LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.23
REGOLAMENTI DWAR LICENZJI GHAL 
KLINICI MEDICI PRIVATI 
10 ta’ Novembru, 1995
L-AVVIZ LEGALI 161 ta’ l-1995, kif emendat bl-Avvizi Legali 200 ta’ l-
1996 u 183 ta’ l-2003.
Titolu.
Licenzji ghal Klinici Medici Privati.
Tifsir.
jehtiegx xort’ohra -
Kap. 464.
"dipartiment" tfisser id-Dipartiment tas-Sahha;
"klinika" tfisser klinika medika privata;
"klinika medika privata" tinkludi sptar privat u klinika medika
ghall-kura matul il-jum, izda ma tinkludix il-kamra konsultorja ta’
tabib;
"Ministeru" tfisser il-Ministeru tas-Sahha;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghas-Sahha Pubblika;
"persuna awtorizzata" tfisser persuna awtorizzata mill-Ministru
biex tezercita s-setghat skond ir-regolament 13;
"Suprintendent" tfisser is-Suprintendent tas-Sahha Pubblika.
Il-klinika tkun 
skond id-
disposizzjonijiet 
ta’ dawn ir-
regolamenti.
3. Tista’ tinghata jew tiggedded licenza ghall-ftuh ta’ klinika
jew sabiex din tkompli titmexxa skond l-Att sakemm dik il-klinika
tkun skond id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
Licenzjar.
lill-Ministru bil-miktub u tintbaghat jew tigi konsenjata lill-
Ministeru:
Izda meta jkun hemm diga  applikazzjoni pendenti qabel il-
bidu fis-sehh ta’ dawn ir-regolamenti, dik l-applikazzjoni ghandha
titqies li tkun saret skond dawn ir-regolamenti.
(2) Fl-applikazzjoni ghall-licenza ta’ klinika, applikant ghandu
jaghti dawk il-partikolaritajiet li huma specifikati fl-Ewwel Skeda
u dak it-taghrif l-iehor li l-Ministru jista’ jehtieg.
(3) Flimkien ma’ kull applikazzjoni ghall-licenza, inkluza dik
biex tiggedded licenza, ghal klinika ghandu jithallas dak id-dritt li
l-Ministru jista’ minn zmien ghal zmien jistabbilixxi b’avviz fil-
Gazzetta.
 Rifjut ta’ licenza. 
jista’ jirtira licenza dwar klinika jekk ikun sodisfatt -
(a) li l-applikant, jew xi persuna impjegata jew li jkun
hemm il-hsieb li tigi impjegata mill-applikant biex
2 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
tkun responsabbli ghall-klinika ma jkunx jew ma
tkunx persuna li jkollha kondotta tajba; jew
(b) li ghal ragunijiet li ghandhom x’jaqsmu mal-lokal,
kostruzzjoni, stat ta’ tiswija, akkomodazzjoni,
persunal jew taghmir, il-klinika ma tkunx addattata
biex tintuza bhala klinika; jew
(c) li l-klinika tkun, jew xi post uzat in konnessjoni
maghha jkun, uzat jew mahsub biex jintuza, ghal
finijiet li ma jkollhomx x’jaqsmu mal-klinika jew li
huma b’xi mod mhux xierqa, mhux etici jew
illegittimi; jew
Kap. 356.
(d) li l-klinika jew xi post li jkun se jintuza in konnessjoni
maghha jikkonsisti fi, jew jinkludi, xoghlijiet li
mhumiex awtorizzati skond l-Att dwar l-Ippjanar ta’ l-
Izvilupp; jew
(e) li l-arrangamenti ghat-tmexxija u l-kontroll tas-
servizzi provduti fil-klinika ma humiex adegwati.
(2) Meta licenza tkun giet rifjutata, jew ma tiggeddidx, jew
tkun giet irtirata, min japplika jew id-detentur ta’ licenza, skond il-
kaz, jista’ fi zmien tletin jum minn meta jircievi avviz tar-rifjut,
nuqqas ta’ tigdid jew irtirar ta’ dik il-licenza, jappella quddiem
tribunal li jinhatar mill-President ta’ Malta u kostitwit minn
persuna li kellha, ghal mill-anqas seba’ snin, warrant biex
tipprattika l-professjoni legali f’Malta li jkun chairman, u zewg
membri ohra li wiehed ikun nominat minn fost il-professjoni
medika u l-iehor li jkun rapprezentant tad-dipartiment.
Licenza ghandha 
tispecifika n-
numru ta’ pazjenti 
li jinzammu.
6. (1) Ic-certifikat tal-licenza ghandu jispecifika n-numru ta’
sodod li ghandu jinzamm ghal in-patients fil-klinika.
(2) Ix-xorta ta’ operazzjonijiet kirurgici li jistghu jsiru fil-
klinika jkunu dawk imnizzla fit-Tieni Skeda u skond kull
kondizzjoni hemm specifikata.
(3) Ic-certifikat tal-licenza ghandu jkun imwahhal f’post fejn
jidher sewwa fil- klinika.
(4) It-tariffa tad-drittijiet li ghandhom jithallsu fil-klinika dwar
servizzi, barra minn servizzi professjonali provduti fil-klinika,
ghandha tinzamm imwahhla f’post fejn jidher sewwa fil-klinika.
(5) Id-detentur tal-licenza huwa obbligat li jassigura li dawk il-
pazjenti kollha li jitolbu jew jircievu servizz ikunu infurmati bil-
hlasijiet mitlubin f’dik il-klinika u jkunu wkoll jistghu jircievu
kopja tal-hlasijiet relattivi, liema kopja ghandha tinghata lil kull
min jitlobha.
Kondizzjonijiet tal-
licenza.
7. (1) Meta tinhareg licenza ghal klinika f’isem kumpannija,
id-detentur ta’ licenza ghandu jinforma lill-Ministru bil-miktub
dwar kull tibdil fl-isem tal-persuni li jkunu qeghdin jiggestixxu l-
kumpannija, u dan fi zmien sebat ijiem mid-data tal-bidla.
(2) (a) Ebda licenza ghat-tmexxija ta’ klinika ma tista’
tinghata, tigi trasferita jew imgedda jekk il-klinika ma
tkunx taht ir-responsabbilta  ta’ tabib jew ta’ infermier
registrat, izjed ’il quddiem imsejjah "il-persuna
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 3
responsabbli".
(b) Jekk id-detentur tal-licenza jew il-persuna
responsabbli jkunu assenti, ghandhom jassikuraw li l-
isem tal-persuna li tkun responsabbli minflokhom tkun
avzata f’post fejn jintwera car fil-pubbliku, ghas-
sodisfazzjon tas-Suprintendent.
(c) Meta l-persuna responsabbli tkun assenti u ma jkunx
hemm sostitut responsabbli, il-klinika ghandha matul
dak iz-zmien titqies li tkun minghajr licenza.
(d) Id-detentur ta’ licenza ghandu jgharraf minnufih lis-
Suprintendent bil-miktub, u meta jkun possibbli u
prattiku bil-quddiem, dwar kull bidla, minbarra dik
imsemmija qabel, tal-persuna responsab-bli mill-
klinika.
(e) Ghandu jkun hemm distinzjoni u definizjoni cara ta’
kull rwol u responsabbilta  tal-persuna responsabbli u
tad-detentur tal-licenza f’dawk il-kazi kollha meta
dawk il-funzjonijiet ma jitwettqux mill-istess persuna.
Prezenza ta’ tabib 
mediku.
8. Id-detentur ta’ licenza ghandu jassigura li f’kull hin li
matulu l-pazjenti residenti jkunu qeghdin jigu kurati fil-klinika,
jkun hemm disponibbli ghajnuna medika residenti ghall-pazjenti u
li tkun ghas-sodisfazzjon tas-Suprintendent, wara li wiehed
jikkonsidra l-ghadd u l-kondizzjoni ta’ dawk il-pazjenti u s-servizz
li jkun qieghed jigi provdut fil-klinika:
Izda meta l-operazzjonijiet kirurgici li jkollhom isiru fil-
klinika jkunu limitati biss ghal dawk li huma elenkati fit-Taqsima I
tat-Tieni Skeda, il-prezenza ta’ infermier registrat ghandha tkun
bizzejjed.
