KUNSILL TAL-PAGI GHALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI g L.S.452.46 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.46
ORDNI TAL-KUNSILL TAL-PAGI
GHALL-INDUSTRIJA TA’ L-ELECTRONICS
LI JIRREGOLA L-PAGI
5 ta’ Mejju, 1977
L-AVVIZ LEGALI 55 ta’ l-1977, kif emendat bl-Avvizi Legali 94 ta’ l-
1977 u 68 ta’ l-1979.
Titolu.
Industrija ta’ l-Electronics li jirregola l-Pagi.
Applikazzjoni ta’ l-
Ordni.
2. Id-disposizzjonijiet murija fl-Iskeda li tinsab ma’ dan l-
Ordni ghandhom japplikaw ghall-impjegati kollha li dwarhom il-
Kunsill tal-Pagi ghall-Industrija ta’ l-Electronics jahdem.
Emendata:
A.L. 94 ta’ l-1977;
A.L. 68 ta’ l-1979.
SKEDA
Tifsir.
xort’ohra -
Kap. 252.
"festi tas-soltu" tfisser il-granet (barra mill-Hdud) iddikjarati
ghal dak iz-zmien bhala btajjel pubblici skond jew taht l-Att dwar
il-Jum Nazzjonali u Btajjel Pubblici ohra;
"gurnata" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl sa nofs il-lejl
tal-gurnata ta’ wara;
"nofs ta’ nhar" tfisser perijodu li jibda minn nofs il-lejl sa nofs
in-nhar jew minn nofs in-nhar sa nofs il-lejl;
"sighat ta’ xoghol" tfisser il-hin f’kull gurnata li matulu l-
impjegati jkunu ghad-disposizzjoni tal-principal, barra mill-
intervalli permessi ghall-ikel u ghall-mistrieh;
"impjegat part-time" tfisser impjegat li mhux impjegat whole-
time;
"impjegat bix-shift" tfisser impjegat li jahdem regolarment fuq
bazi ta’ shift ta’ ciklu regolari;
"hin u nofs" u "hin doppju" ifissru rispettivament darba u nofs u
darbtejn l-anqas rata ta’ hin li tapplika ghall-impjegat;
"paga" tfisser rimunerazzjoni jew qligh li jithallas bi flus minn
principal lil impjegat;
"gimgha" tfisser gimgha kalendarja;
"gurnata ta’ mistrieh" tfisser perijodu ta’ erbgha u ghoxrin siegha
konsekuttivi li jibda fil-hin li l-impjegat normalment jibda t-turn
tieghu ta’ xoghol;
"impjegat whole-time" tfisser impjegat li huwa impjegat ghal
aktar minn tletin siegha f’gimgha wahda.
2 L.S.452.46 h
KUNSILL TAL-PAGI GHALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI
Sighat ta’ xoghol. 2. L-anqas rimunerazzjoni fil-gimgha ghandha tkun relattiva
ghal gimgha ta’ xoghol normali ta’ mhux aktar minn -
(a) erbghin siegha mifruxa fuq hames granet fil-kaz ta’ l-
impjegati kollha whole-time barra minn ghassiesa/
security guards u mpjegati bix-shift;
(b) erbgha u hamsin siegha fil-kaz ta’ l-ghassiesa/security
guards;
(c) tmienja u tletin siegha mifruxa fuq hames granet fil-
kaz ta’ mpjegati li jahdmu bix-shift:
Izda, fil-kaz ta’ mpjegati bix-shift, in-numru ta’ sighat
ghandhom jittiehdu bhala medja, u jkunu mifruxa fuq zewg
gimghat jew izjed skond in-numru ta’ shifts li jkun qed jinhadem.
L-anqas 
rimunerazzjoni.
3. L-anqas rimunerazzjoni fil-gimgha li ghandha tithallas lill-
impjegati kollha ghandha tkun din li gejja:
(a) impjegati whole-time, barra minn ghassiesa/security
guards:
(i) ta’ 18-il sena jew fuqhom ................ Lm18.88,0;
(ii) ta’ 17-il sena ................................... Lm15.97,0;
(iii) ta’ 16-il sena ................................... Lm14.74,0;
(b) ghassiesa/security guards ......................... Lm18.88,0.
Hlas ghal xoghol 
bix-shift.
4. Impjegati bix-shift, barra minn ghassiesa/security  guards
ghandhom jigu moghtija hlas ta’ Lm1.40,0 fil-gimgha.
L-anqas mistrieh 
kuljum.
