ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL g L.S.452.87 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 452.87
REGOLAMENTI DWAR L-ORGANIZZAZZJONI 
TAL-HIN TAX-XOGHOL
5 ta’ April, 2004
L-AVVIZ LEGALI 247 ta’ l-2003.
Titolu.
Organizzazzjoni tal-Hin tax-Xoghol.
Tifsir.
ma tkunx tehtieg xort’ohra:
Kap. 452.
''Direttur'' tfisser id-Direttur responsabbli ghall-impiegi u
relazzjonijiet industrijali;
''haddiem qarib'' tfisser qarib tal-principal sat-tieni grad,
axxendenti jew dixxendenti, kif ukoll persuni fil-kustodja legali ta’
l-impjegat;
''haddiem bix-xift'' tfisser kull haddiem li l-iskeda tax-xoghol
tieghu taghmel parti minn sistema ta’ xoghol bix-xift;
''haddiem mobbli'' tfisser kull haddiem impjegat, bhala membru
ta’ grupp ta’ impjegati li jivvjaggaw jew itiru, minn intrapriza li
topera servizzi ta’ trasport ghal passiggieri jew merkanzija bl-art,
bl-ajru jew f’kanali interni;
''haddiem ta’ billejl'' tfisser haddiem li:
(a) jahdem normalment mill-inqas tliet sighat mill-hin
tax-xoghol tieghu ta’ kuljum tul il-lejl; jew
(b) jahdem tul il-hin tal-lejl aktar minn hamsin fil-mija
tal-hin tax-xoghol annwali tieghu, jew dik il-
proporzjon inqas kif tista’ tkun specifikata
f’disposizzjonijiet adatti ta’ ftehim kollettiv rilevanti:
Izda ghall-finijiet tal-paragrafu (a) ta’ din it-tifsira, il-frazi
''normalment'' tfisser dawk l-okkazjonijiet meta haddiem jahdem
din ix-xorta ta’ sighat fil-maggoranza tal-granet li fihom jahdem;
''hin tal-lejl'' tfisser il-perjodu bejn l-10 ta’ filghaxija ta’ gurnata
u s-6 ta’ l-ghada filghodu;
''hin tax-xoghol'' tfisser kull perjodu li tulu l-haddiem ikun
accessibbli biex jaghti servizz lill-principal u li fih ikun qed jaqdi l-
attivitajiet jew dmirijiet tieghu, u jinkludi kull perjodu ta’ tahrig
rilevanti u kull perjodu addizzjonali iehor li ghandu jkun ittrattat
bhala hin tax-xoghol ghall-finijiet ta’ dawn ir-regolamenti taht kull
ftehim rilevanti u ''xoghol'' ghandha tkun imfissra b’dan il-mod;
''Ministru'' tfisser il-Ministru responsabbli ghall-impiegi u r-
relazzjonijiet industrijali;
''mistrieh adegwat'' tfisser tali perjodi ta’ mistrieh li t-tul
taghhom hu espress f’unitajiet ta’ hin u li huma bizzejjed twal u
kontinwi biex jizguraw li, htija ta’ gheja u sistemi ta’ hinijiet ta’
2 L.S.452.87 h ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL
xoghol irregolari ohra, il-haddiema ma jikkagunawx lezjoni lilhom
infushom, lil haddiema shabhom jew lil ohrajn;
''perjodu ta’ mistrieh'' tfisser kull perjodu li m’hux hin tax-
xoghol u ma tinkludix leave li ghalih haddiem ikun intitolat taht
dawn ir-regolamenti;
''principal'' tinkludi socjeta , kumpannija, assocjazzjoni jew korp
iehor ta’ persuni, kemm jekk vestiti b’personalita  legali kemm jekk
le, u f’relazzjoni ma’ haddiem tfisser il-persuna li maghha l-
haddiem ikun jew, fil-kaz meta l-impieg spicca, kien impjegat;
''servizzi ta’ protezzjoni civili'' jinkludu l-pulizija, brigati tat-tifi
tan-nar u servizzi ta’ ambulanza, is-servizzi tas-sigurta  u tas-
servizzi sigrieti, ufficjali tad-dwana u ta’ l-immigrazzjoni, is-
servizz tal-habs, kull servizz ta’ salvatagg volontarju, ufficjali ta’
sigurta  tal-port u l-ajruport, u kontrolluri tat-traffiku ta’ l-ajru;
''xoghol bix-xift'' tfisser kull metodu ta’ organizzazzjoni tax-
xoghol bix-xiftijiet li bihom haddiema jidhlu wara xulxin
successivament fl-istess lant tax-xoghol skond certa sistema fissa,
inkluza sistema rotattiva, u li tista’ tkun kontinwa jew mhux
kontinwa, li tohloq il-htiega li haddiema jahdmu f’hinijiet
differenti tul perjodu specifiku ta’ granet jew gimghat;
''xoghol lil hinn mill-kosta'' tfisser xoghol mahdum l-aktar fuq
jew minn fuq stallazzjonijiet lil hinn mill-kosta inkluzi pjattaformi
ghat-thaffir taz-zejt, direttament jew indirettament f’konnessjoni
ma’ l-esplorazzjoni, estrazzjoni jew esplojtazzjoni ta’ rizorsi
minerali, inkluzi idrokarburi, u ghadis f’konnessjoni ma’ dawn l-
attivitajiet, kemm jekk isiru minn stallazzjoni lil hinn mill-kosta
jew minn bastiment;
(2) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
kliem u frazijiet uzati f’dawn ir-regolamenti ghandu jkollhom,
kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tkunx tehtieg xort’ ohra, it-
tifsira moghtija lilhom fl-Att.
