INFORMAZZJONI LILL-IMPJEGATI g L.S.452.83 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.83
REGOLAMENTI DWAR INFORMAZZJONI
LILL-IMPJEGATI
1 ta’ Jannar, 2003
L-AVVIZ LEGALI 431 ta’ l-2002.
Titolu.
Informazzjoni lill-Impjegati.
Applikabilita .
Kap. 452.
2. Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw ghal kull
impjegat bi hlas ta’ kull principal kif definit fl-Att dwar l-Impiegi u
r-Relazzjonijiet Industrijali, minn issa ’l quddiem imsejjah l-Att,
izda m’ghandhomx japplikaw ghal:
(a) impjegati mqabbdin minn principal ghal tul ta’ zmien
totali li ma jaqbizx xahar; jew
(b) impjegati mqabbdin minn principal ghal gimgha
xoghol li ma taqbizx total ta’ tmien sighat; jew
(c) impjegati li kienu impjegati biex jaghmlu bicca xoghol
definita specifika, bil-kondizzjoni li n-nuqqas ta’
applikabilita  hu gustifikat minn konsiderazzjonijiet
oggettivi.
Kuntratti bil-
miktub.
3. F’dawk il-kazi meta kuntratt ta’ impjieg bil-miktub ikun
iffirmat bejn il-principal u l-impjegat, il-principal ghandu jkun
marbut li jghaddi lill-impjegat kopja ffirmata tal-ftehim mhux aktar
tard minn tmien granet tax-xoghol mid-data tal-kuntratt.
Informazzjoni li 
trid tinghata lill-
impjegati.
4. F’dawk il-kazi meta ebda kuntratt ta’ impjieg bil-miktub
ma jkun iffirmat bejn il-principal u l-impjegat, u, jew f’dawk il-
kazi meta l-kuntratt bil-miktub ma jkoprix l-informazzjoni kollha
jew parti minnha li jehtieg tkun notifikata lill-impjegat skond dawn
ir-regolamenti, il-principal ghandu jkun marbut li jaghti jew jibghat
lill-impjegat ittra ta’ ingagg jew dikjarazzjoni ffirmata, mhux aktar
tard minn tmien granet tax-xoghol mill-bidu ta’ l-impjieg u li
ghandha tinkludi l-informazzjoni li gejja:
(a) l-isem, numru ta’ registrazzjoni u post tan-negozju
registrat tal-principal u n-numru tal-karta ta’ identita ,
sess u indirizz ta’ l-impjegat u tal-post tax-xoghol:
Izda fl-assenza ta’ post tax-xoghol fiss ghandu
jkun iddikjarat li l-impjegat ikun impjegat f’diversi
postijiet flimkien mal-post tan-negozju registrat:
Izda ukoll jekk ma jkunx hemm post tax-xoghol
registrat, ghandu jinghata d-domicilju tal-principal;
(b) id-data tal-bidu ta’ l-impjieg;
(c) il-perjodu ta’ prova;
(d) rati normali ta’ pagi pagabbli;
(e) rati ta’ hlas ta’ sahra pagabbli;
(f) is-sighat normali ta’ xoghol;
2 L.S.452.83 h INFORMAZZJONI LILL-IMPJEGATI
(g) kull meta jithallsu l-pagi;
(h) fil-kaz ta’ kuntratt ta’ impjieg b’terminu ta’ zmien fiss,
it-tul mistenni jew miftiehem tal-perjodu tal-kuntratt;
(i) il-vaganzi bi hlas, u l-leave ghal vaganzi, mard u leave
iehor li l-impjegat hu intitolat ghalihom;
(j) il-kondizzjonijiet li tahthom multa tista’ tkun imposta
mill-principal;
(k) it-titolu, grad, natura jew kategorija tax-xoghol li
ghalih l-impjegat ikun impjegat;
