DRITT TA’ LEAVE TAL-GENITURI g L.S.452.78 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.78
REGOLAMENTI DWAR DRITT TA’ LEAVE
TAL-GENITURI
2 ta’ Settembru, 2003
L-AVVIZ LEGALI 225 ta’ l-2003.
Titolu u skop.
Dritt ta’ Leave tal-Genituri.
(2) Dawn ir-regolamenti jispecifikaw htigiet minimi mahsubin
biex jiffacilitaw ir-rikonciljazzjoni tar-responsabbiltajiet ta’
genituri u dawk professjonali ghal genituri li jahdmu.
Tifsir.
Kap. 452.
''pro rata'' ghandha l-istess tifsira moghtija lilha mill-artikolu 2
ta’ l-Att:
Izda:
(a) meta l-impjegat ikollu impjieg part-time bi skeda ta’
hinijiet varjabbli, in-numru ta’ sighat ta’ xoghol f’kull
gimgha ghandu jkun in-numru medju ta’ sighat fil-
gimgha mifruxin fuq perjodi successivi ta’ tlettax-il
gimgha li jibdew fl-ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena
kalendarja; u
(b) meta l-impjegat ma jkunx f’impjieg part-time ghal
perjodu ta’ tlettax-il gimgha, in-numru medju ta’
sighat ta’ xoghol fil-gimgha ghandu jkun ikkalkulat
fuq in-numru ta’ gimghat li fihom kien jahdem.
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
kliem u frazijiet uzati f’dawn ir-regolamenti ghandu jkollhom,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx tehtieg xort’ohra, it-
tifsira moghtija lilhom fl-Att.
Applikabilita .
ikunu -
(a) impjegati whole-time; jew
L.S. 452.79
(b) impjegati part-time intitolati ghall-leave pro rata
skond id-disposizzjonijiet tar-regolament 6 tar-
Regolamenti dwar Impjegati Part-time:
Izda, f’kull kaz, l-impjegat kellu jkun ilu jahdem ma’ l-
istess principal ghal perjodu kontinwu ta’ mill-inqas tnax-il xahar.
(2) Il-perjodi minimi li jintitolaw ghad-dritt imsemmi fis-
subregolament precedenti ghandhom ikunu applikabbli sakemm ma
jkunx gie stabbilit perjodu iqsar ta’ dritt fil-kuntratt ta’ servizz ta’
l-impjegat jew fi ftehim kollettiv applikabbli ghall-impjegat.
(3) Dawn ir-regolamenti ghandhom ikunu applikabbli bla
pregudizzju ghall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’
2 L.S.452.78 h DRITT TA’ LEAVE TAL-GENITURI
disposizzjonijiet aktar favorevoli f’xi ftehim kollettiv jew f’xi
ftehim iehor miftiehem bejn il-principal u l-impjegat.
LEAVE TAL-GENITURI
Leave tal-genituri. 4. (1) Ghandu jkun id-dritt individwali ta’ haddiema, kemm
irgiel kemm nisa, li jinghataw leave tal-genituri bla hlas ghal
ragunijiet ta’ twelid, adozzjoni jew kustodja legali ta’ tifel jew tifla
biex ikunu jistghu jiehdu hsieb dak it-tifel jew tifla ghal perjodu ta’
tliet xhur sakemm it-tifel jew tifla jaghalqu t-tmien snin:
Izda dan id-dritt ghandu jinghata hekk li ma jkunx
trasferibbli:
Izda wkoll leave tal-genituri jista’ jittiehed f’perjodi
stabbiliti ta’ xahar kull wiehed.
(2) Sakemm ma jigix ordnat mod iehor fi ftehim kollettiv li
jkun japplika ghall-impjegat, il-principal flimkien ma’ l-impjegat
jista’ jiddeciedi jekk jaghtix il-leave tal-genituri fuq bazi full-time
jew part-time, bicca bicca jew f’forma ta’ sistema ta’ kreditu ta’
hin.
(3) Fil-kaz li l-leave tal-genituri ma jkunx ittiehed jew ikun
ghad baqa’ bilanc ta’ leave tal-genituri, impjegat ghandu jibqa’
intitolat ghal dak il-leave anki jekk jinbidel il-principal jew l-
impjieg ta’ l-impjegat, sakemm l-impjegat jikkwalifika skond ir-
regolament 3.