Persunal ta’ 
infermiera.
9. (1) Id-detentur ta’ licenza ghandu jassigura li jkun hemm
prezenti f’kull hin fil-klinika ghadd xieraq ta’ infermiera sabiex
jigi zgurat li jittiehed hsieb xieraq tal-pazjenti fl-isptar, u ghalhekk
ghandu jigi konsiderat -
(a) l-ghadd u l-kategorija ta’ pazjenti akkommodati; 
(b) l-ghadd ta’ sulari u l-ghadd ta’ pazjenti f’kull sular; 
(c) il-firxa shiha tal-bini kollu;
(d) il-facilitajiet disponibbli;
(e) l-ghadd ta’ personal part-time addizzjonali u ta’ kull
personal iehor li jista’ jipprovdi l-ghajnuna ta’
infermier.
(2) (a) Bla hsara ghall-generalita  ta’ dak imsemmi qabel u tad-
disposizzjonijiet tas-subregolament (5), ghandu mill-
inqas ikun hemm infermier registrat wiehed li jkun qed
jaghti servizz f’kull sala, jew qasam specjali, f’kull hin
li fih il-pazjenti jkunu qeghdin jircievu servizz f’dik
is-sala jew qasam specjali.
Ghall-iskop ta’ dan il-paragrafu, ebda sala jew
qasam specjali ma ghandhom jitqiesu btala sala jew
qasam hlief jekk dik is-sala jew dak il-qasam ma
4 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
jkunux ghal kollox jinsabu fuq sular wiehed.
(b) Jekk ikun hemm sala tat-tfat jew qasam specjali tat-tfal
inkorporati fil-klinika, ghandu jkun hemm f’kull waqt
li t-tfal ikunu qeghdin jircievu kura, infermier registrat
tat-tfal morda jew infermier registrat b’esperjenza
konsiderevoli fl-infermerija tat-tfal.
(c) Jekk tkun ser issir operazzjoni kirurgika fi klinika
ghandu jkun hemm f’kull waqt matul dik l-operazzjoni
u, ghal perijodu ragonevoli qabel u wara dik l-
operazzjoni, infermier registrat li jkollu l-esperjenza
mehtiega fis-sala ta’ l-operazzjonijiet:
Izda l-pazjenti li jkunu qeghdin jistejqru wara
anestesija ghandhom ikunu taht il-kura ta’ anestetista
jew ta’ infermier registrat jew iskritt fl-elenku u li jkun
imharreg ghal dan l-iskop.
(3) (a) Ebda pazjent ma jista’ jithalla fir-responsabbilta  unika
ta’ persuna li ma tkunx awtorizzata tahdem ta’
infermier. 
(b) L-ghadd ta’ infermiera temporanji jew kazwali li jkunu
qeghdin jaghtu servizz ma ghandux jaqbez l-ghadd ta’
infermiera li jkollhom impieg permanenti li jkunu
qeghdin jaghtu servizz u ebda infermier temporanju
jew kazwali ma ghandu jkun unikament responsabbli
ghal xi pazjent sakemm infermier registrat li jkollu
impieg permanenti ma jkunx prezenti fl-isptar u jkun
jista’ jissejjah minnufih.
(4) Il-persuna responsabbli minn klinika ghandha zzomm
roster tad-dmirijiet ta’ l-infermiera u dak ir-roster ghandu jkun
disponibbli biex jarawh l-infermiera u, jekk jintalab, minn persuna
awtorizzata.
(5) Id-detentur ta’ licenza, wara li wiehed iqis l-ghadd, eta ,
sess u kondizzjoni ta’ pazjenti rikoverati fil-klinika, ghandu -
(a) jipprovdi kull persunal adegwat iehor professjonali,
tekniku, ancillari u ta’ ghajnuna generali;
(b) jipprovdi akkomodazzjoni u spazju adegwati ghal kull
pazjent fil-klinika inkluzi, fejn ikun xieraq, facilitajiet
ghal kamra ta’ mistrieh ghal matul il-jum;
(c) jipprovdi ghamara, sodod, purtieri u, jekk mehtieg,
paraventi magemb is-sodod u kisja tal-art xierqa u
adegwati fi kmamar okkupati jew uzati minn pazjenti;
(d) jipprovdi taghmir xieraq mediku, kirurgiku u ta’ l-
infermiera kif ukoll facilitajiet ta’ kura xierqa, kif
ukoll sistema efficjenti sabiex il-pazjent ikun jista’
jsejjah infermier;
(e) jipprovdi ghall-uzu tal-pazjenti sinkijiet adegwati u
banjijiet jew, meta jkun japplika, dococ, b’ilma shun u
ilma kiesah flimkien ma’ ghadd xieraq ta’ water
closets u facilitajiet fejn jintrma l-ilma mahmug;
(f) jipprovdi dawl, shana u ventilazzjoni adegwati f’kull
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 5
parti ta’ l-isptar okkupata jew uzata mill-pazjenti;
(g) izomm dawk il-partijiet kollha tal-klinika fi stat tajjeb
ta’ tiswija, indafa u ragonevolment dekorati;
(h) jassigura li jezistu facilitajiet xierqa u jiehu
prekawzjonijiet adegwati, kontra r-riskju ta’ hruq kif
ukoll li jkun hemm aperturi adegwati li minnhom
wiehed jista’ johrog fil-kaz ta’ hruq, kif ukoll li
jaghmel arrangamenti adegwati kontra n-nar, u avvizi
dwar il-procedura li ghandha tintuza fil-kaz ta’ hruq,
ghall-evakwazzjoni tal-pazjenti u tal-persunal, kif
jinzammu l-mezzi biex jintefa’ n-nar, u ghal dawk l-
arrangamenti l-ohra li jistghu f’kull kaz ikunu
mehtiega bil-ligi, u fin-nuqqas ta’ ligi, kif jista’ minn
zmien ghal zmien jigi ordnat mill-Kummissarju tal-
Pulizija; 
(i) jipprovdi kull taghmir adegwat tal-kcina, borom u
pozati u facilitajiet xieraq ghat-thejjija u hazna ta’
ikel;
(j) ikollu ikel adegwat ghal kull pazjent skond il-htigiet
ta’ dieta li dak il-pazjent ikun qieghed jaghmel;
(k) jorganizza facilitajiet xierqa ghall-hasil tal-hwejjeg;
(l) jaghmel arrangamenti adegwati biex jitnehha l-
materjal tessili, l-faxex uzati, l-istrumenti u sustanzi w
materjal bhal dak, kif ukoll kull skart perikoluz iehor;
(m) jaghmel arrangamenti adegwati ghar-rigward ta’
pazjenti li jkunu ser jinzammu ghal zmien twil;
(n) jaghmel arrangamenti adegwati sabiex id-drogi jigu
registrati, mizmuma f’post sigur, u kif jigu wzati;
(o) jaghmel arrangamenti adegwati ghall-prevenzjoni ta’
infezzjoni, kondizzjonijiet tossici jew l-imxija ta’
infezzjoni fil-klinika;
(p) jiehu prekawzjonijiet mehtiega kontra r-riskju ta’
incidenti;
(q) jipprovdi assigurazjoni xierqa lill-pazjenti, u ghall-
impjegati li jahdmu fil-klinika u ghall-assigurazjoni
ggat-terzi fil-kaz ta’ incidenti jew okkorrenzi ohra.
