KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROCEDURA BIEX JITHASSRU L-ISMIJIET g L.S.458.08 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.08
REGOLI TAL-KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROCEDURA BIEX JITHASSRU L-ISMIJIET
24 ta’ Dicembru, 1959
L-AVVIZ LEGALI 92 ta’ l-1959, kif emendat: bl-Avviz Legali 2 ta’ l-
1969 u bl-Att XLIX ta’ l-1981.
Titolu.
dwar il-Procedura biex jithassru l-Ismijiet.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 2 ta’ l-1969.
2. F’dawn ir-Regoli - 
"akkuza" tfisser akkuza specifikata f’avviz ta’ inkjesta;
Kap. 464.
"avviz ta’ inkjesta" tfisser dak li tghid ir-regola 5(1);
"ezercitant" tfisser tabib, kirurgu-dentista, dentista jew
veterinarju registrati skond l-Att, u riferenzi ghall-ezercitant, dwar
kull kwerela jew rapport jew dwar kull proceduri, huma riferenzi
ghall-ezercitant li kontra tieghu tkun mibghuta lill-Kunsill Mediku
kwerela jew rapport;
Kap. 94.
l-Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Sahha;
"President" tfisser il-President tal-Kunsill Mediku u tinkludi, fil-
kaz ta’ assenza tal-President minn laqgha tal-Kunsill, ic-chairman
ta’ dik il-laqgha;
Kap. 94.
"registratur" tfisser ir-registratur tal-Kunsill Mediku mahtur
skond id-disposizzionijiet ta’ l-artikolu 21 ta’ l-Ordinanza dwar l-
Organizzazzjoni tad-Dipartiment tas-Sahha;
"registru xieraq" tfisser ir-registru xieraq ghall-finijiet ta’ l-Att.
Ordnijiet skond l-
Att.
3. Ebda ordni ma ghandu jinghata skond l-Att hlief minhabba
xi inkjesta skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli dwar l-
akkuza jew l-akkuzi formulati f’avviz ta’ inkjesta notifikat skond l-
imsemmija disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regoli lill-persuna li kontra
taghha l-akkuza jew l-akkuzi jkunu saru.
Kwereli u rapporti.
Emendat:
XLIX. 1981.4.
Kap. 9.
4. (1) Meta -
(a) kwerela bil-miktub illi ezercitant ikun gie dikjarat hati
minn xi qorti f’dawn il-Gzejjer ta’ xi delitt punibbli bi
prigunerija ghal xi zmien li jkun izjed minn sena jew
ta’ xi wiehed mid-delitti msemmija fl-artikoli 198 sa
209 tal-Kodici Kriminali tigi mibghuta lill-Kunsill
minn xi korp jew persuna, jew rapport bil-miktub illi
ezercitant ikun gie hekk dikjarat hati jigi mibghut lill-
Kunsill minn persuna li jkollha kariga pubblika, jew
(b) kwerela bil-miktub dwar il-kondotta ta’ ezercitant tkun
giet mibghuta lill-Kunsill minn xi korp jew persuna,
jew rapport bil-miktub dwar il-kondotta ta’ ezercitant
ikun gie mibghut lill-Kunsill minn persuna li jkollha
2 L.S.458.08 h
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROCEDURA BIEX JITHASSRU L-ISMIJIET
kariga pubblika, jew
(c) kwerela bil-miktub illi ezercitant ma jkunx tajieb li
jkompli jezercita l-professjoni tieghu minhabba mard
mentali jew fiziku tigi mibghuta lill-Kunsill minn xi
korp jew persuna, jew rapport bil-miktub dwar l-
inkapacita  ta’ ezercitant li jkompli jezercita l-
professjoni tieghu minhabba r-ragunijiet fuq
imsemmija jigi mibghut lill-Kunsill minn persuna li
jkollha kariga pubblika,
ir-registratur ghandu jissottometti l-kwerela jew ir-rapport lill-
President.
(2) Kwerela li tirriferixxi ghal kondotta jew inkapacita
minhabba mard, ma ghandhiex titmexxa aktar ’il quddiem kemm-il
darba u sakemm ma tigix konfermata permezz ta’ dikjarazzjoni bil-
gurament; u kull dikjarazzjoni -
(a) ghandha turi l-indirizz u d-deskrizzioni tad-dikjarant,
u
(b) jekk xi fatt dikjarat ma jkunx jaf bih personalment id-
dikjarant, ghandha turi l-origini ta’ l-informazzjoni
tad-dikjarant u r-ragunijiet ghaliex jemmen li l-fatti
huma veri.
