INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI 
FUQ IR-REGISTRU TA’ IMPJEGATI  g L.S.452.42 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.42
REGOLAMENTI DWAR INFORMAZZJONI 
ADDIZZJONALI FUQ IR-REGISTRU TA’ 
IMPJEGATI 
9 ta’ April, 1976
L-AVVIZ LEGALI 50 ta’ l-1976.
Titolu.
Informazzjoni Addizzjonali fuq ir-Registru ta’ Impjegati.
Informazzjoni 
addizzjonali fir-
registru.
Kap. 135.
2. Ir-Registru jew ir-Registri li ghandhom jinzammu ghall-
finijiet ta’ l-artikolu 14(1) ta’ l-Att li Jirregola l-Kundizzjonijiet ta’
l-Impieg ghandhom jinkludu wkoll l-informazzjoni addizzjonali li
gejja dwar kull impjegat:
(a) in-numru tal-card tas-sigurta  nazzjonali;
(b) id-data ta’ meta beda jahdem;
(c) kemm ikun intitolat vakanzi u leave ghal mard;
(d) id-dati tal-vakanzi bi hlas u leave ghall-mard bi hlas,
jekk ikun hemm, moghtija lill-impjegat;
(e) in-numru tal-Ktieb tax-Xoghol; u
(f) fil-kaz ta’ mpjegat li l-kundizzjonijiet ta’ l-impieg
tieghu jkunu regolati minn xi Ordni li jirregola l-Pagi
li jistipula kondizzjonijiet li jiddependu mill-
esperjenza jew impieg precedenti, dettalji dwar dik l-
esperjenza jew l-impieg precedenti, skond il-kaz,
inkluz iz-zmien tieghu.