Skop u 
applikabilita  tar- 
regolamenti.
3. (1) Dawn ir-regolamenti ghandhom jiftiehmu bhala Ordni ta’
Standard Nazzjonali u jkunu jippreskrivu l-htigiet minimi ghall-
organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol.
(2) Dawn ir-regolamenti ghandhom japplikaw:
(a) ghall-perjodi minimi ta’ mistrieh kuljum, mistrieh kull
gimgha u leave annwali, u ghal waqfiet mix-xoghol, u
(b) ghal hin tax-xoghol massimu tul il-gimgha; u
(c) ghal certi aspetti ta’ xoghol billejl, xoghol bix-xift u
sistemi fissi ta’ xoghol; u
(d) sakemm ma jkunx provdut mod iehor f’dawn ir-
regolamenti jew f’xi ligi ohra applikabbli, dawn ir-
regolamenti ghandhom japplikaw ghas-setturi kollha
ta’ attivita , kemm pubblika kemm privata.
(3) Dawn ir-regolamenti ma ghandhomx japplikaw:
(a) meta jkun hemm fis-sehh legislazzjoni ohra li
tippreskrivi disposizzjonijiet aktar specifici dwar l-
organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol ghal certi
ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL g L.S.452.87 3
okkupazzjonijiet jew attivitajiet okkupazzjonali;
(b) ghal bahhara abbord bastiment li jbahhar, kemm jekk
dan ikun propjeta  pubblika kemm jekk privata.
(4) Dawn ir-regolamenti ghandhom ikunu applikabbli bla
pregudizzju ghall-introduzzjoni u l-implimentazzjoni ta’
disposizzjonijiet f’xi ftehim kollettivi jew f’xi ftehim iehor li jsir
bejn principali u impjegati, li huma aktar favorevoli ghall-harsien
tas-sigurta  u s-sahha tal-haddiema.
(5) Dawn ir-regolamenti ghandhom jinqraw u jiftiehmu
flimkien mad-disposizzjonijiet ta’ kull legislazzjoni dwar sahha u
sigurta  applikabbli u, fil-kaz ta’ konflitt, ghandhom japplikaw
dawn ir-regolamenti.
Mistrieh ta’ 
kuljum.
4. Kull haddiem ghandu jkollu d-dritt ghal perjodu ta’
mistrieh minimu kull jum ta’ hdax-il siegha konsekuttiva kull
perjodu ta’ erbgha u ghoxrin siegha li tulhom il-haddiem jahdem
ghall-principal tieghu.
Waqfiet ta’ 
mistrieh.
5. (1) Kull haddiem ghandu jkollu d-dritt ghal waqfa ta’
mistrieh meta l-gurnata tax-xoghol tkun itwal minn sitt sighat.
(2) Il-waqfa ta’ mistrieh li ghaliha haddiem ghandu jkun
intitolat, inkluz it-tul taghha u l-pattijiet li fuqhom tinghata,
ghandha tkun skond id-disposizzjonijiet imnizzlin fi ftehim
kollettivi jew f’xi ftehim iehor maqbul bejn il-principali u l-
impjegati.
(3) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ xi ftehim kollettiv
skond ir-regolament 3(4), il-waqfa ta’ mistrieh li hemm mahsub
ghaliha fis-subregolament (1) ghandha tkun ghal perjodu mhux
interrott ta’ mhux inqas minn hmistax-il minuta, u l-haddiem
ghandu jkun intitolat li jghaddiha barra mil-lant tax-xoghol, jekk
ikollu lant bhal dak.
Perjodu ta’ 
mistrieh kull 
gimgha.
6. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2)
u (3), kull haddiem ghandu jkun intitolat, b’zjieda mal-perjodu ta’
mistrieh ta’ kuljum imsemmi fir-regolament 4, ghal perjodu
minimu mhux interrott kull gimgha ta’ erbgha u ghoxrin siegha
ghal kull perjodu ta’ sebat ijiem li tulhom il-haddiem jahdem ghall-
principal:
Izda, jekk il-principal igib prova lid-Direttur li l-
kondizzjonijiet teknici jew ta’ organizzazzjoni tax-xoghol jitolbu
hekk, allura l-perjodu minimu ta’ mistrieh ta’ erbgha u ghoxrin
siegha ghal kull perjodu ta’ sebat ijiem ghandu jkun applikat biex
jirrisolvi l-kondizzjonijiet teknici jew ta’ l-organizzazzjoni tax-
xoghol:
Izda wkoll jekk il-principal jonqos milli jgib prova lid-
Direttur li l-kondizzjonijiet teknici jew ta’ l-organizzazzjoni tax-
xoghol hekk jitolbu, id-Direttur ikollu s-setgha jobbliga lill-
principal li jaghti lill-haddiem perjodu ta’ mistrieh kull gimgha kif
hemm provdut fl-ewwel paragrafu ta’ dan is-subregolament.