(l) il-perjodi ta’ avviz ta’ temm ta’ impieg li ghandhom
ikunu osservati mill-principal u mill-impjegat jekk
ikun il-kaz;
(m) il-ftehim kollettiv, jekk ikun hemm, li jriegi l-
kondizzjonijiet ta’ xoghol ta’ l-impjegat; u
(n) kull kondizzjoni ta’ impjieg ohra rilevanti jew
applikabbli:
Izda jekk xi informazzjoni minn din ta’ hawn qabel hija
regolata b’xi ligi, regolament, ordni ta’ standard nazzjonali jew
ftehim kollettiv, l-informazjoni tista’, meta mehtieg, tinghata fil-
forma ta’ riferenza ghal-ligijiet, regolamenti, ordnijiet jew ftehim
kollettivi li jriegu dik l-istess informazzjoni:
Izda ukoll meta principal jingagga persuna taht kuntratt
ghal servizz bhala haddiem ta’ barra ghal xi azjenda, hu ghandu
jaghti lill-impjegat dikjarazzjoni ffirmata li turi:
(a) l-isem, in-numru ta’ registrazzjoni u l-post tan-negozju
registrat tal-principal u n-numru tal-karta ta’ identita  u
l-indirizz ta’ l-impjegat; u
(b) r-rata li trid tithallas ghax-xoghol; u
(c) xi kondizzjonijiet specjali li jirregolaw il-kuntratt.
Impjegati mehtiega 
jahdmu barra minn 
Malta.
5. Fil-kaz ta’ impjegat li jkun mehtieg li jahdem f’pajjiz iehor
m’hux Malta ghal perjodu li jaqbez xahar, id-dokumenti msemmija
fir-regolamenti 3 u 4 ghandhom ikunu ghand l-impjegat qabel it-
tluq minn Malta u ghandhom jinkludu l-informazzjoni addizzjonali
li gejja:
(a) it-tul ta’ l-impjieg barra minn Malta;
(b) il-valuta li ghandha tintuza ghall-hlas tar-
rimunerazzjoni;
(c) meta hu l-kaz, il-beneficcji fi flus jew oggetti marbutin
ma’ l-impjieg barra; u
(d) meta hu l-kaz, il-kondizzjonijiet li jriegu r-
ripatrijazzjoni ta’ l-impjegat.
Bidliet fid-dettalji 
jew 
kondizzjonijiet.
6. (1) Bla pregudizzju ghad-disposizzjonijiet ta’ l-Att, jekk,
wara l-bidu ta’ l-impjieg, id-dettalji jew il-kondizzjonijiet ta’ l-
impjieg elenkati fir-regolamenti 4 jew 5 jkunu emendati jew
modifikati, il-principal ghandu jkun marbut li jinnotifika lill-
impjegat bil-bidliet permezz ta’ dikjarazzjoni ffirmata li ghandha
INFORMAZZJONI LILL-IMPJEGATI g L.S.452.83 3
tinghadda lill-impjegat mhux aktar tard minn tmien granet tax-
xoghol mid-data meta l-bidliet jidhlu fis-sehh.
(2) Il-principal ma ghandux ikun obbligat jinnotifika lill-
impjegat kif hemm fis-subregolament (1) jekk l-emenda jew
modifika tal-kondizzjonijiet ta’ l-impjieg hija rizultat ta’ bidla fil-
ligijiet, regolamenti jew ftehim kollettiv li jirregola l-post tax-
xoghol.
Impjegati li diga  
qed jahdmu.
7. Dawk l-impjegati kollha li diga  jkunu qed jahdmu fid-data
meta dawn ir-regolamenti jidhlu fis-sehh, u li m’ghandhomx
f’idejhom l-informazzjoni specifikata fir-regolamenti 4 jew 5,
ghandhom ikunu intitolati biex jitolbu tali informazzjoni u l-
principal ghandu jkun obbligat li jaghti din l-informazzjoni mhux
aktar tard minn xahrejn wara t-talba maghmula mill-impjegat.