(6) L-ghadd ta’ persunal domestiku ghandu jkun bizzejjed biex
jizgura li jkun hemm livell gholi ta’ indafa f’kull settur tal-bini u d-
detentur ta’ licenza ghandu jizgura li dak il-persunal ikun sorveljat
minn persuna li tkun taf sew x’inhu mehtieg bhala metodi u
materjal ghat-tindif ta’ klinika.
(7) Ghandu jkun hemm provvista ta’ ilma tajjeb ghax-xorb
f’lokalitajiet xierqa.
(8) Kull klinika ghandha tkun provduta b’facilitajiet telefonici
adegwati. Facilitajiet simili ghandhom ikunu wkoll disponibbli
ghall-uzu privat tal-pazjenti.
(9) (a) Ghar-rigward ta’ operazzjonijiet elenkati fit-Taqsima I
tat-Tieni Skeda, il-facilitajiet u r-rizorsi kif ukoll il-
6 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
kondizzjoni jew sahha medika tal-pazjent ghandhom
ikunu tali sabiex dawk l-operazzjonijiet ikunu jistghu
isiru taht kondizzjonijiet ta’ prattika kirurgika u
medika tajba kif rakkomandat minn kulleggi
akkademici ta’ l-anestesija u kirurgi rikonoxxuti mis-
Suprintendent.
(b) Ebda operazzjoni kirurgika msemmija fit-Taqsima II
tat-Tieni Skeda ma tista’ ssir fi klinika sakemm ma
jkunx hemm facilitajiet adegwati ta’ sala operatorja kif
hemm specifikat fit-Tielet Skeda, ghas-sodisfazzjon
tas-Suprintendent.
(c) Jekk fi klinika isiru operazzjonijiet kirurgici jew
tintuza sistema ta’ life support, ghandu jkun hemm
facilitajiet adegwati ghal provvista elettrika immedjata
fil-kaz li tinqata l-provvista elettrika pubblika kif ikun
mehtieg sabiex tithares il-hajja tal-pazjenti.
(10) F’dan ir-regolament -
(a) "jipprovdi" tinkludi, fejn ikun jghodd, li tinzamm fi
stat tajjeb; u
(b) meta jkun hemm xi dubju dwar dak li hu xieraq,
accettabbli jew adegwat, dan ghandu jitqies li jkun
xieraq, accettabbli jew adegwat, skond il-kaz, jekk
jitqies li hu hekk fil-fehma tas-Suprintendent.
Kura fit-twelid. 10. Jekk fi klinika tinghata kura qabel it-twelid, fit-twelid jew
wara t-twelid, ghandhom japplikaw ukoll id-disposizzjonijiet li
gejjin: 
(1) Ghandha tkun responsabbli ghal kull servizz ta’ qwiebel li
jinghata, qabla registrata li tista’, ghar-rigward ta’ servizzi ta’
qabla biss, taghmilha tal-persuna responsabbli ghall-finijiet tar-
regolament 5. F’kull kaz f’kull hin li matulu tkun qeghda tinghata
kura lill-ommijiet fil-hlas, ghandha tkun prezenti qabla prattikanti.
(2) (a) Min ikun responsabbli ghandu jizgura li tinghata kura
medika generali u specjalistika adegwata u kif
tenhtieg.
(b) Ghandu jkun hemm arrangamenti adegwati biex
tinkiseb ghajnuna obstetrika, pedjatrika, anestetika u
ta’ kull ghamla ohra li tkun mehtiega f’sitwazzjoni ta’
emergenza.
(c) Jekk tkun ser tinghata anestesija epidurali lil omm fil-
hlas, din ghandha tinghata minn anestetista mharreg
f’din il-procedura. 
(3) (a) Jekk fi klinika jkun hemm provduti sodod ghal
ommijiet fil-hlas dawn ghandhom jigu indikati bhala
tali u ma ghandhomx, hlief jekk ikunu kmamar ta’
sodda wahda, jintuzaw sabiex jakkommodaw lil xi
pazjent iehor li ma jkunx omm fil-hlas. Ma ghandhomx
l-ommijiet fil-hlas joqoghdu fl-istess kmamar ma’
pazjenti li ma jkunux qeghdin f’dik il-klinika ghall-
kura obstetrika.
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 7
(b) Ebda pazjent b’mard tal-mohh, jew alkooliku, jew
wiehed li jabbuza mid-drogi ma ghandux jigi
akkommodat fit-taqsima riservata ghall-pazjenti li
jkunu ommijiet fil-hlas kemm-il darba dak il-pazjent
ma jkunx jehtieg kura li tinghata lill-ommijiet fil-hlas.
F’dak il-kaz il-pazjent ghandu jinghata
akkommodazzjoni separata.
(c) Ghandhom jigu provduti facilitajiet sanitarji u ta’
kamra tal-banju adegwati li jkunu riservati biss ghall-
uzu ta’ pazjenti li jkunu ommijiet fil-hlas. Ma’ dawn
jizdiedu grab rails u sistemi ta’ sejhan ghall-
infermiera, u meta jkun prattiku doxox u bidets.
(d) Ghandu jkun hemm post fejn jinzammu t-tfal jilaghbu
kif ukoll facilitajiet adegwati fejn jigu preparati kif
ikun mehtieg infant formula jew sostitut iehor ta’ halib
naturali.
(e) Ikun hemm kmamar b’sodda wahda ghal dawk il-
kazijiet ta’ ommijiet fil-hlas bi htigiet specjali.
(f) Il-kmamar fejn isir il-hlas ghandhom ikunu protetti
adegwatament kontra l-hsejjes minn barra.
(g) Provvisti ta’ emergenza ta’ l-elettriku ghandhom
jinghataw ukoll fil-kmamar fejn isir il-hlas, postijiet
fejn jinzammu t-tfal jilaghbu u fis-swali operatorji.
(4) (a) Ghandu jigi provdut taghmir ta’ risuxxitazjoni ghal
trabi tat-twelid.
(b) Filwaqt tal-hlas ghandu jkun hemm anesthetic u
suction machines. 
(c) Kull tarbija ghandu jkollha benniena ghaliha li tkun ta’
ghamla approvata, kif ukoll termometru u banju.
(d) Kull pazjent ghandu jkun provdut b’siggu komdu li
jkun tajjeb ghall-kura tieghu.
(5) Id-detentur ta’ licenza ghandu b’zieda mar-registraz-
zjonijiet imsemmija fir-regolament 11(1), izomm case record ghal
kull tarbija mwielda minn omm li tkun pazjenta fil-klinika, li jkun
jinkludi dawn il-partikolaritajiet li gejjin:
(a) dettalji dwar il-piz u l-kondizzjoni tat-tarbija meta
titwieled;
(b) dikjarazzjoni ta’ kuljum dwar is-sahha tat-tarbija;
(c) dettalji ta’ kull wiehed minn dawn l-ezamijiet
pedjatrici li gejjin, jekk dawn isiru -
(i) l-ezami ghall-abnormalitajet kongenitali;
(ii) il-qies tac-cirkumferenza ta’ ras it-tarbija;
(iii) il-qies tat-tul tat-tarbija;
(iv)  screening ghal phenylketonuria jew screening
iehor ghad-dizordnijiet kongenitali.
 (6) Dawn il-partikolaritajiet addizjonali li gejjin ghandhom
jitnizzlu wkoll fuq ir-registru tal-pazjenti li jinzammu fl-isptar
8 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
ghar-rigward ta’ ommijiet fil-hlas:
(a) il-jum u hin tal-hlas ta’ kull pazjent, l-ghadd ta’ trabi li
l-pazjenta tkun willdet, is-sess taghhom u jekk
twieldux hajjin jew mejtin;
(b) iz-zmien ta’ tqala kalkolat qabel il-hlas;
(c) isem il-persuna li tkun helset lill-omm, u l-kwalifiki
taghha;
(d) il-jum u l-hin ta’ korriment li jigri fil-klinika, kif ukoll
iz-zmien ta’ tqala qabel il-korriment;
(e) il-jum meta tarbija mwielda lill-omm rikoverata fil-
klinika tkun telqet mill-klinika; u
(f) jekk tarbija mwielda fil-klinika tmut, il-jum, il-hin u l-
kawza tal-mewt.