(2) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1), perjodu
ta’ mistrieh kull gimgha jista’ jkun kalkolat fuq perjodu ta’
4 L.S.452.87 h ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL
referenza ta’ erbatax-il gurnata jekk il-principal jiddetermina hekk,
u f’ dawn il-kazi haddiem ghandu jkun intitolat ghal jew -
(a) zewg perjodi ta’ mistrieh mhux interrotti, kull wiehed
minnhom ta’ mhux inqas minn erbgha u ghoxrin
siegha, u kull wiehed precedut minn perjodu ta’
mistrieh ta’ kuljum, f’kull perjodu ta’ erbatax-il
gurnata li tulhom il-haddiem jahdem ghall-principal;
jew
(b) perjodu ta’ mistrieh wiehed mhux interrott ta’ mhux
inqas minn tmienja u erbghin siegha, precedut minn
perjodu ta’ mistrieh ta’ kuljum, f’kull perjodu tali ta’
erbatax-il gurnata li tulhom il-haddiem jahdem ghall-
principal.
Hin ta’ xoghol 
massimu medju 
kull gimgha.
7. (1) Salv kif hemm ipprovdut mod iehor f’dawn ir-
regolamenti, il-hin ta’ xoghol medju ghal haddiem ghal kull
perjodu ta’ sebat ijiem, inkluza s-sahra, ma ghandux jaqbez it-
tmienja u erbghin siegha:
Izda:
(a) l-hin tax-xoghol medju kull gimgha ghandu jkun
kalkolat min-numru ta’ sighat totali mahdumin
f’perjodu ta’ referenza kif specifikat fis-
subregolament (3);
(b) l-perjodu annwali ta’ leave bi hlas, moghti skond ir-
regolament 8, il-perjodi ta’ leave ghall-mard kif
specifikat f’xi legislazzjoni rilevanti mahruga ghat-
termini ta’ l-Att jew kif jista’ jkun specifikat fi ftehim
kollettiv rilevanti u kull leave iehor li haddiem hu
intitolat ghalih skond xi disposizzjonijiet legislattivi
rilevanti mahrugin skond l-Att, ma ghandhomx ikunu
inkluzi fil-kalkolu tal-medju.
(2) Is-subregolament (1) ma ghandux japplika:
(a) sal-31 ta’ Lulju, 2004 fis-subsetturi tal-manifattura li
gejjin:
- ikel u xorb,
- tessuti,
- lbiesi u xedd tas-saqajn,
- apparat tat-trasport,
- makkinarju, taghmir u fornimenti elettrici u
elettronici,
- ghamara;
(b) sal-31 ta’ Dicembru, 2004 fir-rigward ta’ kull ftehim
kollettiv li jkun fis-sehh fit-12 ta’ Dicembru, 2001 fis-
subsetturi hawn qabel imsemmija meta ftehim ikollu
klawsoli rilevanti ghal dan ir-regolament li jibqghu
validi wara Lulju 2004.
(3) Bla hsara ghal disposizzjonijiet rilevanti f’xi ftehim
kollettiv skond ir-regolament 3(4), il-perjodi ta’ referenza li
japplikaw fil-kaz ta’ haddiem huma -
ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL g L.S.452.87 5
(a) fil-kaz tas-settur tal-manifattura u s-settur tat-turizmu,
inkluzi stabbilimenti ta’ vvjaggar u forniment ta’ ikel
u xorb, perjodu ta’ tnejn u hamsin gimgha;
(b) meta ftehim kollettiv rilevanti jkun jipprovdi ghall-
applikazzjoni ta’ dan ir-regolament f’konnessjoni ma’
perjodi successivi ta’ sbatax-il gimgha, kull perjodu
bhal dak;
(c) f’kull kaz iehor, kull perjodu ta’ sbatax-il gimgha fil-
kors ta’ l-impieg tal-haddiem.
(4) Meta haddiem ikun impjegat mal-principal tieghu ghal
inqas minn sbatax-il gimgha, il-perjodu ta’ referenza applikabbli
ghandu jkun il-perjodu li jkun ghadda minn meta beda jahdem
ghall-principal.
(5) Ghandu jkun id-dmir tal-principal li jizgura li l-limitu
specifikat fis-subregolament (1) ikun imhares fl-interess tas-sahha
u s-sigurta  tal-haddiema.
(6) Kull disposizzjoni f’kull legislazzjoni ohra mahruga taht
dan l-Att li tirrelata l-paga minima ta’ kull gimgha ta’ impjegat
full-time ma’ hin tax-xoghol kull gimgha ta’ aktar minn tmiernja u
erbghin siegha, ghandha, minn issa ’l quddiem, titqies li tirrelata
din il-paga minima ta’ kull gimgha ma’ hin tax-xoghol massimu
medju kull gimgha ta’ tmienja u erbggin siegha.