Genituri adottivi. 5. Id-dritt ta’ impjegati ghal-leave tal-genituri ghandu jibda
ghaddej mid-data meta l-impjegat jaghti lill-principal -
(a) prova li jkunu nbdew il-proceduri legali mehtiega biex
l-adozzjoni ssir skond il-ligi, u
(b) (i) certifikat bil-miktub mid-Dipartiment ghall-
Harsien tal-Familja li jkun jiccertifika li tlesta
home study report b’ezitu pozittiv; jew
(ii) prova bil-miktub li l-koppja ghandha l-kustodja
legali tat-tifel jew tifla.
Avviz u talba. 6. (1) Impjegat li japplika ghal leave tal-genituri minghand
il-principal ghandu jkun marbut jaghti avviz bil-miktub ta’ minimu
ta’ tliet gimghat, li fih jispecifika l-bidu u t-tmiem tal-leave tal-
genituri, qabel ma jiehu dak il-leave.
(2) Impjegat ghandu jkollu d-dritt jitlob ghal leave tal-genituri
tul il-perjodu specifikat fl-artikolu 36(20) ta’ l-Att:
Izda meta jinghata leave tal-genituri tul il-perjodu
specifikat f’dan is-subregolament, dak il-perjodu ghandu jitqies li
jkun gie awtomatikament sospiz mal-bidu tal-leave tal-genituri, u
tul dak il-perjodu, u jerga’ jinbeda biss meta l-impjegat jidhol lura
ghax-xoghol mil-leave tal-genituri.
Posponiment. 7. (1) Principal li jircievi avviz ghal leave tal-genituri kif
stipulat fir-regolament 6 jista’ jipposponi l-ghoti tal-leave tal-
genituri ghal ragunijiet gustifikabbli relatati ma’ kif isir ix-xoghol
fuq il-post tax-xoghol.
DRITT TA’ LEAVE TAL-GENITURI g L.S.452.78 3
(2) Ghall-finijiet ta’ dan ir-regolament, il-frazi ''ragunijiet
gustifikabbli'' tinkludi:
(a) meta x-xoghol li jsir fil-post tan-negozju jkun ta’ xorta
stagjonali;
(b) meta ma jkunx jista’ jinstab sostitut fil-perjodu ta’
avviz moghti mill-impjegat;
(c) meta l-impjieg specifiku ta’ l-impjegat li jitlob leave
tal-genituri jkun ta’ importanza strategika ghall-
azjenda jew post tan-negozju;
(d) meta l-post tan-negozju jkun intrapriza zghira li
thaddem mhux aktar minn ghaxra min-nies;
(e) meta proporzjon sinifikanti tal-forza tax-xoghol
tapplika ghal-leave tal-genituri fl-istess zmien;
(f) meta impjegat ikun ghadu ghaddej bil-perjodu
specfikat fl-artiklu 36(20) ta’ l-Att:
Izda principal li jiddeciedi li jipposponi l-ghoti tal-leave
tal-genituri ghandu jgharraf lill-impjegat bil-miktub bir-ragunijiet
ghal dak il-posponiment fi zmien gimaghtejn minn meta jircievi l-
avviz ta’ l-impjegat fil-kazijiet li hemm provdut dwarhom fir-
regolament 6(1):
Izda wkoll li sakemm il-posponiment mill-principal tat-
tehid tal-leave tal-genituri jkun bla pregudizzju ghad-dritt li l-
impjegat ikollu li jiehu l-leave tal-genituri intitolat ghalih l-aktar
tard sa qabel ma t-tifel jew tifla jaghlqu t-tmien snin u jekk dak il-
posponiment jista’ jirrizulta fit-telf tal-jedd ghal leave tal-genituri
jew ta’ xi parti minnu, ghandu jkun id-dmir tal-principal li
minnufih jaghti leave tal-genituri ghal perjodu ekwivalenti ghal
leave li ma jkunx ghadu ttiehed, jew ghal dak il-perjodu inqas li l-
impjegat jista’ jitlob.
Dritt li jirritorna fl-
istess impieg.
