTA billi
tmur biha fir-Registru tat-Tribunal
Ghal Talbiet tal-Konsumaturi fejn l-
AVVIZ TAT-TALBA li sar kontrik
kien gie prezentat. Il-persunal
jivverifika l-formola u jekk tkun
mimlija sew, din tintlaqa’ sabiex tigi
prezentata fi zmien 18-il jum minn
meta tigi notifikat bl-AVVIZ TAT-
TALBA.
TILWIMA
M’hemmx ghalfejn toqghod tghid kollox dwar il-
kaz hawnhekk. Ghandek kemm tghid bizzejjed
sabiex tindika lir-rikorrent u lit-Tribunal liema
partijiet tat-talba tkun qieghed tikkontesta u
ghaliex. Jekk ikun hemm xi haga fl-Avviz tat-
Talba li int taqbel maghha, ara li din tigi inkluza
fir-risposta tieghek.
STADJU 3
X’JIGRI WARA KONTRO-TALBA
IMBAGHAD it-Tribunal jibghat
kopja tar-Risposta tieghek lir-
rikorrent u jappunta data ghas-smigh.
Ghad tircievi avviz li jgharrfek bid-
data u l-lok meta u fejn it-tilwima
tieghek tkun ser tinstama’.
Jekk trid taghmel kontro-talba li tfisser talba
kontra r-rikorrent, inti flimkien mar-risposta
tieghek ghandek ukoll timla Avviz tat-Talba billi
timxi skond id-direzzjonijiet li hemm fuq dik il-
formola. Sabiex tkun tista’ taghmel kontro-talba,
it-talba tieghek stess irid ikollha x’taqsam ma’
jew tkun tirrigwarda t-talba li r-rikorrent ikun
ghamel kontrik.
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 17
DETTALJI DWAR IR-RISPOSTA TIEGHEK
ELENKA X-XHIEDA 
TIEGHEK F’DIN IL-
PARTI
Isem u indirizz ta’ kull min bi hsiebek tharrek bhala xhud
TILWIMA EHMEZ IKTAR KARTI JEKK DAN L-ISPAZJU MHUWIEX 
BIZZEJJED
Ghid jekk intix qed
tikkontesta t-talba li qed
issir kontrik. Jekk dan hu l-
kaz spjega x’ma taqbilx
mieghu u ghaliex
18 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
APPLIKAZZJONI GHAL ORDNI TA’ INADEMPJENZA
FIT-TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
Firma ta’ l-intimat data
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 3 LOCATION
Imla l-ismijiet
tal-partijiet fit-
tilwima billi
tikkopjahom bl-
avviz tat-talba.
Fil-kaz bejn:
RIKORRENT
U
INTIMAT
Isem il-parti li
taghmel l-
applikazzjoni
MIN JAPPLIKA
B’dan qieghed nitlob li dan it-Tribunal johrog ordni ta’ inadempjenza
kontra
..........................................................................................................
..........................................................................................................
isem u indirizz shih tal-parti li kontriha jkun qed jintalab il-hrug tal-ordni ta’ 
inadempjenza
Nikkomferma li l-ammont li ghadu lili dovut hu ta’ Lm
firma ta’ min japplika data
GHALL-UZU TA’ L-UFFICCJU
Ammont mitlub Lm
Spejjez Lm
Mghax Lm
DIGRIET TAT-TRIBUNAL
Din il-parti
timtela mit-
Tribunal meta
jiddeciedi dwar l-
applikazzjoni
tieghek ghal
ordni ta’
inadempjenza
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 19
AVVIZ TA’ SEDUTA
FIT-TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
firma ta’ l-Arbitru data
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 4 LOCATION
LIL RIKORRENT
U
INTIMAT
Tinsabu mgharrfa li s-seduta li tirrigwarda t-tilwima taghkom ghandha ssir
quddiem Arbitru tat-Tribunal ghal Talbiet tal-Konsumatur:
fi
data hin
fi
indirizz fejn tkun se ssir is-seduta
firma tas-segretarju tat-tribunal data
AVVIZ LILL-PARTIJIET
Jekk tonqos milli tidher fis-seduta minghajr ma taghti raguni valida l-Arbitru
jista’ jiddeciedi t-tilwima fin-nuqqas tieghek u jaqta’ li jkollok tbati l-ispejjez.
Jekk int ma tistax tattendi ghas-seduta ghandek ghaldaqstant tapplika bil-miktub
minnufih lit-Tribunal sabiex titlob differiment, filwaqt li tispjega ghaliex ma
tistax tattendi. Ikun fid-diskrezzjoni tat-Tribunal li jiddeciedi jekk it-talba
tieghek tkunx wahda gustifikabbli jew le.
AVVIZ TA’ SEDUTA
20 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
TAHRIKA TA’ XHUD
FIT-TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
ATTENDI ghas-seduta mill-anqas ghaxar minuti qabel il-hin stabbilit.
Kun zgur li tkun imhejji sew, billi din se tkun l-unika opportunita  li se jkollok
biex iggib il-kaz u l-provi tieghek quddiem it-Tribunal.
FTAKAR f’dawn l-affarijiet
1) GIB id-dokumenti kollha li ghandhom x’jaqsmu mal-kaz bhal ma huma
ricevuti, korrispondenza jew kull ftehim.
2) KUN ZGUR li kull xhud li tehtieg ix-xiehda tieghu ghandu jasal kmieni.