Leave kull sena.
kull sena li mill-inqas ikun ekwivalenti f’ghadd ta’ sighat ghal
erba’ gimghat u erba’ granet tax-xoghol imkejjel fuq il-bazi ta’
gimgha ta’ erbhhin siegha xoghol, u fuq gurnata ta’ tmien sighat
xoghol u minn dan id-dritt ta’ leave li jinghata kull sena, perjodu
minimu ekwivalenti ghal erba’ gimghat ma jistax jinbidel ma’
allowance li tinghata minflok, minbarra meta r-relazzjoni ta’
impieg tkun itterminata, u kull ftehim kuntrarju ghal dan ghandu
jkun null u invalidu:
Izda f’kazijiet fejn il-hin medju ta’ xoghol kull gimgha,
ikkalkolat fuq il-bazi ta’ perjodu ta’ referenza ta’ sbatax-il gimgha,
hu inqas minn erbghin siegha fil-gimgha jew ikun jaqbizhom, id-
dritt ghal leave li jinghata kull sena mkejjel bis-sighat ghandu jkun
aggustat skond il-kaz:
Izda wkoll il-hin medju ta’ xoghol kull gimgha ghandu jkun
ikkalkolat fuq is-sighat normali ta’ xoghol ta’ l-impjegat u ma
ghandux jinkludi s-sighat ta’ sahra.
(2) Bl-eccezzjoni tas-sighat tad-dritt ta’ leave li jinghata kull
sena li jistghu jittiehdu bhala leave urgenti, il-leave ghandu
jittiehed bhala granet tax-xoghol shah, bin-numru ekwivalenti ta’
sighat jitnaqqas mid-dritt ta’ leave li jinghata kull sena mkejjel bis-
sighat, sakemm ma jkunx provdut mod iehor fi ftehim kollettiv jew
ma jigix stabbilit b’kunsens reciproku:
Izda f’kazijiet fejn l-ghadd ta’ sighat li jifdal mid-dritt ta’
leave li jinghata kull sena jkun inqas mill-ekwivalenti ta’ gurnata
xoghol shiha, dak li jibqa’ mid-dritt ghall-leave ghandu jinghata
f’darba wahda bhala parti minn gurnata xoghol shiha.
6 L.S.452.87 h ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL
(3) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-subregolament (1),
proporzjon mid-dritt tal-leave li ma taqbizx il-50% tad-dritt ghal-
leave li jinghata kull sena tista’, bi ftehim reciproku bejn il-
principal u l-impjegat, tinghadda darba biss ghas-sena kalendarja li
tmiss. Dan il-leave li jigi mghoddi ’l quddiem mis-sena ta’ qabel
ghandu jittiehed l-ewwel, u ma jistax jerga’ jigi mghoddi ’l
quddiem mill-gdid.
(4) Meta impjegat ikun ilu jahdem ghal mhux inqas minn tnax-
il xahar f’xi sena kalendarja, il-haddiem ghandu jkun intitolat ghal
dak il-leave li jinghata kull sena proporzjonatament ghall-perjodu li
jkun impjegat.
(5) Kull impjegat full-time ghandu jkun intitolat ghall-festi
nazzjonali u ghall-btajjel pubblici kollha b’paga shiha.
(6) Bla hsara ghal kull disposizzjoni rilevanti fi ftehim kollettiv
rikonoxxut jew stabbilit b’kunsens reciproku:
(a) fil-kaz ta’ haddiema li jahdmu bi skeda ta’ kuljum
regolari, meta festa nazzjonali jew btala pubblika taqa’
f’gurnata ta’ mistrieh tal-haddiem, il-haddiem ghandu
jigi akkreditat b’sighat zejda ta’ leave li jinghata kull
sena ekwivalenti ghall-ghadd ta’ sighat ta’ gurnata tax-
xoghol normali;
(b) minkejja l-paragrafu precedenti, fil-kaz ta’ haddiema
bi skedi irregolari jew meta s-sighat ta’ xoghol
jinbidlu minn gurnata ghall-ohra, is-sighat ta’ xoghol
ekwivalenti ghal gurnata xoghol li ghandhom ikunu
akkreditati lid-dritt ta’ leave li jinghata kull sena ta’
haddiema bhal dawk meta btala pubblika jew festa
nazzjonali tahbat f’gurnata ta’ mistrieh ghandhom jigu
kalkolati fuq il-bazi ta’ l-ghadd ta’ sighat normali
skedati biex jinhadmu f’perjodu ta’ sbatax-il gimgha
divizi bl-ghadd ta’ granet tax-xoghol f’dak l-istess
perjodu.
Xoghol ta’ Billejl u Xoghol bix-Xift
Tul ta’ xoghol ta’ 
billejl.
9. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subregolament (2),
is-sighat normali ta’ xoghol ta’ haddiem ma ghandhomx jaqbzu
medja ta’ tmien sighat f’kull perjodu ta’ erbgha u ghoxrin siegha:
Izda l-ghadd medju ta’ sighat ta’ xoghol kull lejl ghandu
jkun ikkalkolat fuq l-ghadd totali ta’ sighat mahdumin fil-perjodu
ta’ referenza kif specifikat fis-subregolamenti (4) u (5):
Izda wkoll jekk il-perjodu ta’ mistrieh minimu kull gimgha
ta’ erbgha u ghoxrin siegha mehtieg bir-regolament 6 jaqa’ fl-
ambitu tal-perjodu ta’ referenza, dan ma ghandux ikun inkluz fil-
kalkolu tal-medju.
(2) Il-principal ghandu jizgura li ebda haddiem ta’ billejl li
xoghlu jinvolvi perikli specjali jew sforz tqil fiziku jew mentali ma
ghandu jahdem aktar minn tmien sighat f’kull perjodu ta’ erbgha u
ghoxrin siegha li tulhom jinhadem ix-xoghol ta’ billejl.