5. Impjegati whole-time, barra minn ghassiesa/security
guards ikollhom permess ghall-intervalli ghall-ikel u ghall-mistrieh
ta’ mhux anqas, b’kollox, minn siegha kuljum:
Izda -
(a) bla hsara ghad-disposizzjonijiet tal-paragrafu (b) ta’
dan il-proviso, l-intervall jew l-intervalli ghandhom
jinghataw wara l-ewwel jew qabel l-ahhar siegha tal-
perijodu ta’ l-impieg, u
(b) fejn l-ahhar nofs siegha tal-perijodu tkun permessa
bhala nofs siegha ta’ mistrieh, l-impjegat ikun intitolat
li jhalli l-post tax-xoghol malli tibda dik in-nofs
siegha.
L-anqas mistrieh 
fil-gimgha.
6. L-impjegati whole-time ikollhom gurnata ta’ mistrieh fil-
gimgha.
L-anqas rati ta’ 
sahra.
7. (1) L-ghassiesa/security guards ikunu intitolati ghal
rimunerazzjoni ta’ sahra kif gej:
(a) ghall-hin kollu mahdum ’il fuq minn erbgha u hamsin
siegha sa, u jinkludi, sittin siegha fil-gimgha ........ hin;
(b) ghall-hin kollu mahdum ’il fuq minn sittin siegha fil-
gimgha ...................................................... hin u nofs:
Izda, fil-kaz ta’ ghassiesa/security guards li jahdmu fuq
bazi ta’ shift, in-numru ta’ sighat imsemmija ghandhom ikunu
ikkalkolati billi tittiehed il-medja tan-numru ta’ sighat li jkunu
mifruxa fuq zewg gimghat jew aktar skond in-numru ta’ shifts li
KUNSILL TAL-PAGI GHALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI g L.S.452.46 3
jkun qed jinhadem.
(2) L-impjegati li jahdmu bix-shift, barra minn ghassiesa/
security guards, ikunu ntitolati ghar-rata tar-rimunerazzjoni ta’
sahra ta’ hin u nofs ghall-hin kollu li jahdmu aktar mill-medja ta’
tmienja u tletin siegha f’kull gimgha, liema medja tigi kkalkulata
billi tittiehed il-medja tan-numru ta’ sighat li jkunu mifruxa fuq
zewg gimghat jew aktar skond in-numru ta’ shifts li jkun qed
jinhadem.
(3) Impjegati whole-time, barra minn dawk specifikati fis-sub-
paragrafi (1) u (2) ta’ dan il-paragrafu, ikollhom dritt ghall-hlas ta’
sahra kif gej:
(a) ghall-hin kollu li jinhadem ’il fuq minn erbghin siegha
f’kull gimgha ............................................ hin u nofs;
(b) ghall-hin kollu li jinhadem ’il fuq minn tmien sighat
f’kull gurnata barra mill-Hdud jew vaganzi tas-soltu
.................................................................. hin u nofs;
(c) ghall-hin kollu li jinhadem fil-Hdud ......... hin doppju;
(d) ghall-hin kollu li jinhadem fil-vaganzi tas-soltu ..........
hin doppju b’zieda mal-paga normali tal-gurnata.
Festi u leave bi 
hlas.
8. L-impjegati whole-time ikollhom dritt, f’kull sena
kalendarja, ghal -
(a) il-vaganzi tas-soltu kollha b’paga shiha, u
(b) wara tliet xhur fl-impieg, leave ta’ vaganza ta’ dak in-
numru ta’ granet tax-xoghol b’paga shiha li jkun daqs
in-numru ta’ granet tax-xoghol li dak l-impjegat
partikolari normalment ikollu jattendi ghax-xoghol
matul perijodu ta’ erba gimghat:
Izda mpjegati whole-time li jkun ilhom fl-impieg
ghal anqas minn sena jkollhom dritt ghal dik il-parti
ta’ l-imsemmi leave ta’ vaganza li tkun bi proporzjon
ghan-numru ta’ xhur fl-impieg.
Leave ghal mard.
Kap. 318.
9. (1) Wara li jaghmlu sitt xhur ta’ mpieg, l-impjegati jkunu
ntitolati ghal tnax-il gurnata leave ghal mard b’paga shiha f’kull
sena kalendarja nieqes kull beneficcju ghal mard li ghalih jistghu
jkunu ntitolati skond l-Att dwar is-Sigurta  Socjali, u ghall-perijodu
iehor ta’ tmintax-il gurnata leave ghal mard b’nofs paga nieqes nofs
il-beneficcju ghal mard li ghalih jistghu jkunu ntitolati skond l-Att
dwar is-Sigurta  Socjali:
Izda, certifikat tat-tabib li jiccertifika nkapacita  ghax-
xoghol li jkopri l-perijodu ta’ l-assenza ghandu jigi prodott, mhux
aktar tard mit-tieni gurnata tax-xoghol ta’ assenza, lill-principal li
jkollu dritt, jekk jixtieq, li jibghat it-tabib tieghu biex jezamina lill-
impjegat.
