BEJGH MILL-BOGHOD g L.S.378.08 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 378.08
REGOLAMENTI DWAR BEJGH MILL-BOGHOD
4 ta’ Settembru, 2001
L-AVVIZ LEGALI 186 ta’ l-2001.
Titolu.
Bejgh mill-Boghod.
Tifsir.
tkunx tehtieg xort’ohra -
Kap. 378.
"garanzija kummercjali" ghandha l-istess tifsira bhal dik li
ghandha fl-Att;
"konsumatur" ghandha l-istess tifsira bhal dik li ghandha fl-Att;
"kummercjant" ghandu jkollha l-istess tifsira bhal dik li ghandha
taht l-Att;
"Kunsill" tfisser il-Kunsill ghall-Affarijiet tal-Konsumatur;
"kuntratt mill-boghod" tfisser kuntratt li jirrigwarda oggetti jew
servizzi maghmul bejn kummercjant u konsumatur taht skema
organizzata, arrangament, ftehim jew attivita  simili ta’ bejgh jew
provdiment ta’ servizz mill-boghod, immexxija jew imhaddma
mill-kummercjant, li ghall-fini tal-kuntratt, jaghmel uzu eskluziv
ta’ xi mezz wiehed jew iktar ta’ komunikazzjoni mill-boghod sal-
waqt, u inkluz il-waqt, meta jsir il-kuntratt;
"mezz ta’ komunikazzjoni mill-boghod" tirreferi ghal kull mezz
li, minghajr il-prezenza fizika fl-istess waqt tal-kummercjant u l-
konsumatur, jista’ jintuza ghall-finijiet ta’ l-ghemil ta’ xi kuntratt
bejn dawk il-partijiet kif hemm imsemmi fl-Ewwel Skeda;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-affarijiet tal-
konsumatur;
"operatur ta’ xi mezz ta’ komunikazzjoni" tfisser kull min ikollu
l-kummerc, negozju jew professjoni tieghu jinvolvuh f’li jaghmel
xi mezz wiehed jew iktar ta’ komunikazzjoni mill-boghod
disponibbli ghall-kummercjanti;
"stedina ghal kuntratt mill-boghod" tfisser kull komunikazzjoni
mill-boghod, sew pubblika sew personalizzata, u tinkludi l-
elementi kollha mehtiega biex il-konsumatur ikun jista’ jidhol
direttament f’rabta kuntrattwali, b’dan li dawk il-forom ta’
reklamar li ma jkunx fihom l-elementi mehtiega biex il-konsumatur
jidhol direttament f’relazzjoni kuntrattwali m’ghandhomx jitqiesu
bhala stediniet ghall-kuntratt mill-boghod.
Ezenzjonijiet.
kuntratti li jkunu -
(a) maghmula permezz ta’ makni tal-bejgh awtomatici jew
postijiet kummercjali li joperaw b’mod awtomat;
(b) maghmula ma’ operaturi tat-telekomunikazzjonijiet
2 L.S.378.08 h BEJGH MILL-BOGHOD
permess ta’ l-uzu ta’ payphones pubblici;
(c) maghmula ghall-kostruzzjoni u l-bejgh ta’ proprjeta
immobbli jew li jkollhom x’jaqsmu ma’ jeddijiet ohra
ta’ proprjeta  immobbli, hlief ghal kirja;
(d) maghmula f’xi rkant; u
(e) jirrigwardaw servizzi finanzjarji, bhal dawk moghtija
f’lista li hemm fit-Tieni Skeda.
(2) Ir-regolamenti 4, 5, 6 u 7(1) m’ghandhomx japplikaw ghal
kuntratti -
(a) ghall-provvista ta’ ikel, xorb, jew oggetti ohra
mahsuba ghall-konsum korrenti fornuta fid-dar tal-
konsumatur, fir-residenza tieghu jew fil-post tax-
xoghol tieghu minn kurriera regolari;
(b) ghall-ghoti ta’ servizzi ghar-rigward ta’ l-
akkomodazzjoni, it-trasport, provdiment ta’ ikel jew
btajjel, meta l-kummercjant jintrabat, meta jsir il-
kuntratt, li jipprovdi dawk is-servizzi f’xi data
specifika jew f’perjodu specifikat.