(7) Id-disposizzjonijiet tar-regolament 11(2), (3), (4) u (5)
ghandhom mutatis  mutandis japplikaw ghal case  records
imsemmija f’dan ir-regolament.
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament ghandhom
japplikaw ghal kull fond li jkollu licenza ta’ maternity home.
Registri, ircevuti, 
case records.
11. (1) Ghal kull pazjent rikoverat fil-klinika ghandhom ikunu
registrati dawn id-dettalji:
(a) dettalji li juru:
- l-isem, l-indirizz, id-data tat-twelid, u n-numru
tal-karta ta’ l-identita  u meta l-pazjent ma
jkollux karta ta’ l-identita , n-numru tal-
passaport flimkien mal-pajjiz mnejn ikun
inhareg, jekk dak il-pazjent ikollu passaport;
- l-isem, l-indirizz, in-numru tal-karta ta’ l-
identita  u n-numru telefoniku ta’ l-eqreb
familjari tieghu jew ta’ dik il-persuna li tkun
awtorizzata tagixxi f’isem il-pazjent;
- l-isem u l-indirizz tat-tabib kuranti tal-pazjent;
-  id-data meta u l-hin li matulu l-pazjent ikun
dahal u d-data meta jkun intbaghat jew gie
trasferit fi klinika jew lok iehor;
- jekk il-pazjent ikun miet fil-klinika, id-data, hin
u kawza tal-mewt; 
- fil-kaz ta’ tifel jew tifla, l-isem u l-indirizz ta’ l-
iskola fejn imorru jew kienu jmorru qabel ma
ddahhlu fil-klinika;
(b) registru separat li fih jinkitbu l-operazzjonijiet
kirurgici kollha li jsiru fil-klinika. Dan ir-registru
ghandu jinkludi dwar kull operazzjoni, id-data u l-hin
ta’ dik l-operazzjoni, l-isem tal-pazjent, in-numru tal-
karta ta’ l-identita  jew tal-passaport skond kif hemm
provdut fil-paragrafu (a) tal-case history mizmuma fil-
klinika, l-isem tat-tabib jew dentist li jkun ghamel l-
operazzjoni, l-isem ta’ kull tabib jew dentist iehor li
jkunu assistewh, kif ukoll l-isem ta’ l-anestetista f’dik
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 9
l-operazzjoni;
(c) case record separat ghal kull pazjent li jkun fih
dikjarazzjoni aggornata adegwata dwar is-sahha u l-
istat tal-pazjent kif ukoll nota dwar kull
investigazzjoni u dettalji ta’ operazzjonijiet kirurgici li
jsiru u l-kura moghtija, inkluza record  sheet ta’ l-
anestesija moghtija;
(d) dokumentazzjoni dwar kull membru tal-persunal fil-
klinika, liema dokumentazzjoni ghandha tinkludi l-
isem, id-data tat-twelid, in-numru tal-karta ta’ l-
identita , grad u dati ta’ impieg fil-klinika, u dwar
persunal li jkunu infermiera, d-dettalji dwar il-
kwalifiki taghhom. Dawk id-dokumenti ghandhom
kemm jista’ jkun b’mod ragonevoli u prattiku jinkludu
l-hinijiet meta kull infermier jew infermiera kif ukoll
il-persuna jew il-persuni responsabbli kienu qed
jahdmu fl-isptar;
(e) dokumentazzjoni dwar dan li gej: 
- kull procedura f’kaz ta’ hruq;
- kull prova ta’ fire alarms; bir-rizultati u
x’provvedimenti ttiehdu;
- x’manutenzjoni ssir fuq taghmir mediku,
kirurgiku u ta’ l-infermiera fil-klinika;
(f) kull dokumentazzjoni ohra li l-Ministru jista’, minn
zmien ghal zmien, jehtieg li tinzamm.
(2) Kull dokumentazzjoni msemmija fis-subregolament (1) li
ma tkunx case record ta’ pazjent ghandha tinzamm ghal perijodu
ta’ mhux inqas minn sentejn wara l-ahhar kitba fl-istess registru, u
tkun accessibbli biex tigi spezzjonata minn ufficjal awtorizzat jew
minn dik l-awtorita  li jista’ jkollha dik is-setgha skond il-ligi.
(3) Case records ta’ pazjenti ghandhom jinzammu u ma
jitnehhewx hlief bl-approvazzjoni tal-Ministru.
(4) Il-persuna responsabbli mill-klinika ghandha tizgura li
tinzamm u tigi preservata kull dokumentazzjoni u li, bla hsara
ghad-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti u ta’ kull ligi ohra li
tirrigwarda l-konfidenzjalita  ta’ records, tillimita l-komunikazzjoni
dwar dak li jkun fihom biss ghall-persuni li ghandhom jkollhom
dak it-taghrif.
(5) Kull dokumentazzjoni ghandha tinkiteb b’mod li tinqara
sew, b’mod shih u f’ordni xieraq. Kull tibdil, korrezzjoni jew
thassir ghandu jigi inizjalat minn min ikun qieghed jaghmlu.
(6) Minkejja d-disposizzjonijiet tas-sub-regolamenti li jigu
qabel dan, computer records jistghu jigu accettati taht dawk il-
kondizzjonijiet li l-Ministru jista’ jimponi fic-certifikat tal-licenza,
sakemm tibqa’ ssir ta’ kuljum registrazzjoni stampata ta’ dak li
jkun sar matul dik il-gurnata u dik ir-registrazzjoni tinzamm
f’ordni kronologiku:
Izda din l-alternattiva ma ghandhiex tiftiehem, f’kaz li l-
Ministru jordna li kopja tar-registrazzjonijiet ghandha tintbaghat
10 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
regolarment lill-Ministru u/jew lid-dipartiment, li xi irregolarita  li
tkun twettqet fil-klinika tkun qeghda tigi accettata bil-pretest li l-
Ministru u/jew id-dipartiment kienet waslitilhom l-informazzjoni
b’mod regolari.
Hidma minn 
persunal tal-gvern.
12. (1) Ebda tabib, kirurgu-dentist, infermier, qabla, spizjar,
pharmacy technician jew persuna li ghaliha tapplika t-Taqsima V
ta’ l-Att, u li tkun ukoll impjegata mal-gvern, ma tistax, f’dak il-
hin li matulu jkun ikkuntrattat li tipprovdi s-servizz taghha lill-
gvern, tahdem f’xi klinika medika kemm-il darba ma jkollhiex
permess ghall-assenza. Kull kontravvenzjoni ta’ din id-
disposizzjoni minn xi tabib,  kirurgu-dentist, infermier, qabla,
spizjar, pharmacy technician jew persuna ohra ghandha titqies
bhala reat. Id-detentur ta’ licenza ta’ dik il-klinika ghandu b’kull
mod ragonevoli, jizgura li persuni imsemmija jikkonformaw
ruhhom ma’ din id-disposizzjoni.
(2) Id-detentur tal-licenza ghandu jehtieg li kull persuna li
ghaliha tirreferi t-Taqsima V ta’ l-Att, ghandha tirregistra l-
attendenza taghha fil-klinika medika, billi tindika d-data u l-hin u
jekk tkunx diehla gewwa jew hierga barra mill-klinika, minnufih
malli tidhol gewwa u minnufih qabel ma tohrog mill-klinika, u dan
f’registru apposta. Id-detentur tal-licenza ghandu jwassal il-
kontenut ta’ dak ir-registru ghand il-Ministeru jew id-dipartiment
b’dak il-mod li l-Ministru jistabbilixxi. Id-disposizzjonijiet tar-
regolament 11(6) ghandhom ikunu wkoll japplikaw ghar-registru
msemmi f’din id-disposizzjoni.