(3) Ghall-finijiet tas-subregolament (2), xoghol li jinvolvi
perikli specjali jew sforz tqil fiziku jew mentali ghandu jkun
ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL g L.S.452.87 7
rikonoxxut bhala tali permezz ta’:
Kap. 424.
(a) stima tar-riskju maghmula mill-principal bis-sahha ta’
l-artikolu 6 ta’ l-Att dwar l-Awtorita  ghas-Sahha u s-
Sigurta  fuq il-Post tax-Xoghol; jew
(b) disposizzjonijiet adatti fil-ftehim kollettiv bis-sahha
tar-regolament 3(4) li jispecifikaw attivitajiet ta’
xoghol partikolari waqt li jitqiesu l-effetti u l-perikli
specifici tax-xoghol ta’ billejl.
(4) Il-perjodi ta’ referenza li japplikaw fil-kaz ta’ haddiem ta’
billejl ghandhom ikunu definiti:
(a) fil-ftehim kollettiv, jew
(b) f’kull kaz iehor minn kull perjodu ta’ sbatax-il gimgha
fil-kors ta’ l-impieg.
(5) Meta haddiem ikun ilu impjegat mal-principal tieghu ghal
inqas minn sbatax-il gimgha, il-perjodu ta’ referenza applikabbli
ghandu jkun il-perjodu li jkun ghadda minn meta jkun beda jahdem
ghall-principal.
Valutazzjoni tas-
sahha u 
trasferiment ta’ 
haddiema ta’ billejl 
ghal xoghol mal-
gurnata.
10. (1) Qabel ma jaghti lil haddiem xoghol ta’ billejl, u
f’intervalli regolari wara, ghandu jkun id-dmir ta’ principal li jiehu
l-mizuri necessarji biex jizgura li l-haddiem involut issirlu
valutazzjoni adatta ta’ sahtu biex tiddetermina l-istat tas-sahha tal-
haddiem sabiex jitqies jekk ikunx fizikament tajjeb ghax-xoghol
propost:
Izda principal ghandu jirrepeti l-valutazzjoni tas-sahha
wara li jkun ghadda perjodu ta’ zmien ragonevoli mill-valutazzjoni
precedenti jew kull meta jkun hemm bidla fl-ambjent tax-xoghol
jew fl-istat tas-sahha tal-haddiem.
(2) Ebda persuna ma ghandha tizvela valutazzjoni tas-sahha
maghmula ghall-finijiet ta’ dan ir-regolament lil xi persuna ohra
minbarra lill-haddiem li jkollha x’taqsam mieghu, sakemm -
(a) il-haddiem ma jkunx ta l-kunsens tieghu bil-miktub
ghal dan il-kxif ta’ informazzjoni, jew
(b) il-kxif ta’ informazzjoni jkun ristrett ghal
dikjarazzjoni li l-valutazzjoni tkun turi li l-haddiem
ikun f’sahhtu jew mhux f’sahhtu skond il-kaz qabel ma
jidhol ghal xoghol moghti lilu, jew biex ikompli bix-
xoghol moghti lilu.
(3) Meta -
(a) tabib ikun ta parir lil principal li haddiem impjegat
mill-principal ikun qed ibati minn problemi ta’ sahha li
t-tabib iqis li jkunu konnessi mal-fatt li l-haddiem ikun
qed jaghmel xoghol ta’ billejl, u
(b) jkun possibbli ghall-principal li jittrasferixxi lill-
haddiem ghal fuq xoghol -
(i) li l-haddiem ikun jaqbel mieghu, u
(ii) li jrid isir f’perjodi hekk li l-haddiem ma jibqax
haddiem ta’ billejl,
8 L.S.452.87 h ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL
il-principal ghandu jittrasferixxi lill-haddiem skond dan.
(4) Il-principal ma ghandux jintaxxa haddiem jew jippermetti li
haddiem ikun intaxxat jew li titnaqqaslu l-paga fir-rigward ta’ xi
haga li tkun saret bis-sahha ta’ xi mizura mitluba minn dawn ir-
regolamenti.
Notifika ta’ uzu 
regolari ta’ 
haddiema ta’ 
billejl.
11. Ghandu jkun id-dmir ta’ principal li juza regolarment
haddiema ta’ billejl li jzomm records adegwati fuq kull haddiem li
jaghmel xoghol ta’ billejl biex juri li qed ikun hemm konformita
xierqa mad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u li jghaddi
lid-Direttur, kull meta jintalab jaghmel dan, kull informazzjoni
relatata max-xoghol ta’ billejl li tista’ titqies necessarja.
Sistema ta’ xoghol.
L.S. 424.18
12. Ghandu jkun id-dmir tal-principal li jizgura li haddiem
ghandu jinghata waqfiet mix-xoghol adegwati, ghas-sodisfazzjon
tad-Direttur, meta valutazzjoni tar-riskju skond ir-Regolamenti
dwar Disposizzjonijiet Generali dwar is-Sahha u s-Sigurta  fuq il-
Post tax-Xoghol, jew xi legislazzjoni ohra rilevanti dwar is-sahha u
sigurta  li tista’ tkun fis-sehh minn zmien ghal zmien, u maghmula
ghas-sodisfazzjon ta’ l-Awtorita  dwar Sahha u Sigurta  fuq il-Post
tax-Xoghol, turi li s-sistema li biha l-principal jorganizza x-xoghol
hi tali li tqieghed f’riskju s-sahha u s-sigurta  ta’ haddiem impjegat
minnu, u, b’mod partikolari, ghax ix-xoghol ikun monotonu jew ir-
rata tax-xoghol tkun wahda determinata minn qabel.