Taghrif li jinghata 
bil-quddiem.
4. (1) Zmien qabel ma jsir xi kuntratt mill-boghod, il-
kummercjant ghandu, b’mod car u li jiftiehem adatt ghall-mezzi ta’
komunikazzjoni mill-boghod li jintuzaw, jipprovdi lill-konsumatur
b’dan it-taghrif li gej:
(a) l-isem shih u l-indirizz permanenti tal-kummerc jew
negozju tal-kummercjant;
(b) deskrizzjoni tal-karatteristici principali ta’ l-oggetti
jew servizzi;
(c) il-prezz ta’ l-oggetti jew servizzi inkluza kull taxxa
jew hlas dovuti;
(d) spejjez ghall-kunsinna, meta dan ikun japplika;
(e) l-arrangamenti ghall-hlas, kunsinna jew twettieq;
(f) li l-konsumatur ikollu dritt ihassar, hlief fil-kazijiet
imsemmija fir-regolament 6(5);
(g) in-nefqa li ssir biex jintuza l-mezz ta’ komunikazzjoni
mill-boghod, meta din tigi kkalkolata b’rata oghla mir-
rata bazika;
(h) il-perjodu li matulu jibqghu validi l-offerta jew il-
prezz; u
(i) meta jkun adatt, l-inqas zmien li jdum il-kuntratt fil-
kaz ta’ kuntratti ghall-provvista ta’ prodotti jew
servizzi li ghandhom isiru b’mod permanenti jew
rikorrenti:
Izda t-taghrif mehtieg taht dan is-subregolament ghandu
jinghata skond il-principji ta’ bonafidi f’operazzjonijiet
kummercjali, u ebda zvantagg mhux dovut m’ghandu jittiehed mill-
konsumatur minhabba fl-eta  jew inkapacita  tieghu, jew xort’ohra.
Il-kummercjant ghandu f’kull kaz dejjem jaghmilha haga cara li t-
taghrif ikun qieghed jinghata ghal fini kummercjali.
BEJGH MILL-BOGHOD g L.S.378.08 3
(2) Kuntratt li jsir matul komunikazzjoni bit-telefon ma jkunx,
jekk il-konsumatur hekk jaghzel, esegwibbli kontra l-konsumatur
sakemm fil-bidu tat-tahdita l-kummercjant ma jizvelax l-identita
tieghu u l-iskop kummercjali ta’ dik it-telefonata b’mod car u
esplicitu lill-konsumatur.
(3) F’kaz ta’ tilwima tkun ir-responsabbilta  tal-kummercjant li
jgib prova li huwa kien ta lill-konsumatur kull taghrif mehtieg fis-
subregolamenti (1) u (2).
Konferma tat-
taghrif bil-miktub.
5. (1) Kuntratt li ghalih japplikaw dawn ir-regolamenti ma
jkunx, jekk il-konsumatur hekk jaghzel, esegwibbli kontra l-
konsumatur sakemm il-kummercjant ma jkunx ta lill-konsumatur
konferma bil-miktub jew konferma b’xi mezz tangibbli iehor
disponibbli u accessibbli lill-konsumatur tat-taghrif imsemmi fir-
regolament 4(1)(a) sa (f), jew -
(a) qabel ma jsir il-kuntratt; jew
(b) fi zmien sew matul it-twettiq tal-kuntratt, u mhux iktar
tard miz-zmien tal-kunsinna meta ma jkunx hemm
oggetti ghall-kunsinna lil terzi.