(3) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-sub-regola (2), il-
President ghandu jordna lir-registratur biex jinnotifika lill-
ezercitant li tkun giet ricevuta l-kwerela jew ir-rapport, u jghid is-
sustanza tal-kwerela jew rapport u jibghat lill-ezercitant kopja ta’
kull dikjarazzjoni guramentata moghtija skond is-sub-regola (2) u
jitlob lill-ezercitant biex jissottometti lill-Kunsill, eghluq dik id-
data li l-President jistabbilixxi, kull spjegazzjoni li l-ezercitant
ikun jista’ jaghti; u kull spjegazzjoni ghandha tkun bil-miktub u
ghandha tasal ghand ir-registratur eghluq iz-zmien stabbilit mill-
President:
Izda, safejn kwerela jew rapport jirriferixxi ghal kondotta, jekk
ma jkunx jidher lill-President li jkun diskutibbli jekk dik il-
kondotta tikkostitwix kondotta bla gieh f’imgieba professjonali
huwa ghandu jordna lir-registratur biex jirriferixxi dik il-kwerela
jew rapport lill-Kunsill jew biex jiddecidi illi l-kwerela jew rapport
ma ghandhomx jitmexxew aktar ’il quddiem jew biex jordna lir-
registratur li jinnotifika lill-ezercitant skond id-disposizzjonijiet ta’
din is-sub-regola.
(4) Bla hsara ghal-disposizzjonijiet li jahbtu qabel ta’ din ir-
regola, il-President ghandu jordna lir-registratur biex jibghat ghal
inkjesta kwerela jew rapport lill-Kunsill flimkien ma’ kull
spjegazzjoni moghtija wara mill-ezercitant u kull dikjarazzjonijiet
guramentati moghtija skond is-sub-regola (2).
(5) F’din ir-regola l-frazi "persuna li jkollha kariga pubblika"
tfisser ufficjal ta’ dipartiment tal-gvern jew awtorita  pubblika li
tagixxi ta’ hekk, jew kull persuna li jkollha kariga gudizzjarja jew
kull ufficjal li jkun allokat ma’ qorti.
Avviz ta’ inkjesta. 5. (1) Kemm jista’ jkun malajr wara li kwerela jew rapport
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROCEDURA BIEX JITHASSRU L-ISMIJIET g L.S.458.08 3
ikun gie mibghut lill-Kunsill skond id-disposizzjonijiet ta’ qabel u
kemm-il darba l-Kunsill ma jkunx sodisfatt ghal kollox bl-
ispjegazzjoni miktuba ta’ l-ezercitant, ir-registratur ghandu
jinnotifika lill-ezercitant avviz ta’ inkjesta li ghandu -
(a) jispecifika, fil-forma ta’ akkuza jew akkuzi, il-hwejjeg
li dwarhom l-inkjesta tkun ser issir, u
(b) jghid id-data, il-hin u l-post li fihom l-inkjesta tkun ser
issir.
(2) L-inkjesta ma ghandhiex tigi ffissata ghal xi data qabel
tmint ijiem wara d-data ta’ l-avviz ta’ inkjesta.
(3) Avviz ta’ inkjesta ghandu jkun fil-forma murija fil-Formula
A li hemm fl-Iskeda, b’dak it-tibdil kif ic-cirkostanzi jistghu
jehtiegu.
(4) Ghandha tintbghat ma’ kull avviz ta’ inkjesta kopja ta’
dawn ir-regoli.
(5) Kopja ta’ l-avviz ta’ inkjesta ghandha tigi notifikata lill-
kwerelant jew lil min ikun bghat ir-rapport.
Jum u hin ta’ 
inkjesta.
6. Il-President ghandu jistabbilixxi l-jum u l-hin ghat-tizmim
ta’ inkjesta skond l-Att.
Avviz difettuz.
President, jew f’kull stadju tas-smigh ikun jidher lill-Kunsill, illi
avviz ta’ inkjesta jkun difettuz, il-President jew il-Kunsill, skond
il-kaz, ghandu jaghti ordnijiet ghall-emenda ta’ l-avviz kif jidhirlu
mehtieg kemm-il darba, wara li jittiehed kont tal-meriti tal-kaz, l-
emendi mehtiega jkunu jistghu jsiru minghajr ingustizzja.
(2) Meta fil-fehma tal-President jew tal-Kunsill ikun xieraq,
minhabba fl-ezercizzju minnu tas-setghat moghtija bis-sub-regola
(1), illi l-inkjesta tkun posposta jew aggornata, il-President jew il-
Kunsill, skond il-kaz, ghandu jaghti dawk l-ordnijiet ghal hekk kif
jidhru mehtiega.
Proceduri fil-
pubbliku.
8. Il-proceduri quddiem il-Kunsill huma pubblici; izda l-
Kunsill jista’, meta jidhirlu xieraq, jordna illi l-proceduri jsiru fil-
privat.