Disposizzjonijiet Mixxellanji
Eccezzjonijiet. 13. Ir-regolamenti 4, 5, 6, 7 u 9 ma ghandhomx japplikaw
f’konnessjoni ma’ haddiem meta, minhabba l-karatteristici
specifici ta’ l-attivita  li l-haddiem ikun qed jaghmel, it-tul tal-hin
tax-xoghol ma jkunx imkejjel jew determinat minn qabel jew jista’
jkun determinat mill-haddiem, skond il-kaz, imma ma jkunx limitat
ghal -
(a) ufficjali ezekuttivi manigerjali jew persuni ohra
b’setghat awtonomi li jiehdu decizjonijiet;
(b) haddiema qraba; jew
(c) haddiema li jippresjedu cerimonji religjuzi fi knejjes u
komunitajiet religjuzi.
Mistrieh 
b’kumpens.
14. Meta l-applikazzjoni ta’ xi disposizzjonijiet ta’ dawn ir-
regolamenti hija eskluza mir-regolament 15 jew 16, jew hi
modifikata jew eskluza bis-sahha ta’ ftehim kollettiv taht ir-
regolament 17, u haddiem ghandu jkun mitlub skond dan mill-
principal tieghu biex jahdem tul perjodu li altrimenti jkun perjodu
ta’ mistrieh jew waqfa ta’ mistrieh -
(a) il-principal ghandu jkun obbligat, minkejja din l-
ezenzjoni, li jizgura li kull haddiem involut jinghatalu
dak il-perjodu kompensatorju ta’ mistrieh jew waqfien
mix-xoghol, skond il-kaz, li jista’ jitqies
ragonevolment ekwivalenti ghall-perjodu ta’ mistrieh
jew waqfien mix-xoghol imsemmi fir-regolament 4
jew 6, u
(b) f’kazi eccezzjonali li fihom ma jkunx possibbli, ghal
ragunijiet oggettivi, li jinghata tali perjodu ta’
ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL g L.S.452.87 9
mistrieh, il-principal ghandu jaghti lill-haddiem tali
harsien kif ikun xieraq u mehtieg biex ihares is-sahha
u s-sigurta  tal-haddiem:
Izda l-arrangament fir-rigward tal-kondizzjonijiet tax-
xoghol li hemm provdut dwarhom ma jkunux jinkludu:
(i) l-ghoti ta’ kumpens fi flus lill-haddiem; jew
(ii) il-provdiment ta’ xi beneficcju materjali iehor
lill-haddiem minbarra l-provdiment ta’
beneficcju li jtejjeb il-kondizzjonijiet fizici li l-
haddiem jahdem tahthom jew il-kumditajiet u s-
servizzi li l-haddiem jista’ jgawdi waqt ix-
xoghol.
Kazi specjali ohra.
regolamenti 4, 5, 6, u 9 ma ghandhomx japplikaw -
(a) dwar attivitajiet fejn il-post tax-xoghol tal-haddiem
huma tali li l-post tax-xoghol u l-post tar-residenza
tieghu huma mbeghdin minn xulxin, inkluz xoghol lil
hinn mill-kosta, jew il-postijiet differenti tax-xoghol
ma’ l-istess principal huma mbeghdin minn xulxin;
(b) dwar attivitajiet ta’ sigurta  u sorveljanza li jitolbu
prezenza permanenti biex jitharsu propjeta  u persuni,
kif jista’ jkun il-kaz ta’ gwardjani u persuni li jiehdu
hsieb is-sigurta  jew ditti ta’ sigurta ;
(c) dwar attivitajiet li jinvolvu l-htiega ta’ servizz jew
produzzjoni bla waqfien, kif jista’ jkun il-kaz
f’konnessjoni ma’ -
(i) servizzi relatati mal-lqugh, trattament jew kura
pprovduta minn sptarijiet jew stabbilimenti
simili, istituzzjonijiet residenzjali u habsijiet;
(ii) xoghol f’tarznari jew ajruporti;
(iii) stampa, radju, televizjoni, produzzjoni
cinematografika, servizzi postali u ta’
telekomunikazzjoni u servizzi ta’ protezzjoni
civili;
(iv) produzzjoni, trasmissjoni u distribuzzjoni ta’
gass, ilma u elettriku, gbir ta’ skart mid-djar u
impjanti ta’ incinerazzjoni;
(v) industriji li fihom, ghal ragunijiet teknici, ix-
xoghol ma jistax ikun interrott;
(vi) attivitajiet ta’ ricerka u zvilupp;
(vii) agrikultura;
(viii) haddiema involuti fil-garr ta’ passiggieri fuq
servizzi regolari ta’ trasport urban;
(d) meta tkun prevista zjieda ta’ attivita , kif jista’ jkun il-
kaz f’konnessjoni ma’ -
(i) agrikultura;
(ii) turizmu; u
(iii) servizzi postali;
10 L.S.452.87 h ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL
(e) fil-kaz ta’ persuni li jahdmu fit-trasport ferrovjarju:
(i) li l-attivitajiet taghhom ikunu intermittenti;
(ii) li jghaddu l-hin tax-xoghol taghhom abbord
ferroviji; jew
(iii) li l-attivitajiet taghhom ikunu marbutin ma’ l-
orarji tat-trasport u biex jizguraw il-kontinwita  u
r-regolarita  tat-traffiku;
(f) meta l-attivitajiet tal-haddiem jintlaqtu minn -
(i) xi okkorrenza dovuta ghal cirkostanzi mhux tas-
soltu u mhux prevedibbli, lil hinn mill-kontroll
tal-principal tal-haddiem;
(ii) grajjiet eccezzjonali li l-konsegwenzi taghhom
ma setghux ikunu evitati minkejja l-ezercizzju
ta’ kull attenzjoni moghtija mill-principal; jew
(iii) incident jew riskju imminenti ta’ incident.