(2) Ebda kuntratt li ghalih japplikaw dawn ir-regolamenti
m’ghandu jkun esegwibbli kontra l-konsumatur kemm-il darba l-
kummercjant ma jkunx ta lill-konsumatur dan li gej -
(a) taghrif bil-miktub dwar il-kondizzjonijiet u l-proceduri
biex iwettaq il-jedd ta’ thassir taht ir-regolament 6,
inkluzi l-kazijiet imsemmija fir-regolament 6(5)(a);
(b) l-isem shih u l-indirizz permanenti tal-kummerc jew
negozju tal-kummercjant li lilu l-konsumatur jkun
jista’ jindirizza l-ilmenti tieghu;
(c) it-taghrif dwar servizzi ta’ wara l-bejgh u l-garanziji
kummercjali li jezistu; u
(d) l-ahhar data meta jista’ jithassar il-kuntratt, meta dan
ikun ghal zmien mhux specifikat jew ghal zmien li
jeccedi s-sena.
(3) Is-subregolament (1) m’ghandux japplika ghal servizzi li
jitwettqu permezz ta’ l-uzu ta’ mezz ta’ komunikazzjoni mill-
boghod, meta dawn jinghataw f’okkazjoni ta’ darba biss u
tinhargilhom fattura mill-operatur tal-mezz ta’ komunikazzjoni
mill-boghod. Madankollu, il-konsumatur ikollu l-jedd f’kull kaz li
jikseb l-indirizz permanenti tal-post ta’ kummerc jew negozju tal-
kummercjant li lilu jkun jista’ jindirizza l-ilmenti tieghu.
(4) Fil-kaz ta’ xi tilwima, tkun responsabbilta  tal-kummercjant
li jgib prova li t-taghrif bil-miktub li jkun mehtieg li jipprovdi taht
is-subregolamenti (1) u (2) ikun inghata lill-konsumatur.
Jedd li jsir thassir.
kuntratt mill-boghod minghajr ma jinkorri ebda penali u minghajr
ma jaghti ebda raguni ghal dan. Il-perjodu ghall-ezercizzju ta’ dan
il-jedd jibda -
(a) fil-kaz ta’ oggetti, mill-gurnata minn meta l-
konsumatur jircevihom meta jkunu twettqu l-obbligi
4 L.S.378.08 h BEJGH MILL-BOGHOD
stipulati fir-regolament 5(1) u (2);
(b) fil-kaz ta’ servizzi, mid-data ta’ l-ghemil tal-kuntratt
jew mill-gurnata meta jkunu twettqu l-obbligi stipulati
fir-regolamenti 5(1) u (2) jekk dawn jitwettqu wara l-
konkluzjoni tal-kuntratt, bil-kondizzjoni li dan il-
perjodu ma jkunx jeccedi il-perjodu ta’ tliet xhur
imsemmi fis-subregolament (2).
(2) Jekk il-kummercjant ikun naqas milli jwettaq l-obbligi
stipulati fis-subregolamenti (1) u (2), il-perjodu jkun ta’ tliet xhur,
liema perjodu jibda ghaddej -
(a) ghall-oggetti, mill-gurnata meta jircevihom il-
konsumatur; u
(b) ghal servizzi, mid-data ta’ l-ghemil tal-kuntratt:
Izda jekk it-taghrif imsemmi fir-regolament 5(1) u (2)
jinghata matul dak il-perjodu ta’ tliet xhur, il-perjodu ta’ hmistax-il
gurnata li matulu l-konsumatur ikollu l-jedd ihassar il-kuntratt
mill-boghod ghandu jibda ghaddej mill-waqt li jinghata t-taghrif.
(3) Meta l-konsumatur ikun wettaq il-jedd li ghandu li jhassar
taht dan ir-regolament, il-kummercjant ikun obbligat ihallas lura
kull ammont imhallas mill-konsumatur. Dak il-hlas lura ghandu jsir
kemm jista’ jkun malajr u f’kull kaz fi zmien tletin gurnata.