Kopja ta’ kuntratti 
ta’ servizz jew ta’ 
dikjarazzjonijiet.
8. Kopja ta’ kull kuntratt bil-miktub, dikjarazzjoni jew ittra
ta’ ingagg, kif riferit f’dawn ir-regolamenti, ghandha tinzamm mill-
principal.
Dokumenti li jridu 
jinzammu mill-
principal.
9. (1) Kull principal ghandu jzomm registru jew registri li
juru, fir-rigward ta’ kull impjegat:
(a) l-isem, indirizz, sess, numru tal-karta ta’ identita  u
data tat-twelid ta’ l-impjegat;
(b) ix-xoghol ta’ l-impjegat;
(c) id-data tal-bidu ta’ l-impjieg;
(d) ix-xorta tal-kuntratt ta’ impjieg, jigifieri jekk il-
kuntratt hux ta’ tul indefinit jew ta’ tul fiss u fil-kaz ta’
kuntratti ta’ impjieg b’terminu ta’ zmien fiss id-data
tal-terminazzjoni ta’ tali kuntratt;
(e) il-hinijiet, imhallsin b’rati ta’ hin ordinarju, li tulhom
l-impjegat hu impjegat;
(f) il-hinijiet, imhallsin b’rati ta’ sahra jew rata oghla, li
tulhom l-impjegat hu impjegat;
(g) il-perjodi ta’ mistrieh kull jum u kull gimgha moghtija
lill-impjegat;
(h) il-hlasijiet totali mhallsin lill-impjegat kull gimgha; u
(i) kull bidla jew aggornament tal-kondizzjonijiet ta’ l-
istatus okkupazzjonali ta’ l-impjegat.
(2) Fil-kaz ta’ haddiema ta’ barra, jew li l-pagi taghhom
jikkonsistu f’sehem mill-profitti jew f’kummissjoni fuq bejgh jew
hlasijiet maghmulin jew ricevuti mill-principal, principali jew
persuni li jghaddu x-xoghol lill-haddiema ta’ barra, skond kif ikun
il-kaz, ghandhom izommu registru jew registri li juru:
(a) l-isem, indirizz, sess, numru tal-karta ta’ identita  u
data tat-twelid;
(b) id-data tal-bidu tal-ftehim;
(c) in-natura tax-xoghol;
(d) ir-rata tal-pagi;
(e) l-ammont totali ta’ pagi mhallsin lill-impjegat;
4 L.S.452.83 h INFORMAZZJONI LILL-IMPJEGATI
(f) il-post jew postijiet tax-xoghol fejn l-impjegat jahdem
ordinarjament jekk dak il-post ma jkunx taht il-
kontroll u t-tmexxija tal-principal; u
(g) s-sighat ta’ xoghol u l-mistrieh ta’ kull jum u kull
gimgha moghtija lill-impjegati safejn il-principal ikun
obbligat mil-ligi li josserva tali kondizzjonijiet ta’
impjieg.
(3) Ghandu jkun id-dmir tal-principal li jghaddi lid-Direttur ta’
l-Impiegi u Relazzjonijiet Industrijali kull informazzjoni li d-
Direttur jista’ jitlob f’konnessjoni mal-kondizzjonijiet ta’ impjieg
ta’ l-impjegati inkluzi izda mhux limitati ghal:
(a) l-isem, sess, numru tal-karta ta’ identita  u indirizz;
(b) ix-xoghol ta’ l-impjegat;
(c) id-data tat-twelid;
(d) il-pagi mhallsin;
(e) is-sighat ta’ xoghol;
(f) id-data ta’ l-ingagg;
(g) kopja tar-registri jew parti minnhom, mizmuma skond
id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti; u
(h) kull informazzjoni ohra li d-Direttur jista’ jitlob
f’konnessjoni mal-kondizzjonijiet ta’ impjieg ta’ l-
impjegati.
Reat. 10. Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja, multa ta’
mhux anqas minn hamsin lira u mhux aktar minn hames mitt lira.