Haddiema bix-xift. 16. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 14 -
(a) ir-regolament 4 ma ghandux japplika f’konnessjoni
ma’ haddiem bix-xift meta jibdel ix-xift u ma jistax
jiehu l-perjodu ta’ mistrieh ta’ kuljum bejn it-tmiem
ta’ xift u l-bidu tax-xift ta’ wara;
(b) ir-regolament 6 ma ghandux japplika f’konnessjoni
ma’ haddiem bix-xift meta l-haddiem jibdel ix-xift u
ma jistax jiehu l-perjodu ta’ mistrieh ta’ kull gimgha
bejn it-tmiem ta’ xift u l-bidu tax-xift li jmiss; u
(c) ir-regolament 4 ma ghandux japplika ghal haddiema
impenjati f’attivitajiet li jinvolvu perjodi ta’ xoghol
maqsumin tul il-gurnata, kif jista’ jkun il-kaz ta’
haddiema tat-tindif.
Tobba qed 
jitharrgu.
17. (1) Fir-rigward ta’ tobba qed jitharrgu, r-regolament 7(1)
ma ghandux japplika sa dik id-data li fiha l-Ministru jista’, b’avviz
fil-Gazzetta, jordna:
Izda mill-1 ta’ Awissu, 2004 ghandu jidhol fis-sehh perjodu
transitorju li tulu n-numru ta’ sighat ta’ xoghol kull gimgha ghal
tobba qed jitharrgu ma ghandux jaqbez medja ta’ tmienja u hamsin
siegha fl-ewwel tliet snin, medja ta’ sitta u hamsin fis-sentejn ta’
wara u medja ta’ tnejn u hamsin ghal kull perjodu li jigi wara.
(2) Il-principal ghandu jikkonsulta lir-rapprezentanti ta’ l-
impjegati fi zmien opportun bl-iskop li jasal fi ftehim, kull fejn hu
possibbli, fuq l-arrangamenti li japplikaw ghall-perjodu ta’
transizzjoni. Fil-parametri mnizzlin fis-subregolament precedenti,
dan il-ftehim jista’ jkopri:
(a) l-ghadd medju ta’ sighat ta’ xoghol fil-gimgha tul il-
perjodu transitorju; u
(b) il-mizuri li ghandhom jittiehdu biex is-sighat ta’
xoghol kull gimgha jitnaqqsu ghal medja ta’ tmienja u
erbghin siegha sa tmiem il-perjodu transitorju;
(3) Ir-regolament 7(3) ma ghandux japplika ghal tobba li qed
jitharrgu sakemm il-perjodu ta’ referenza ma jkunx jaqbez:
ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL g L.S.452.87 11
(a) it-tnax-il xahar tul l-ewwel tliet snin li jibdew fl-1 ta’
Awissu, 2004, u
(b) is-sitt xhur fis-sentejn ta’ wara.
Meta jkun hemm 
ftehim kollettiv.
18. Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tar-regolament 14, ftehim
kollettiv jista’:
(a) immodifika jew jeskludi l-applikazzjoni tar-
regolamenti 4, 5, 6 u 9 fir-rigward ta’ haddiema jew
grupp ta’ haddiema;
(b) jimmodifika l-applikazzjoni tar-regolament 7(3) bis-
sostituzzjoni ta’ kull referenza ghal sbatax-il gimgha
b’perjodu differenti li ma jaqbizx it-tnejn u hamsin
gimgha, meta hemm ragunijiet oggettivi jew teknici
sufficjenti jew ragunijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-
organizzazzjoni tal-hin tax-xoghol.
Haddiema mobbli 
u xoghol lil hinn 
mill-kosta.
19. (1) Ir-regolamenti 4, 5, 6 u 9 ma ghandhomx japplikaw
ghal haddiema mobbli:
Izda ghandhom isiru l-arrangamenti mehtiega biex ikun
zgurat li dawn il-haddiema mobbli jkollhom mistrieh adegwat hlief
f’cirkostanzi mnizzlin fir-regolament 15(f).
(2) F’kazijiet meta jista’ jkun hemm ragunijiet oggettivi jew
teknici jew ragunijiet li ghandhom x’jaqsmu ma’ l-organizzazzjoni
tax-xoghol, il-perjodu ta’ referenza msemmi fir-regolament 7(3)
jista’ jittawwal ghal tnax-il xahar fir-rigward ta’ haddiema li
normalment jaghmlu xoghol lil hinn mill-kosta.
Disposizzjonijiet 
finali.