(4) L-uniku hlas li ghandu jintalab mill-konsumatur jekk huwa
jwettaq il-jedd li ghandu li jhassar taht dan ir-regolament ikun dak
tan-nefqa diretta biex jigu ritornati l-oggetti.
(5) Kemm-il darba l-partijiet ma jkunux qablu xort’ohra, il-
konsumatur ma jistax iwettaq il-jedd li ghandu li jhassar taht is-
subregolament (1) ghar-rigward ta’ kuntratti -
(a) ghall-ghoti ta’ servizzi, jekk it-twettieq ikun beda, bil-
kunsens tal-konsumatur qabel tmiem il-perjodu ta’
hmistax-il gurnata msemmi fis-subregolament (1);
(b) ghall-provvista ta’ oggetti jew servizzi li l-prezz
taghhom ikun jiddependi fuq il-fluttwazzjonijiet fis-
suq finanzjarju li ma jkunux jistghu jigu kkontrollati
mill-kummercjant;
(c) ghall-provvista ta’ oggetti maghmulin bil-qies skond l-
ispecifikazzjonijiet tal-konsumatur u li jkun b’mod car
personalizzati jew li, minhabba fix-xorta taghhom, ma
jistghux jitreggghu lura jew ikunu wisq jistghu
jiddeterjoraw jew jiskadu malajr hafna;
(d) ghall-provvista ta' registrazzjonijiet awdjo jew video
jew computer software li jinfethu mis-sarr taghhom
mill-konsumatur;
(e) ghall-provvista ta’ gazzetti, perjodici u rivisti; u
(f) ghal servizzi ta’ loghob u lotteriji.
Twettieq ta’ 
kuntratt mill-
boghod.
7. (1) Kemm-il darba l-partijiet ma jkunux ftehmu xort’ohra,
il-kummercjant ghandu jwettaq l-ordni l-iktar tard fi zmien tletin
gurnata mill-gurnata li tigi wara dik meta l-konsumatur ikun
ipprezenta l-ordni tieghu lill-kummercjant.
BEJGH MILL-BOGHOD g L.S.378.08 5
(2) Meta kummercjant jonqos milli jaghmel il-parti tieghu tal-
kuntratt ghaliex l-oggetti jew is-servizzi ordnati ma jkunux
disponibbli, l-konsumatur ghandu mbaghad jigi mgharraf b’din is-
sitwazzjoni u l-konsumatur ikollu jedd jikseb minghand il-
kummercjant il-hlas lura ta’ kull ammont imhallas kemm jista’ jkun
malajr u f’kull kaz mhux aktar tard minn tletin gurnata.
Restrizzjoni dwar 
l-uzu ta’ xi mezzi 
ta’ komunikazzjoni 
mill-boghod.
8. Kummercjant li, meta jkun qed jistieden lill-parruccani,
juza xi wiehed minn dawn il-mezzi ta’ komunikazzjoni mill-
boghod minghajr ma jkun qabel kiseb il-kunsens tal-konsumatur, li
huma -
(a) makna facsimile (fax),
(b) mezzi li bihom jaqbad ma’ persuna ohra awtomatici,
jkun responsabbli li jikkumpensa lill-konsumatur ghal kull
inkonvenjenza kagunata u danni rizultanti li jkun sofra.
Il-konsumatur 
jista’ jitlob 
kummercjant ma 
jaghhmilx stedniet.
9. Konsumatur jista’ jitlob lil kummercjant biex ma jaghmel
ebda stedina ghal kummerc mill-boghod li tkun indirizzata lilu.
Jekk il-kummercjant jibqa’ jinsisti f’dan l-ghemil wara li jkun gie
mitlub mill-konsumatur biex jieqaf, dak il-kummercjant ikun
responsabbli biex jikkumpensa lill-konsumatur ghal kull
inkonvenjent li kkagunalu u danni rizultanti.