Astensjoni jew 
rikuza.
Kap. 12.
9. (1) Kull membru tal-Kunsill u r-registratur ghandu jastjeni
milli jiehu parti f’kull inkjesta jew jista’ jigi rikuzat f’kull wahda
mic-cirkostanzi li fiha mhallef kien jastjeni jew jista’ jigi rikuzat
skond id-disposizzonijiet ta’ l-artikolu 734 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili.
(2) Kull rikuza ma tkunx ammissibbli kemm-il darba ma tkunx
maghmula qabel il-qari mir-registratur ta’ l-akkuza jew l-akkuzi
lill-ezercitant.
(3) Il-Kunsill ghandu jiddecidi l-oggezzjoni qabel il-qari ta’ l-
imsemmija akkuza jew akkuzi u d-decizjoni tieghu tkun finali.
Assistenza legali u 
assistenza ohra.
10. (1) Kull parti fil-proceduri quddiem il-Kunsill tista’ tigi
assistita minn avukat jew prokuratur legali. L-ezercitant jista’ jigi
wkoll assistit minn membru tal-professjoni tieghu, li ismu jkun
jidher fir-registru xieraq.
4 L.S.458.08 h
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROCEDURA BIEX JITHASSRU L-ISMIJIET
(2) Il-President ghandu jgib id-disposizzjonijiet ta’ din ir-
regola ghak-konjizzjoni ta’ kull parti fil-proceduri li tidher
quddiem il-Kunsill minghajr assistenza.
Qari ta’ l-akkuza. 11. Il-proceduri dwar l-inkjesta ghandhom jibdew bil-qari mir-
registratur ta’ l-akkuza. Wara dan il-President ghandu jaghmel lill-
ezercitant il-mistoqsija jekk jammettix jew jichadx l-akkuza.
Ammissjoni jew 
cahda.
12. (1) Jekk l-ezercitant jammetti l-akkuza l-Kunsill jista’,
fid-diskrezzjoni tieghu, jiddispensa mill-produzzjoni ta’ xhieda u
jghaddi biex jaghti d-decizjoni tieghu f’dik il-gurnata jew f’xi
gurnata ohra ffissata ghal dak l-iskop.
(2) Jekk l-ezercitant jichad l-akkuza l-Kunsill ghandu jkompli
l-inkjesta.
(3) Jekk l-ezercitant jonqos milli jattendi minghajr kawza gusta
u l-Kunsill ikun sodisfatt illi avviz ta’ l-inkjesta kien mibghut kif
mehtieg b’dawn ir-regoli, il-Kunsill jista’, jekk jidhirlu xieraq,
ikompli l-inkjesta anki fl-assenza tieghu.
Proceduri. 13. Il-proceduri dwar inkjesta jkunu dawn li gejjin:
(a) Xhieda b’sustenn ta’ l-akkuza ghandhom ikunu
prodotti u ezaminati mill-parti li tipproducihom jew fl-
assenza taghha mill-Kunsill u kontro-ezaminati mill-
ezercitant; wara dan kull membru tal-Kunsill ikun
jista’ jaghmel mistoqsijiet kif jidhirlu mehtieg.
(b) Ix-xhieda tad-difiza ghandhom jinstemghu u f’kaz li l-
ezercitant jixtieq jaghti x-xiehda tieghu, jista’ jaghmel
hekk kemm-il darba x-xiehda tieghu tinghata qabel dik
ta’ kull xhud li jkun ser jigi prodott minnu. Ix-xhieda
ghandhom ikunu ezaminati mill-ezercitant u kontro-
ezaminati minn kull parti ohra fil-proceduri; wara dan
kull membru tal-Kunsill ikun jista’ jaghmel
mistoqsijiet kif jidhirlu mehtieg.
(c) Meta l-provi kollha jkunu gew maghmula l-ezercitant
ghandu, personalment jew permezz tal-persuna li
minnha jkun assistit, jindirizza lill-Kunsill u jaghmel
id-difiza tieghu.
(d) Il-Kunsill ghandu wara dan jaghti d-decizjoni tieghu
f’dik il-gurnata jew f’xi gurnata ohra ffissata ghal dak
l-iskop. 
(e) Il-Kunsill ma jkunx prekluz f’kull stadju tal-proceduri
sakemm tinghata d-decizjoni milli jerga’ jisma’ xi
xhud jew jitlob il-produzzjoni ta’ xi dokumenti.
Akkuza mhux 
pruvata.