20. (1) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 7 ma ghandhomx
japplikaw fir-rigward ta’ haddiem li jkun ftiehem bil-miktub mal-
principal tieghu li ma ghandhomx japplikaw, b’dan izda li l-
principal jiehu l-mizuri necessarji biex jizgura li:
(a) ebda haddiem ma ghandu jkun mitlub jahdem ghal
aktar minn tmienja u erbghin siegha tul perjodu ta’
sebat ijiem, ikkalkolat bhala medju ghall-perjodu ta’
referenza msemmi fir-regolament 14(b), sakemm il-
principal ma jkunx l-ewwel gab il-kunsens tal-
haddiem biex jaghmel dan ix-xoghol;
(b) ebda haddiem ma ghandu jkun soggett ghal xi
detriment mill-principal tieghu ghaliex ma jkunx irid
jaghti l-kunsens tieghu biex jaghmel dan ix-xoghol;
(c) il-principal izomm records aggornati tal-haddiema
kollha li jaghmlu dan ix-xoghol, li ghandhom jinkludu
l-ghadd specifiku ta’ sighat li ghandhom jinhadmu
mill-impjegat tul perjodu ta’ referenza partikolari;
(d) ir-records jitqieghdu ghad-disposizzjoni tad-Direttur li
jista’, ghal ragunijiet konnessi mas-sigurta  u, jew is-
sahha tal-haddiema, jipprojbixxi jew jirrestringi l-
possibilita  li jinqabez il-massimu ta’ sighat ta’ xoghol
kull gimgha;
(e) il-principal jipprovdi lid-Direttur, wara talba tieghu,
b’informazzjoni fuq kazijiet li fihom haddiema jkunu
12 L.S.452.87 h ORGANIZZAZZJONI TAL-HIN TAX-XOGHOL
taw il-kunsens taghhom biex jahdmu ghal aktar minn
tmienja u erbghin siegha f’perjodu ta’ sebat ijiem,
ikkalkolat bhala medju ghall-perjodu ta’ referenza
msemmi fir-regolament 7(3)(b).
(2) Kull ftehim bil-miktub maghmul bis-sahha ta’ dak li
jinghad fis-subregolament (1)(a) ghandu jkun jista’ jintemm mill-
haddiem billi jaghti lill-principal avviz bil-miktub mhux inqas
minn sebat ijiem qabel jew xi perijodu iehor itwal li ma jeccedix
tliet xhur, kif stipulat bi ftehim bil-miktub.
(3) Ghandu jkun id-dmir tal-principal li:
(a) jzomm records adegwati biex juri li l-limiti specifikati
fir-regolamenti 7 u 9, u l-htigiet bis-sahha tar-
regolament 10, qed ikunu sodisfatti fil-kaz ta’ kull
haddiem li dawn ir-regolamenti japplikaw ghalih, u
(b) jzomm tali records ghal mill-inqas sentejn mid-data
meta jkunu saru.
(4) Meta principal jonqos milli jzomm records taht xi
disposizzjoni rilevanti ta’ dawn ir-regolamenti fir-rigward ta’ xi
impjegat, id-dmir tal-prova, fi proceduri quddiem il-Qrati, li d-
disposizzjoni msemmija kienet sodisfatta fir-rigward ta’ l-impjegat
ghandu jaqa’ fuq il-principal.
Tkeccija ingusta u reati ohra
Tkeccija ingusta. 21. (1) Impjegat li jitkecca ghandu jitqies ghall-finijiet ta’
dawn ir-regolamenti bhala li jkun tkecca ingustament jekk ir-
raguni, jew, jekk ikun hemm aktar minn wahda, ir-raguni principali
tat-tkeccija hija li l-impjegat -
(a) ikun irrifjuta, jew ippropona li jirrifjuta, li
jikkonforma ma’ htiega li l-principal impona, jew
ippropona li jimponi, b’kontravenzjoni ta’ dawn ir-
regolamenti;
(b) irrifjuta, jew ippropona li jirrifjuta, li jirrinunzja ghal
dritt moghti lilu b’dawn ir-regolamenti.
(2) F’kazijiet imsemmija fis-subregolament (1), haddiem jista’
jressaq ilment lit-Tribunal Industrijali mwaqqaf skond it-Taqsima
III ta’ Titolu II ta’ l-Att, li l-principal -
(a) ikun irrifjuta li jippermettilu jezercita xi dritt li ghandu
taht dawn ir-regolamenti; jew
(b) naqas milli jhallsu l-ammont shih jew xi parti minn xi
ammont dovut lilu taht ir-regolament 8.
Reati. 22. Kull min jikser jew jonqos milli jikkonforma ruhu mad-
disposizzjonijiet ta’ xi wiehed minn dawn ir-regolamenti jkun hati
ta’ reat kontra l-Att skond l-artikolu 45 ta’ l-Att u jista’ jehel multa
ta’ mhux inqas minn mitejn lira (Lm200).
Ihassar 
disposizzjonijiet 
inqas favorevoli.
23. Dawn ir-regolamenti jiehdu post disposizzjonijiet rilevanti
inqas favorevoli f’kull regolament, ordnijiet jew legislazzjoni
sussidjarja ohra maghmulin taht jew mizmumin fis-sehh taht l-Att,
u kull disposizzjoni bhal dik rilevanti hija b’dan imhassra.