(3) Id-detentur ta’ licenza jew persuna responsabbli ghall-
klinika li jhalli fil-klinika xi wahda mill-persuni msemmija fis-
subregolament (1) jikkommetti reat kemm-il darba l-
kondizzjonijiet tas-subregolament li jigi minnufih qabel dan ma
jkunux osservati.
(4) Meta, hlief fil-kaz ta’ emergenza, detentur ta’ licenza jew
persuna responsabbli mill-klinika xjentement jikser xi
disposizzjoni ta’ xi provvediment ta’ qabel ta’ dan ir-regolament,
dik il-klinika ghandha titqies li kienet qeghda tithaddem minghajr
licenza.
Ispezzjonijiet. 13. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan ir-
regolament, kull persuna awtorizzata li tipproduci jekk hekk
mitluba, dokument awtentiku illi juri li hi awtorizzata, tista’ tidhol
u tispezzjona kull post li hu wzat, jew li ghandha raguni tahseb li
qed jintuza, bhala klinika u tista’ tehtieg il-produzzjoni ta’, u tista’
tispezzjona, kull registru jew notament li jinzammu skond dawn ir-
regolamenti.
(2) Kull persuna awtorizzata tista’ tehtieg lid-detentur ta’
licenza jew lir-rapprezentant tieghu li jaghti taghrif dwar il-klinika
relattivament ghal xi hwejjeg imsemmija fl-Ewwel Skeda u dik l-
informazzjoni ohra li b’mod ragonevoli ikun mehtieg ghall-finijiet
ta’ l-ispezzjoni:
Izda ebda haga f’dan ir-regolament ma ghandha titqies li
tawtorizza lil xi persuna li ma tkunx tabib li tispezzjona xi
notament kliniku dwar pazjent fil-klinika.
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 11
(3) Id-detentur ta’ licenza ghandu jhalli lil kull persuna
awtorizzata tintervista fil-privat lil kull persuna fil-klinika.
(4) Il-klinika tkun miftuha ghall-ispezzjon minn kull persuna
awtorizzata bil-hsieb li tigi zgurata l-osservanza ghal kollox tad-
disposizzjonijiet ta’ dawn ir-regolamenti.
(5) Kull klinika li jkollha licenza skond dawn ir-regolamenti
ghandha tigi spezzjonata mill-inqas darbtejn f’kull perijodu ta’
tnax-il xahar. L-ufficjal jew ufficjali li jkunu qeghdin jispezzjonaw
ghandhom jezaminaw b’mod sistematiku il-facilitajiet u s-servizzi
bil-ghan li jassiguraw konformita  ma’ dawn ir-regolamenti u mal-
kondizzjonijiet tal-licenza, u ghandhom jaghmlu rapport lill-
Ministru dwar ir-rizultati ta’ l-ispezzjon.
Ismijiet ta’ membri 
tal-persunal.
14. Il-Ministru ghandu jkun informat bl-ismijiet, indirizzi u
kwalifiki ta’ kull membru tal-persunal li jkun impjegat fid-data tal-
hrug, tigdid jew trasferiment ta’ licenza u ta’ kull tibdil fil-persunal
li jsir wara.
Avviz ta’ mewt.
isptar, id-detentur ta’ licenza ghandu javza b’dan lis-Suprintendent
minnufih u ghandu jghaddilu rapport bil-miktub f’kull kaz mhux
aktar tard minn erbgha u ghoxrin siegha wara il-mewt. Dak l-avviz
ghandu jinkludi l-partikolaritajiet kollha tal-pazjent, ic-cirkostanzi
u l-kawza jew kawza suspetta tal-mewt, u kull taghrif iehor li jista’
jkun rilevanti.
Ricevuta ghal 
servizzi fi sptar.
16. Ghal kull servizz li jsir bi hlas fil-klinika, ghandha tinhareg
ricevuta ufficjali dettaljata lill-persuna li jkun inghatalha dak is-
servizz. Id-detentur ta’ licenza ghandu iktar minn hekk jizgura li
jkun qieghed jinzamm registru tal-kontijiet finanzjarji tal-klinika.
Riserva. 
tezenta lill-persuna li tapplika jew lid-detentur ta’ licenza minn kull
htiega tal-ligi dwar kull licenza ohra li tista’ tinhtieg dwar kull
facilita  jew servizz provvdut fil-klinika.
12 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 4(2))
Hwejjeg li dwarhom Awtorita  tas-Sahha tista’ tehtieg informazzjoni minghand 
l-applikant ghal licenza
1. L-isem shih u l-indirizz, u l-kwalifiki professjonali u teknici ta’ l-applikant.
2. Meta l-applikazzjoni ssir minn kumpanija, socjeta , assocjazzjoni jew korp,
l-indirizz ta’ l-ufficcju registrat taghha jew tal-post tan-negozju principali u l-
ismijiet u l-indirizzi u l-kwalifiki teknici kollha tad-diretturi jew tas-socji.
3. L-indirizz ta’ xi klinika ohra li fiha l-applikant ghandu jew kellu interess ta’
negozju fiha u x-xorta ta’ l-interess tieghu u safejn dan jasal.
4. Il-lokal tal-klinika u l-forma u l-pjanta tal-bini taghha.
5. L-akkomodazzjoni li jkollha, u t-taghmir u l-facilitajiet provduti jew li
jkunu se jigu provvduti fil-klinika.
6. Id-data li fiha l-klinika giet stabbilita jew li fiha ghandha tigi stabbilita.
 7. Jekk ikunx qed jitmexxa jew ikunx se jitmexxa xi xoghol iehor fl-istess post
tal-klinika.
8. Ix-xorta ta’ servizzi klinici li jkunu se jigu provvduti inkuza lista ta’
operazzjonijiet proposti li jsiru.
9. In-numru ta’ pazjenti li ghalihom l-klinika jkun hemm il-hsieb li tintuza u
ssir distinzjoni bejn kategoriji differenti tal-pazjenti u tinghata indikazzjoni ta’ l-
etajiet differenti ta’ pazjenti f’kull kategorija.
10. L-ismijiet shah, l-etajiet, il-kwalifiki u l-esperjenza tal-persuni mpjegati jew
li jkunu se jigu mpjegati biex titmexxa l-klinika.
11. L-arrangamenti ghat-tmexxija u kontroll tal-klinika.
12. L-ismijiet shah u l-kwalifiki ta’ kull tabib impjegat.
13. L-ismijiet shah u l-kwalifiki u l-gradi tal-persunal ta’ l-infermieri u tal-
persunal iehor, professjonali, tekniku, amministrattiv u ancillari (barra mill-persunal
inkluz fil-paragrafu 12 ta’ hawn fuq) impjegati jew li jkunu se jigu mpjegati fil-
klinika.
14. Id-dettalji ta’ l-arrangamenti maghmula jew li jkunu se jsiru dwar il-
provvdiment ta’ facilitajiet u servizzi.
15. L-arrangamenti maghmula ghall-provvista ta’ demm jew prodotti tad-demm.
16. L-arrangamenti maghmula ghall-provvista ta’ servizzi ta’ patologija u
radjologija.
17. L-arrangamenti maghmulin ghall-assigurazjoni tal-pazjenti, tal-persunal u
tat-terzi kontra l-incidenti u okkorrenzi koroh ohrajn.
18. Jekk huwiex mahsub li l-klinika topera biss bhala klinika ghar-rikoveru
matul il-gurnata (jigifieri li ma jinzammux pazjenti fiha matul il-lejl) jew bhala
klinika li fiha jinzammu pazjenti matul il-lejl.
