KONTROLL TA’ REKLAMI TA’ MEDICINALI g L.S.458.14 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.14
REGOLAMENTI DWAR IL-KONTROLL TA’ 
REKLAMI TA’ MEDICINALI
31 ta’ Lulju, 1981
L-AVVIZ LEGALI 85 ta’ l-1981.
Titolu.
Kontroll ta’ Reklami ta’ Medicinali.
Kontroll ta’ 
reklamar.
2. (1) Ebda persuna ma’ tista’ taghmel reklam jew thalli jew
tippermetti li jsiru reklami ta’ xi preparati medicinali jew ta’ xi
rimedju li jinghad li ghandu effett terapewtiku jew effett iehor fuq
il-korp uman jekk ma tkunx awtorizzata b’mod specifiku biex hekk
taghmel mis-Suprintendent tas-Sahha Pubblika fuq il-parir tal-
Kunsill tas-Sahha.
(2) Fl-ghoti ta’ l-awtorita  msemmija fis-subregolament (1), l-
imsemmi Suprintendent jista’ jimponi kull kundizzjoni li jidhirlu
xierqa, u b’mod partikolari jista’ jirrestringi, jimmodifika jew
xort’ohra jikkontrolla l-presentazzjoni u l-kliem tar-reklam.
(3) Kull persuna li tirreklama jew thalli li jsiru reklami ta’ xi
preparat medicinali jew xi rimedju, ghandha tizgura li n-numru tal-
permess tad-Dipartiment tas-Sahha ikun jidher fuq kull reklam.