Ma jistghux isiru 
kuntratti mill-
boghod ma’ 
minorenni, ecc.
Kap. 12.
10. Kuntratt mill-boghod li jkun sar ma’ minorenni, jew ma’
persuna li tkun interdetta jew inkapacitata skond il-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili jkun null u bla ebda effett.
Thassir ta’ ftehim 
ta’ kreditu.
11. (1) Jekk konsumatur jwettaq il-jedd li jhassar kuntratt
mill-boghod taht dawn ir-regolamenti u l-oggetti jew is-servizzi
jkunu nxtraw minnu bi kreditu, ghaldaqshekk jekk ikun hemm
ftehim ta’ kreditu li jkun sar mal-kummercjant ghandu wkoll
jithassar jekk:
(a) il-kreditu jkun gie pprovdut direttament mill-
kummercjant, jew
(b) il-kreditu jkun gie pprovdut minn terza persuna, abbazi
ta’ ftehim minn qabel mal-kummercjant li tahtu t-terza
persuna tkun ipprovdiet il-kreditu lill-konsumatur
ghall-fini li jakkwista l-oggetti jew is-servizzi provduti
mill-kummercjant.
(2) Il-konsumatur ma jinkorri ebda piena jekk huwa jhassar
ftehim ta’ kreditu skond dan ir-regolament.
Hlas bi credit card.
uzu frawdolenti mill-credit card tieghu f’dak li ghandu x’jaqsam
ma’ kuntratt mill-boghod li dawn ir-regolamenti japplikaw ghalih.
(2) Il-konsumatur ikollu jedd li jerga’ jinghata kreditu ghal kull
ammont addebitat bhala rizultat ta’ l-uzu frawdolenti tal-credit
card tieghu f’dak li ghandu x’jaqsam ma’ kuntratt mill-boghod li
dawn ir-regolamenti japplikaw ghalih.
Oneru tal-prova.
(a) il-kontenut tat-taghrif moghti lill-konsumatur skond ir-
6 L.S.378.08 h BEJGH MILL-BOGHOD
regolament 4(1) qabel ma jsir il-kuntratt mill-boghod;
(b) meta jkun hemm talba bil-quddiem mill-konsumatur
skond ir-regolament 9;
(c) il-kunsens tal-konsumatur ghal kuntratt mill-boghod;
jew
(d) il-konformita  tal-kummercjant mal-perjodi ta’
skadenza preskritti taht dawn ir-regolamenti,
il-kummercjant ikollu r-responsabbilta  li jgib kull prova.
Oggetti u servizzi 
mhux mitluba.
14. (1) Konsumatur ma jkunx responsabbli jhallas lil
kummercjant ghal dawk l-oggetti jew servizzi jew it-tnejn flimkien
mhux mitlubin li jigu lilu forniti jew moghtija minn kummercjant.
(2) Konsumatur jista’ jittratta kull oggett jew servizz fornut
jew moghti lilu minn kummercjant bhallikieku dawn kienu rigal li
qed isirlu bla ebda kondizzjoni, u kull dritt li l-kummercjant ikollu
dwarhom ghandu hekk jintemm.
(3) Kummercjant li jaghmel talba ghal hlas, jew jasserixxi xi
jedd ta’ hlas prezenti jew prospettiv, ghal dawk li jkun jaf li huma
oggetti jew servizzi lil konsumatur mhux mitlubin bil-ghan li dak
il-konsumatur ghad jakkwista dawk l-oggetti jew servizzi, ikun hati
ta’ reat.
(4) Kummercjant li bil-ghan li jikseb xih hlas ghal dak li jkun
jaf jew imissu jkun jaf li jkunu oggetti jew servizzi mhux mitlubin -
(a) jhedded li jibda procedimenti legali;
(b) iqieghed jew igieghel lil min iqieghed l-isem ta’
konsumatur fuq lista ta’ nies li jonqsu minn
dmirijiethom jew debituri, jew jhedded li hekk
jaghmel; jew
(c) jirrikorri ghal, jew igieghel lil min jirrikorri ghal xi
procedura ohra ta’ gbir ta’ flus, jew jhedded li hekk
jaghmel,
ikun hati ta’ reat.