14. Fil-kazijiet kollha meta l-Kunsill ikun sodisfatt illi l-
akkuza ma tkunx giet pruvata, il-Kunsill ghandu jiddecidi
konformement u ghandu jnizzel decizjoni illi l-akkuza jew l-akkuzi
ma gietx pruvata jew ma gewx pruvati u illi l-ezercitant ma jkunx
hati dwar il-hwejjeg li ghalihom l-akkuza jew l-akkuzi tirriferixxi
jew jirriferixxu.
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROCEDURA BIEX JITHASSRU L-ISMIJIET g L.S.458.08 5
Decizjonijiet fil-
pubbliku u bil-
miktub.
15. (1) Id-decizjonijiet tal-Kunsill ghandhom jinghataw fil-
pubbliku u bil-miktub; ghandhom ikunu ffirmati mill-President.
(2) L-original ghandu jinzamm mir-registratur, flimkien man-
notamenti kollha ta’ l-inkjesta.
Validita  ta’ 
proceduri.
16. Meta skond xi wahda mid-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’
dawn ir-regoli l-inkjesta tkun differita ghal xi laqgha futura, il-
validita  tal-proceduri ta’ dik il-laqgha ma ghandhiex tigi attakkata
minhabba biss illi membri tal-Kunsill li kienu prezenti fl-ewwel
laqgha ma kienux prezenti fil-laqgha ta’ wara jew illi membri tal-
Kunsill li kienu prezenti fil-laqgha ta’ wara ma kienux prezenti fl-
ewwel laqgha.
Kopja tad-
decizjoni.
17. Ir-registratur ghandu jinnotifika minghajr dewmien lill-
ezercitant kopja tad-decizjoni tal-Kunsill.
Formula ta’ tahrika 
tax-xhieda.
18. Avviz lil xi persuna biex tidher quddiem il-Kunsill biex
taghti x-xiehda u/jew biex tipproduci dokumenti ghandu jkun
skond il-forma murija fil-Formula B li hemm fl-Iskeda.
Firmar u notifikar 
ta’ avvizi.
19. Kull avviz imsemmi f’dawn ir-Regoli ghandu jkun iffirmat
mill-President u notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
36 ta’ l-Att:
Izda kull avviz mahrug skond ir-regola 18 ghandu jkun
notifikat skond id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 37 ta’ l-Att.
Setghat tal-Kunsill.
(a) li jzomm il-bon ordni, u
(b) li jirregola d-diskussjoni.
Diskussjonijiet 
konfidenzjali.
21. Il-membri tal-Kunsill u r-registratur ma ghandhom jikxfu
ebda haga diskussa mill-Kunsill fil-kors ta’ inkjesta.
Proceduri ohra.
ghandu jirregola l-procedura tieghu.
6 L.S.458.08 h
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROCEDURA BIEX JITHASSRU L-ISMIJIET
SKEDA
Regoli 5(3), 18
FORMULA A
Regola 5 (3)
 KUNSILL MEDIKU 
Avviz ta’ Inkjesta
Lil ....................................(data)
.........................................
Jiena b’dan naghtik avviz illi l-Kunsill Mediku ordna inkjesta
biex jikkunsidra u jiddecidi l-akkuza imputata lilek, jigifieri
.............................................................
Inti qieghed b’dan tigi nformat illi l-ewwel seduta ta’ l-
imsemmija inkjesta sejra ssir nhar .............................. il-
........................ 19 ...... fil-.................... il- ........................
 Kopja tar-Regoli tal-Kunsill Mediku dwar il-Procedura ta’
Tahsir ta’ Ismijiet hija annessa biex taghraf timxi.
Inti mwissi illi n-nuqqas minn naha tieghek li tidher minghajr ma
taghti spjegazzjoni tajba ghall-assenza tieghek ma jipprekludix lill-
Kunsill Mediku milli jkompli l-inkjesta anki fl-assenza tieghek.
President,
Kunsill Mediku
 
KUNSILL MEDIKU DWAR 
IL-PROCEDURA BIEX JITHASSRU L-ISMIJIET g L.S.458.08 7
FORMULA B 
Regola 18
KUNSILL MEDIKU
Avviz lil persuna biex taghti x-xiehda u/jew biex tipproduci
dokumenti, ecc.
Lil .................................... (data)
Inti b’dan mehtieg li tattendi quddiem il-Kunsill Mediku nhar
..................... il- ........................ 19 ...... fil- .................. il-
.................. u hekk f’kull gurnata ohra li ghaliha s-smigh ikun gie
differit, biex taghti x-xiehda u/jew biex tipproduci d-dokumenti li
gejjin .................................... fil-kwistjoni ta’ inkjesta kontra
.......................................
 Inti mwissi illi n-nuqqas li tattendi kif inti b’dan mehtieg
jirrendik li tista’ tehel il-penalitajiet preskritti mil-ligi.
President,
Kunsill Mediku