8. L-impjegat li jezercita d-dritt li juza l-leave tal-genituri
ghandu jkollu d-dritt jirritorna ghall-istess impjieg li l-impjegat
kellu qabel l-ghoti ta’ dak il-leave tal-genituri, jew, meta dan ma
jkunx aktar possibbli minhabba f’xi raguni valida, ghal xi impjieg
ekwivalenti jew simili konsistenti mal-kuntratt ta’ impjieg originali
ta’ l-impjegat.
Dritt ta’ impjegati 
tul il-leave tal-
genituri.
9. (1) L-impjegat li jkun fuq leave tal-genituri ghandu, matul
il-leave tal-genituri, jibqa’ intitolat ghad-drittijiet u l-beneficcji
kollha li jista’ jkollhom impjegati ohra ta’ l-istess klassi jew
kategorija ta’ impjieg fl-istess post tax-xoghol:
Izda tul il-perjodu tal-leave tal-genituri, l-impjegat
jibqaghlu d-dritt li japplika ghal opportunitajiet ta’ promozzjoni li
jinqalghu fuq il-post tax-xoghol.
(2) Matul il-perjodu tal-leave tal-genituri, impjegat ma jkollux,
meta jidhol lura ghal dmirijietu fil-post tax-xoghol, dritt ghal xi
leave, bonus jew allowance ohrajn u ma jkunx jista’ jaghmel uzu
minn xi jedd ghal dawk li jista’ jkun akkumula matul dak il-
perjodu.
(3) Kemm-il darba l-principal u l-impjegat ma jiftehmux mod
4 L.S.452.78 h DRITT TA’ LEAVE TAL-GENITURI
iehor, il-principal ma ghandux, matul il-perjodu tal-leave tal-
genituri, ikollu d-dritt jissospendi l-leave tal-genituri u jitlob lill-
impjegat jidhol lura ghax-xoghol qabel id-data miftiehma ghad-
dhul lura tieghu fuq dmirijietu, u l-impjegat ma ghandu jkollu ebda
dritt jidhol lura ghax-xoghol qabel id-data miftiehma ghad-dhul
lura tieghu fuq dmirijietu.
Tkeccija ingusta. 10. Principal ma jkunx jista’ jkecci impjegat biss minhabba li
impjegat jiehu jew japplika biex jiehu leave tal-genituri skond
dawn ir-regolamenti u kull tkeccija bhal dik ma ghandhiex
tikkostitwixxi raguni valida ghat-terminazzjoni ta’ l-impjieg, bla
pregudizzju ghal xi terminazzjoni gustifikabbli ta’ impjieg kif
hemm stipulat fl-Att:
Izda jista’ jinghata avviz ta’ terminazzjoni ta’ impjieg, kif
provdut fl-Att, tul il-perjodu ta’ leave tal-genituri:
Izda wkoll fil-kaz tal-hrug ta’ avviz ta’ terminazzjoni jew
mill-principal jew mill-impjegat tul il-leave tal-genituri, dan
ghandu jwassal ghas-sospensjoni awtomatika tal-leave tal-genituri
mit-tielet gurnata tax-xoghol li tigi wara d-data tal-hrug ta’ dak l-
avviz.
Dritt ta’ impjegat li 
jitlob dikjarazzjoni 
tal-leave tal-
genituri li jkun ha.
11. Kull principal ghandu jkun obbligat izomm record tal-
leave tal-genituri moghti lil kull impjegat u ghandu, fuq talba ta’ l-
impjegat li tista’ ssir ukoll wara t-terminazzjoni ta’ l-impjieg,
jghaddi lill-impjegat dikjarazzjoni bil-miktub fejn ikun hemm id-
dettalji tal-leave moghti lill-impjegat.
MIXXELLANJI
Tilwimiet. 12. Jekk tinqala’ tilwima bejn principal u impjegat dwar id-
drittijiet li jaqghu taht dawn ir-regolamenti jew xi haga ohra li
ghandha x’taqsam ma’ dan, allura jew il-principal jew l-impjegat
jistghu jirreferu l-kwistjoni lid-Direttur ta’ l-Impjiegi u r-
Relazzjonijiet Industrijali li ghandu jaghmilha ta’ medjatur bejn il-
partijiet.
Reati. 13. Kull min jikser id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti
jkun hati ta’ reat u jehel, meta jinsab hati, multa ta’ mhux anqas
minn hamsin lira u mhux aktar minn hames mitt lira.