Kummercjant li 
jibqa’ jinsisti li 
jforni oggetti, ecc., 
mhux mitluba.
15. Kummercjant li jibqa’ jinsisti f’li jforni oggetti jew
servizzi mhux mitluba wara li l-konsumatur ikun gharrfu, ukoll
jekk bil-fomm, li dawk l-oggetti jew servizzi ma jkunux mehtiega,
jkun hati ta’ reat.
Kif japplikaw it-
Taqsimiet IX u X 
ta’ l-Att.
16. It-Taqsimiet IX u X ta’ l-Att ghandhom japplikaw ghal
dawn ir-regolamenti bhallikieku riferrenzi ghall-Att jew ghal
Taqsimiet tieghu kienu riferenzi wkoll ghal dawn ir-regolamenti.
Reati u pieni. 17. (1) Kull min jonqos milli jhares dawn ir-regolamenti,
liema nuqqas jikkostitwixxi reat, jista’ jehel meta jinsab hati multa
ta’ mhux inqas minn mitt lira izda ta’ mhux izjed minn elfejn lira, u
multa ta’ mhux inqas minn hamsa w ghoxrin lira u mhux izjed minn
hamsin lira ghal kull gurnata li matulha jkompli ghaddej in-nuqqas.
(2) Meta reat taht dawn ir-regolamenti jkun sar minn enti
morali u jigi ppruvat li jkun sar bil-kunsens jew qbil, jew li jkun gie
facilitat minn xi negligenza ta’ xi direttur, manager, segretarju jew
ufficjal iehor bhal dawk ta’ dak il-korp, jew ta’ xi persuna li
ggieghlek tahseb li kienet qed tagixxi f’dik il-kapacita , kemm dik
BEJGH MILL-BOGHOD g L.S.378.08 7
il-persuna, kif ukoll dak il-korp, ikunu hatja ta’ reat taht dawn ir-
regolamenti.
8 L.S.378.08 h BEJGH MILL-BOGHOD
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 2)
Mezzi ta’ Komunikazzjoni mill-Boghod
1. Materjal stampat mhux indirizzat 
2. Materjal stampat indirizzat
3. Ittra standard
4. Reklamar bl-istampa flimkien ma’ ordni
5. Katalogu
6. Telefon bl-intervent ta’ xi hadd
7. Telefon minghajr l-intervent ta’ xi hadd (makna li ssejjah awtomatika,
audiotext)
8. Radju
9. Videophone (telefon bl-iskrin)
10. Videotex (microcomputer u skrin tat-televizjoni)
11. Posta elettronika
12. Makna facsimile (fax)
13. Televizjoni (teleshopping).
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 3)
Servizzi Finanzjarji
- Servizzi ta’ investiment, inkluzi servizzi ta’ skemi ta’ investiment kollettiv;
- Operazzjonijiet ta’ assigurazzjoni u ri-assigurazzjoni;
- Servizzi bankarji;
- Operazzjonijiet li jirrigwardaw negozju fi futures jew opzjonijiet;
Dawk is-servizzi jinkludu b’mod partikolari: is-servizzi u l-attivitajiet
regolati minn dawn il-ligijiet li gejjin:
• l-Att dwar Servizzi ta’ Investiment - Kap. 370
• l-Att dwar il-Kummerc Bankarju - Kap. 371
• l-Att dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji - Kap. 376
• l-Att dwar il-Kummerc ta’ l-Assigurazzjoni - Kap. 403
• l-Att dwar Brokers fl-Assigurazzjoni u Intermedjarji ohra - Kap. 404.