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 13
L-operazzjonijiet li gejjin jistghu isiru fi klinika, kif imsemmi fir-regolament 9(9),
sakemm il-facilitajiet u r-rizorsi, kif ukoll il-kondizzjoni jew stat mediku tal-pazjent
ikunu tali li jippermettu li dawk l-operazzjorojiet isiru taht prattika medika,
kururgika u anestetika tajba li tkun skond in-normi stabbiliti minn kulleggi
akkademici internazzjonali ta’ kirurgi u anestesjologisti rikonoxxuti mis-
Suprintendent.
Meta fi klinika ssir operazzjoni li warajha l-pazjent jintbghat id-dar fl-istess jum,
din tkun generalment tehtieg livell ta’ kapacita  oghla, u din ghandha ghalhekk issir
biss, jew tigi sorveljata, minn kirurgi b’esperjenza. Dawk l-operazzjonijiet
ghandhom ikunu proceduri kirurgici puliti u elettivi u ghandhom normalment
jehtiegu anestesija generali ghal zmien relattivament qasir bla ma jkollhom ir-riskju
ta’ komplikazzjonijiet li jinqalghu wara l-operazzjoni normalment tehtieg li l-pazjent
jibqa’ fil-klinika matul il-lejl u l-pazjent ikun mistenni li jirkupra bizzejjed li jista’
jerga’ lura f’daru sa kmieni filghaxija. B’mod partikolari ghandu jigi assigurat li
tkun sehhet emostasija u meta l-operazzjoni tkun tehtieg li jsir drainage, din tista’
mhux dejjem tkun possibli fil-kazi fejn il-pazjent ikun dahal ghall-kura ta’ matul dik
il-gurnata biss. Jitqies li l-facilitajiet ghandhom ikunu bhal dawk mehtiega ghall-
kirurgija ta’ in-patients bil-ward area li tkun magemb il-kumpless tas-sala operatorja
(inkluza l-kamra anestetika u l-kamra ta’ rkupru ta’ dipendenza ta’ l-oghla livell) u
minghajr pregudizzju ghall-generalita  ta’ din il-htiega ghandu jkollhom dawl
adegwat, taghmir baziku, gassijiet li jitwassal bil-pajpijiet kif ukoll sistema biex
jitnehhew (scavenging) gassijiet. It-taghmir baziku jinkludi makna anestetika u
apparat ta’ monitoragg, mejda operatorja, makna ta’ djatermija, dressing trolleys,
facilitajiet ta’ tindif kif ukoll taghmir iehor mehtieg skond il-prattika tajba ta’
kirurgika u anestetika ghal operazzjonijiet specifici.
Sew l-anzjani sew it-tfal zghar huma normalment eskluzi u l-arrangamenti li jsiru
ghall-kura wara l-operazzjoni barra l-klinika ghandhom ikunu sodisfacenti. B’mod
partikolari l-pazjent ghandu jkun akkompanjat minn persuna adulta u ghandu jigi
assigurat li jkollu apparat telefoniku fil-vicin tieghu ghal kull emergenza wara li
johrog mill-klinika. Il-pazjent ghandu jinghata l-informazzjoni adatta dwar dak li
ghandu jaghmel wara li johrog mill-klinika u ghandu jitwassal id-dar.
Jekk il-pazjent jitqies li ghadu mhux tajjeb biex mill-klinika jintbaghat id-dar fl-
istess jum sew minhabba ragunijiet anestetici jew kirurgici l-persuna responsabbli
mill-klinika ghandha taghmel dawk l-arrangamenti mehtiega sabiex il-pazjent
jiddahhal bhala in-patient fi klinika fejn ikun permess lil-pazjent joqghod hemm
matul il-lejl.
F’kull kaz huwa obbligatorju li kirurgu u anestetista li jkollhom xi problema ta’ xi
pazjent partikolari u specjalment meta l-facilitajiet ma jkunux dawk ideali, iwettqu
b’mod prudenti id-dixxerniment kliniku taghhom.
A. Operazzjonijiet Kirurgici Pedjatrici
(i) Generali
Ezami taht anestesija
Aggustament ta’ l-ernja ingwjnali/ombilikali/ femorali/epigastrika 
Varicocele
Irbit ta’ hydrocele komunikanti
IT-TIENI SKEDA Emendata:A.L. 183 ta’ l-2003.
g Regolament 9(9)h
Taqsima I
14 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
Orchidopexy (unilaterali jew bilaterali), eskluzi operazzjonijiet fi
stadju sussegwenti jew kazijiet serji ta’ non-palpable testis
Laparoskopija 
Cirkoncizzjoni, meatotomija 
Hypospadias minuri 
Cistoskopija
Qasma ta’ rabta fl-ilsien
Proktoskopija, sigmoidoskopija, anal stretch, ezami taht anestesija 
Incizjoni ta’ lezjonijiet tal-gilda lokali, inkluza biopsija
Lymph node biopsy
Branchial sinus, thyroglossal cyst 
Tiswija ta’ widnejn prominenti
Incizjoni ta’ orekkjetti u swaba accessorji
Korrezzjoni ta’ syndactyly
Revizjoni minuri wara kirurgija li ssir fuq cleft lip u l-palat 
Biopsy/incizjoni/distruzzjoni ta’ lezjonijiet, jew meta titnehha l-
mukoza eccessiva, fil-halq
Meta jitnehhew il-kalkoli mill-kanali salivari
(ii) Ortopedici
Artroskopija 
Manipolazzjoni, riduzzjoni koperta ta’ fratturi/dislokazzjonijiet 
Tibdil tal-gibs
Rilaxx ta’ trigger finger 
Incizjoni ta’ ganglion
(iii)  Dentali
Estrazzjonijiet/konservazzjoni 
Snien iktar milli ghandu jkun hemm jew issikati
Biopsija ta’ lezjonijiet orali, inkluza incizjoni
Frenektomija ta’ l-ilsien jew tax-xoftejn 
Tnehhija ta’ fixators
Enuklejazzjoni ta’ ciste semplici
(iv)  Widnejn, Imnieher u Gerzuma
Ezami taht anestesija u biex jitnehha materjal estranju mill-widna,
mill-imnieher u mill-gerzuma
Myringotomy u inserzjoni/tnehhija ta’ tubu timpanostomiku 
Elettro-kokleografija
Riduzzjoni ta’ imnieher miksur
Electro-cautery ghal tnixxija ta’ demm mill-imnieher
Diatermija submukosa
Polipektomija semplici ta’ l-imnieher 
Antral puncture and washout
(v)  Oftalmici
Korrezzjoni ta’ ghajnejn werca
Tests elettro-dijanjostici
Ezami taht anestesija ghall-kondizzjonijiet oftalmici
A. Kirurgija Adulta
(i)  Generali
Incizjoni ta’ lezjonijiet tal-gilda u tat-tessuti subkutaneji, inkluza
ulcera rodenti
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 15
Cautery/cryotherapy tal-gilda
Tnehhija ta’ materjal estraneju f’tessuti iktar profondi
Dermabrasion
Sutura tal-gilda
Inserzjoni/tnehhija ta’ skin expander f’tessuti
Aggustament ta’ ernja semplici inkwinali, femorali, ombilikali jew
epigastrika
Fetqa anali, anal stretch, sfinkterotomija 
Incizjoni ta’ fistla anali
Meta jitnehhew felul anali 
Aggustament ta’ gerha anali
Polipektomija fir-rectum 
Emorrojdektomija 
Laparaskopija dijanjostika 
Biopsija tal-fwied bil-labra 
Esofagoskopija u dilatazjoni
Bijopsija tal-mammella, lymph node, gilda, lezjonijiet fil-halq 
Tnehhija ta’ calculus salivarju
Irbit, tnehhija/operazzjonijiet ohra ghall-vini minfuha
Incizjoni ta’ cista tiroglossali
Incizjoni ta’ sinus brankjali
Incizjoni u drainage ta’ tumur, drainage ta’ ematoma
Mikrodokotomija
(ii) Ortopedici
Nota: Ghandhom ikunu disponibbli facilitajiet ghall-intensifikazzjoni
ta’ l-immagini u ghall-applikazzjoni ta’ forom tal-gibs meta dawn
ikunu mehtiega.