Jekk xhud ma jkunx lest li jattendi minn jeddu, ghaldaqstant ghandek tirrikorri
quddiem it-Tribunal sabiex johrog Tahrika ta’ Xhud (Formola 5). It-tahrika hija
ordni tat-Tribunal li tordnalu jattendi ghas-seduta.
3) HEJJI dak kollu li tkun ser tghid  minn qabel. Irrevedi l-fatti kollha f’ordni
kronologiku, haga wara l-ohra. Waqt is-seduta tista’ thares lejn xi notamenti li
tkun hejjejt minn qabel.
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 5 LOCATION
Fil-kaz bejn:
Imla l-ismijiet tal-
partijiet fit-tilwima billi
tara l-Avviz tat-Talba RIKORRENT
U
INTIMAT
LIL XHUD
Imla l-isem u l-indirizz
ta’ min trid jattendi
quddiem it-Tribunal
Isem il-parti li tehtieg
lix-xhud RIKORRENT
META U FEJN
Ix-xhud huwa mehtieg li jattendi quddiem it-Tribunal ghal Talbiet
tal-Konsumaturi
Imla l-post, il-jum u l-hin
tas-seduta fi data fi hin
fi indirizz shih ta’ fejn xhud ghandu jattendi
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 21
GHAL LIEMA RAGUNI QED JITHARREK IX-XHUD
Ghid fil-qosor lix-xhud
tieghek ghaliex tehtieg
ix-xiehda
Ix-xhud hu mehtieg igib dawn id-dokumenti u affarijiet ohra
Jekk trid ix-xhud igib xi
dokumenti jew affarijiet
ohra fis-seduta nizzilhom
hawn
Iffirma u nizzel id-data
tat-tahrika tieghek firma ta’ min jitlob it-tahrika data
Din il-parti timtela mit-
Tribunal
Ghal uzu ufficjali biss
DIGRIET TA’ L-ARBITRU
Wara li kkunsidrajt din it-talba ghal tahrika ta’ xhud, qieghed
b’dan nawtorizza l-hrug ta’ din it-tahrika u nordna lix-xhud jidher
fil-post, jum u hin kif mistenni qabel u sabiex igib kull dokument
jew haga ohra mehtiega f’din it-tahrika
firma ta’ l-Arbitru data
AVVIZ LIX-XHUD
Galadarba waslitlek tahrika ta’ xhud hekk kif debitament awtorizzata mit-Tribunal, inti
ghandek ghaldaqstant tattendi ghas-seduta tat-Tribunal fil-hin u post imsemmija f’din it-
tahrika u ghandhek iggib mieghek kull dokument jew haga ohra minnek mehtiega fit-tahrika.
TAHRIKA TA’ XHUD
M’ghandekx ghalfejn titlob lit-Tribunal johrog Tahrika ta’ Xhud kemm-il darba x-xhud
tieghek hu lest li jattendi minn jeddu.
IMLA t-Tahrika ta’ xhud billi timxi skond id-direttivi moghtija fuq il-formola. Ara li tikteb
b’idek jew typewriter b’mod car u li l-kopji kollha jkunu jinqraw sew.
IPPREZENTA t-Tahrika ta’ xhud billi twassalha fir-Registcu tat-Tribunal ghal Talbiet tal-
Konsumaturi. Il-persunal mbaghad jivverifika jekk il-formola tkunx imtliet sew. Wara
jittimbrawha u jghaddu biex jinnotifikawha. Jekk tkun trid lix-xhud igib xi dokumenti
specifici (bhal fatturi) ara li tnizzilhom wahda wara l-ohra fit-tahrika.
FTAKAR li ghandek tipprezenta t-tahrika zmien qabel il-jum tas-seduta meta tkun trid lix-
xhud li jattendi. Jekk xhud li jkun gie debitament notifikat bit-tahrika jonqos milli jattendi, l-
Arbitru jista’ mbaghad johrog Ordni ta’ Skorta kontrih.
22 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
ORDNI TA’ SKORTA
FIT-TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 6 LOCATION
Fil-kaz bejn:
RIKORRENT
U
INTIMAT
LIL
Ufficjal esekutur ta’ l-ordni ta’ arrest
Billi x-xhud ..........................................................................................
..........................................................................................
..........................................................................................
isem shih u indirizz tax-xhud
kien gie notifikat b’Tahrika ta’ Xhud fis-seduta ta’ din it-tilwima u dak ix-xhud naqas milli
jobdi t-tahrika, u ninsab sodisfatt li x-xiehda ta’ dak ix-xhud hija mehtiega ghall-ghanijiet ta’
din it-tilwima,
INT GHALDAQSTANT ORDNAT LI TWASSAL BI SKORTA U GGIB LIX-XHUD
QUDDIEM IT-TRIBUNAL
fi
data hin
TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI g L.S.378.01 23
APPLIKAZZJONI VOJTA
FIT-TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
fi
indirizz fejn ikollha ssir is-seduta
firma ta’ l-Arbitru data
REGISTRY FILE
NUMBER
Formola 7 LOCATION
Imla l-ismijiet tal-
partijiet fit-tilwima kif
jidhru fl-Avviz tat-
Talba
Fil-kaz bejn:
RIKORRENT
U
INTIMAT
Isem il-parti li tkun
qed taghmel l-
applikazzjoni INTIMAT(I)
Semmi fil-qosor dak li
qed titlob li jsir
24 L.S.378.01 h TRIBUNAL GHAL TALBIET TAL-KONSUMATURI
firma ta’ min japplika data