(2) B’dak kollu li hemm fid-disposizzjonijiet tas-sub-
paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu, l-impjegati ma jkunux intitolati
ghall-hlas ta’ xi paga ghall-ewwel gurnata ta’ kull perijodu ta’
leave ghal mard:
Izda, in-numru ta’ granet mhux imhallsa ta’ leave ghal
4 L.S.452.46 h
KUNSILL TAL-PAGI GHALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI
mard ma jigix imnaqqas mid-dritt ta’ leave ghal mard bi hlas kif
huwa provdut fis-sub-paragrafu (1) ta’ dan il-paragrafu.
Leave ghal luttu. 10. Impjegat whole-time jkollu zewg granet kalendarji leave
specjali minghajr telf ta’ paga, li jridu jittiehdu wara xulxin, fl-
okkazjoni tal-mewt, u li jridu jibdew mhux aktar tard mill-gurnata
li tahbat wara l-mewt, ta’ xi wiehed minn dawn il-qraba: il-mara,
ir-ragel, il-missier, l-omm (jew il-persuna li fil-hin tal-mewt tkun
qed taghmilha ta’ missier jew omm l-impjegat), l-iben, il-bint, huh
u ohtu.
Leave ghal twelid. 11. Impjegat whole-time jinghata zewg granet ta’ xoghol leave
specjali bi hlas, li jridu jittiehdu matul l-ewwel xahar mid-data tat-
twelid ta’ tarbija lill-mart l-impjegat.
Leave ghal zwieg. 12. Impjegat whole-time jinghata erba’ granet ta’ xoghol leave
specjali bi hlas fl-okkazjoni taz-zwieg tieghu bil-kundizzjoni li
huwa jkompli fl-impieg ghal mhux anqas minn tliet xhur wara li
jizzewweg.
Leave ghal gurijiet. 13. Impjegat whole-time li jigi msejjah bhala gurat, jigi moghti
l-hin kollu mehtieg, minghajr ebda tnaqqis mill-paga li kieku kien
xort’ohra jircievi, sabiex ikun jista’ jattendi ghad-dmirijiet tieghu
fil-Qrati.
Leave ghal 
korriment.
Kap. 318.
14. Impjegat whole-time jkollu dritt ghal sena leave b’paga
shiha f’kaz ta’ korriment nieqes il-beneficcju shih tal-korriment li
ghalih jista’ jkollu dritt skond l-Att dwar is-Sigurta  Socjali, jekk
ikorri waqt il-qadi ta’ dmirijietu u mhux bi traskuragni minn naha
tieghu jew b’kontravenzjoni tar-regolamenti tas-safety stipulati
mill-management.
L-anqas paga ghal 
impjegati part-
time.
15. Impjegati part-time huma ntitolati ghall-anqas rata ta’
siegha kalkulata pro rata skond id-disposizzjomjiet tal-paragrafi 2
u 3 ta’ din l-Iskeda.
Eta  ta’ rtirar. 16. F’kaz fejn impjegat ragel huwa mistenni li jirtira mix-
xoghol fl-eta  ta’ sittin sena, impjegat bhal dan ghandu jinghata l-
opportunita  minn min ihaddmu biex jibqa’ fl-impieg tieghu ’l fuq
minn din l-eta  u ta’ l-anqas sakemm jilhaq l-eta  ta’ wiehed u sittin
sena, izda l-impjegat koncernat xorta ghandu jithalla, jekk huwa
hekk ikun irid, li jirtira fl-eta  ta’ sittin sena.
Hin ta’ stennija. 17. Impjegat ghandu dritt ghall-hlas ta’ l-anqas kumpens
applikabbli ghalih ghall-hin kollu li matulu jkun prezenti fil-post
tal-principal tieghu hlief meta jkun prezenti hemmhekk f’xi wahda
mic-cirkostanzi li gejjin:
(a) minghajr il-kunsens tal-principal, imfisser jew
mifhum;
(b) ghal xi skop li m’ghandux x’jaqsam max-xoghol
tieghu u li ma jkunx dak li jistenna ghal xoghol li
ghandu jinghata lilu biex jaghmel;
(c) ghar-raguni biss tal-fatt li huwa jirrisjedi hemmhekk;
(d) matul il-hinijiet normali ta’ l-ikel, u huwa ma jkunx
qieghed jistenna ghal xoghol biex jinghata lilu biex
jaghmel.
KUNSILL TAL-PAGI GHALL-INDUSTRIJA TA’ 
L-ELECTRONICS LI JIRREGOLA L-PAGI g L.S.452.46 5
NOTA TA’ TIFSIR
(Din in-nota mhix parti mill-Ordni izda hija mahsuba biex turi l-
applikabilita  tieghu).
Id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda ta’ hawn fuq japplikaw ghall-
impjegati kollha f’kull impriza jew parti minn impriza li l-
attivitajiet taghha jikkonsistu ghal kollox jew principalment fil-
manifattura, tiswija jew immuntar ta’ taghmir elettroniku jew
xjentifiku.