Proceduri artroskopici, inkluzi biopsija u operazzjoni fuq kartilagni
artikolari
Manipolazzjoni ta’ ghekiesi, closed reduction ta’ fratturi/
dislokazzjonijiet semplici
Tnehhija ta’ pins, pjanci jew viti, external fixator
Incizjoni ta’ ganglia, cisti sinovjali u sinovjomata beninji 
Dikompressjoni tal-carpal tunnel
Dikompressjoni tan-nerv periferali 
De Quemain’s release
Tnehhija ta’ neroma ez. fuq l-id 
Korrezzjoni ta’ deformita  minuri ta’ l-id/sieq
Amputazzjoni minuri tas-swaba ta’ l-id u tas-sieq
Operazzjoni fuq dwiefer tas-saqajn li jikbru fil-laham
Tenotomija subkutaneja
Traspozizzjoni tat-tendini
Tiswija primarja tan-nerv periferali 
Stiloidektomija tal-ulna
Incizjoni ta’ eksostoses
Fuzjoni interfalangeali tas-swaba tas-saqajn
Hallus/valgus u osteotomija ta’ metatarsali 
Rilaxx ta’ trigger finger
Incizjoni semplici ta’ palmar fascia f’Dupuytrens’ contracture 
Meta jitnehha materjal estranju
Scar revision
Biopsija, incizjoni ta’ lezjoni zghira, tiswija minuri, ta’ muskolu
16 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
(iii) Sistema Urinarja
Nota: Pazjenti li ma jkollhomx catheter ma ghandhomx jintbaghtu d-
dar qabel ma jkunu ghaddew l-urina.
Biopsija perkutanea nefrostomika fine needle tal-kilwa 
Operazzjonijiet nefroskopici fuq l-uretra
Meta jitnehhew kalkoli mill-uretra permezz ta’ ureteroskopija
Ezami/inserzjoni/tnehhija endoskopika ta’ protesi, uretra
Pijelografija retrograda endoskopika
Operazzjonijiet fuq l-orifice ureteriku
Distruzzjoni endoskopika ta’ lezjoni tal-buzzieqa ta’ l-urina 
Distensjoni idrostatika endoskopika tal-buzzieqa ta’ l-urina 
Estrazzjoni endoskopika tal-kalkoli jew materjal estranju mill-
buzzieqa ta’ l-urina
Dilatazzjoni endoskopika ta’, jew operazzjonijiet fuq, il-fetha tal-
buzzieqa ta’ l-urina tal-mara
Korrezzjoni ta’ epispadias 
Operazzjonijiet endoskopici fuq l-urethra
Ezami endoskopiku ta’ l-uretra/meta jitnehha materjal estranju 
Dilatazzjoni ta’ l-uretra
Biopsija endoskopika tal-prostata
(iv) Sistema genitali
Meatotomija esterna tal-fetha ta’ l-uretra
Orkidektomija u incizjoni tal-passagg spermatiku
Orkidopeksija
Korrezzjoni ta’ hydrocele
Incizjoni ta’ ciste epididimali, lezjoni skrotali
Biopsija tat-teste
Operazzjonijiet fuq varicocoele 
Divizjoni ta’ preputial adhesions 
Cirkoncizzjoni
Vasektomija
(v) Operazzjonijiet Oftalmici
Kirurgija tal-kataratta 
Kirurgija ta’ trapjant tal-kornea
Proceduri fuq it-tebqa ta’ l-ghajn jew tarsal plate
Operazjonijiet fuq l-apparat lakrimali 
Korrezzjoni ta’ ghajnejn werca
Kirurgija ghal rifrazzjoni 
Kirurgija bil-laser 
Keratoplastija
Iridektomija
(vi) Widnejn, Imnieher u Gerzuma
Endoskopija tal-kavita  nasali, sinuzi, faringi, larynx, inkluza biopsija
Meta jitnehha materjal estranju mill-imnieher jew mill-kanal tal-widna 
Meta jitnehha ic-cerume fil-widna
Incizjoni ta’ lezjoni tal-widna esterna
Myringotomy/inserzjoni/meta jitnehha t-tubu timpanostomiku 
Meta jitnehha l-polipu nasali semplici
Riduzzjoni ta’ frattura nasali jew tal-molar bone
Electro-cautery tas-septum nasali
Dijatermija submukosa tat-turbinati inferjuri 
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 17
Antral puncture and washout
Tnehhija ta’ polyp vokali
Laringoskopija, faringoskopija u esofagoskopija dijanjostika
(vii) Proceduri endiskopici/aparoskopici tar-regjun gastro intestinali
Duodenoskopija esofagoskopika/esofagostrika, inkluza biopsija/
elevazzjoni/laser jew distruzzjoni bil-laser jew b’djatermija ta’ lezjoni 
Endoskopija u meta jitnehha materjal estranju/inserzjoni ta’ prostesi/
dilatazzjoni/kanalizzazzjoni mill-gdid ta’ massa ta’ tumur 
Sigmojdoskopija inkluza biopsija/elevazzjoni/distruzzjoni ta’ lezjoni 
Kolonoskopija fibrottika inkluza incizjoni/biopsija/distruzzjoni tal-
lezjoni 
Kolangjopankruatografija endoskopika retrograda
(viii) Kirurgija Plastika
Incizjoni ta’ lezjoni tal-gilda: gheluq dirett, split skin jew full
thickness graft, flaps lokali (minbarra grafts fl-arti inferjuri)
Scar revision u soft tissue contouring 
Separazzjoni u inset ta’ certi flaps
Debulking u revizjoni ta’ expanders tat-tessuti
Operazzjonijiet ghall-iperidrozi axellarja 
Kirurgija bil-laser u krjokirurgija
Incizjoni ta’ tattoo 
Blefaroplastija 
Rinoplastija 
Mastopeksia 
Liposuction limitata
(ix) Operazzjonijiet Ginekologici
Nota: Pazjenti li ma jkollhomx catheter ma ghandhomx jintbaghtu d-
dar qabel ma jkunu ghaddew l-urina.
Ezami taht anestesija u curettage dijanjostiku
Kolposkopija, cistoskopija, isteroskopija/laparaskopija dijanjostika,
inkluza biopsija u kururgija laparoskopika minuri
Biopsija/cautery tas-cervix, meta jitnehha l-polipu tas-cervix 
Impjantar ormonali
Incizjoni ta’ felul fil-vulva u proceduri minuri ohra fil-vulva u fil-
vagina 
Marsupialisation ta’ cista ta’ Bartholin
Ablazzjoni endometrika bil-laser jew bir-resektoskopju 
Risezzjonament isteroskopiku ta’ septum tal-utru
Mjomektomija isteroskopika
Trattament bil-laser ta’ lezjonijiet tas-cervix u tal-vulva 
Tubal ligation
Bjopsija ta’ l-ovarju jew tal-peritoneum
Koagulazzjoni ta’ endometrjosi hafifa 
Aspirazzjoni ta’ cisti ovarji zghar 
Lysis ta’ adezjonijiet hfief jew moderati
Koagulazzjoni ta’ endometrjosi moderata
Esplorazzjoni ta’ cisti ovarji zghar 
Ventrosospensjoni ta’ l-utru 
Salpingektomija
Salpingektomija ghat-tqala ektopika
(x) Kirurgija tal-halq, tax-xedaq u tal-wicc 
18 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
Incizjoni ta’ impacted teeth u gheruq mghaddsin li ma jkunux
komplikati 
Espozizzjoni ta’ snien li ma hargux, ghal kura ortodontika
Biopsija ta’ cisti zghar tax-xedaq 
Divizjoni ta’ pedikoli
Meta jitnehhew bone plates u wires diretti 
Kirurgija minuri fuq tessuti rotob 
EUA ghal malinjita  suspetta 
Cryoblockade ta’ nervi periferali
Kirurgija bil-laser u cryosurgery ta’ lezjonijiet zghar
Riduzzjoni ta’ fratturi molari u tal-imnieher
Artroskopija temporomandibulari
Duktoplastija salivarja u meta jitnehhew il-kalkoli
(xi) Ohrajn
Bronkoskopija, inkluza biopsija u/jew meta jitnehha materjal estranju
Esofagoskopija u dilatazzjoni
Meta jitnehha pectus bar 
Medjastinoskopija 
Chest drainage
(xii) Radjologija intervertiva
CT Scan bl-uzu tal-kuntrast 
Isotope scanning
Arterjografia bl-uzu ta’ catheters zghar ta’ l-arterji
(xiii) Biex jitnehha l-ugiegh
Injezzjoni epidurali - cerikali, lumbari jew toraci
Lezjoni tan-nerv periferali - injezzjoni, radiofrekwenza, cryoprobe jew
uzu ta’ phenol.
Taqsima II
 L-operazzjonijiet li gejjin jistghu isiru fi klinika fejn il-pazjenti jinzammu matul
il-lejl sakemm f’dik il-klinika jkun hemm il-facilitajiet imsemmija fir-regolament
9(9)(b):
1. L-operazzjonijiet kollha li jinsabu fit-Taqsima I ta’ din l-Iskeda
2. Kull intervent kirurgiku iehor li ma jkunx -
Kirurgija neonatali 
Operazzjonijiet fir-ras 
Kirurgija magguri tal-laringi
Kirurgija ghal kyphosis u skoljosi 
Kirurgija tal-qalb
Kirurgija ta’ l-aorta
Resection esofageali transtoracika u kirurgija toracika ohra li ma jkunux
lobektomija u drainage semplici tas-sider
Kirurgija ghal ipertensjoni portali
Trapjant ta’ organi irrispettivament minn jekk l-organu jittehidx minn
kadavru jew minn donatur haj
Kull operazzjoni jew procedura ohra, inkluza kull operazzjoni msemmija fit-
Taqsimiet I u II ta’ din l-Iskeda meta jkun hemm probabbilta  li l-pazjent jenhtieg
kura intensiva wara l-kirurgija jew meta jkun anticipat telf kbir ta’ kwantitajiet ta’
LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI g L.S.458.23 19
demm, jekk ma jkunx hemm disponibbli facilitajiet ghall-kura intensiva ghas-
sodisfazzjon tas-Suprintendent;
kemm-il darba dawk l-operazzjonijiet ma jkunux gew specifika-ment approvati mill-
Ministru u titnizzel nota li tkun tghid dan fil-licenza.
(1) Il-facilitajiet ghandhom jinkludu: 
(a) zewg sodod operatorji;
(b) kamra anestetika separata ghal kull kamra operatorja;
(c) kamra jew zona fejn wiehed jista’ jirpilja;
(d) kamra ghat-tindif;
(e) kamra ghall-isterilizzazzjoni, inkluzi facilitajiet ghal taghmir ta’
sterilizzazzjoni li ma jistax ikun autoclaved;
(f) kamra jew zona ghal kull impjant li tista’, jew ma tistax, tkun integrata mal-
bqija tas-sala operatorja;
(g) spazju ghall-hazna;
(h) kamra ghall-mistrieh/fejn ikun hemm ikel u xorb; 
(i) toilets, sinkijiet u dococ;
(j) barrier zone;
(k) ufficcju ta’ kontroll tal-kamra operatorja; 
(l) facilitajiet ghal radjografija intra-operativa maghdud l-izvilupp fl-istess lok
ta’ X-Ray films.
(2) L-area tal-paviment tal-kmamar operatorji ma ghandhiex tkun ta’ inqas minn
37 metru kwadru, u l-area tal-kmamar anestetici ma ghandhiex tkun ta’ inqas minn
16.5 metru kwadru.
(3) Is-soqfa, pavimenti u trufien tal-hitan imqeghda tas-sala operatorja
ghandhom ikunu lixxi, impermejabbli u bla ghekiesi. Il-paviment tas-sala operatorja
ghandu jkun miksi bl-istess mod u jkollu proprjetajiet antistatici xierqa. It-trufien
kollha ghandhom ikunu jifilhu ghal tindif ta’ kuljum bl-ilma u bid-disinfettanti.
(4) (i) It-taqsima operatorja ghandha tkun ventilata b’mod mekkaniku
b’sistema sodisfacenti li tkun tista’ tipprovdi u zzomm:
(a) temperaturi (li jistghu jigu aggustati) f’medda ta’ bejn 15ºC u
25ºC ;
(b) umdita  relattiva ta’ l-atmosfera fil-medda ta’ bejn 40% u 60%.
Huma ammessi biss steam injection type humidifiers;
(c) arja nadifa sufficjenti sabiex jinzammu t-temperatura u l-umdita
mehtiega, tahlit ta’ tingis minn bakterja fl-arja u kontroll ta’
caqlieq fl-arja bejn zoni ndaf u inqas indaf.
(ii) Ghall-finijiet tad-disposizzjonijiet ta’ qabel, "sistema sodisfacenti"
tfisser sistema accettabbli minn standards internazzjonali rikonoxxuti
mis-Suprintendent.
IT-TIELET SKEDA Emendata:A.L. 200 ta’ l-1996.
g Regolament 9(9)h
Facilitajiet fis-Sala Operatorja
20 L.S.458.23 h LICENZJI GHAL KLINICI MEDICI PRIVATI
(iii) Ghandha tigi nkluza sistema approvata biex jitnehha kull gass
anestetiku wzat skond l-ispecifikazzjonijiet BS 6834: 1987 Active
Anesthetic Gas Scavenging Systems jew specifikazzjonijiet
ekwivalenti.
(5) (i) Is-sala operatorja ghandu jkollha dawl ta’ ghamla tajba ghall-klinika li
jkun jista’ jaghti mhux inqas minn 400 lux (eskluz kull dawl mil-lampa
operatorja). Iz-zoni ta’ preparazzjoni, tindif u irpiljar ikollhom dawl ta’
mhux inqas minn 250 lux filwaqt li z-zoni ta’ l-anestesija ghandu
jkollhom dawl ta’ mhux inqas minn 300 lux. Il-partijiet l-ohra tat-
taqsima ghandu jkollhom dawl ta’ mhux inqas minn 200 lux.
(ii) Ghandu jigi provdut kull luminazzjoni u qawwa elettrika mehtiega fit-
taqsima operatorja. Il-kurrent mehtieg ghaldaqstant ghandu jkollu
provenjenza minn standby power source awtomatika li tkun tiflah il-
kurrent kollu fi zmien mhux iktar tard minn 10 sekondi wara l-qtugh.
(iii) Ghandu jkun hemm ukoll luminazzjoni ta’ emergenza li gejja minn D.C.
source ghall-partijiet l-iktar importanti tat-taqsima fejn tinsab is-sala
operatorja. Ghandu jigi zgurat li jkun hemm provvista no break ghal-
lampi fis-sala operatorja.
(6) F’dawk il-klinici fejn isiru operazzjonijiet kirurgici jew fejn jiddahhlu
pazjenti medikament morda sewwa jehtieg li jkun hemm monitor kardijaku, pulse
oximeter, defibrillatur, resuscitation trolley mghammar sew u ossigenu u suctions
f’kull zona fejn jistghu jinzammu pazjenti morda hafna. Tista’ tenhtieg li tinzamm
iktar minn bicca wahda ta’ taghmir fi sptarijiet fejn ikun qieghed jigi kurat numru
kbir ta’ pazjenti.
(7) Ghandu jkun hemm 24 siegha kull jum, persunal kwalifikat u mharreg sew li
jkun jista’ jagixxi u jopera t-taghmir ta’ emergenza kardijaku, jekk ikun mehtieg.
