FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN g L.S.458.24 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 458.24
REGOLAMENTI DWAR FORMULI TA’ 
PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN
17 ta’ Frar, 1996
L-AVVIZ LEGALI 19 ta’ l-1996.
Titolu u skop.
Formuli ta’ Preskrizzjoni ghal Medicinali b’Xejn.
Kap. 458.
(2) Dawn ir-Regolamenti ghandhom japplikaw ghal kull
formula wzata fil-preskrizzjoni ta’ kull medicinali li tigi provduta
b’xejn kif imsemmi fl-Att dwar il-Medicini.
Formuli.
Kap. 101.
L.S. 31.18.
Kap. 318.
2. (1) Il-formula li ghandha tintuza minn tabib meta jkun qed
jippreskrivi medicinali, li ma jkunux medicinali li jigu taht l-
Ordinanza dwar il-Medicinali Perikoluzi jew taht ir-Regolamenti
dwar il-Kontroll tal-Medicini, lill-pazjent li ghandu l-jedd li
jinghata ghajnuna medika taht l-Att dwar is-Sigurta  Socjali, meta
dak il-pazjent ikun jehtieg dik il-medikazzjoni ghal zmien ta’ mhux
aktar minn xahar tkun il-formula murija fl-Ewwel Skeda.
Kap. 101.
L.S. 31.18.
Kap. 318.
(2) Il-formula li ghandha tintuza minn tabib meta jkun qed
jippreskrivi medicinali li jigu taht l-Ordinanza dwar il-Medicini
Perikoluzi jew taht ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Medicini,
lill-pazjent li jkollu l-jedd li jinghata ghajnuna medika taht l-Att
dwar is-Sigurta  Socjali, meta dak il-pazjent ikun jehtieg dik il-
medikazzjoni ghal zmien ta’ aktar minn xahar, tkun il-formula
murija fit-Tieni Skeda.
Kap. 101.
L.S. 31.18.
(3) Il-formula li ghandha tintuza minn tabib meta jkun qed
jippreskrivi medicinali li taqa’ taht l-Ordinanza dwar il-Medicini
Perikoluzi jew taht ir-Regolamenti dwar il-Kontroll tal-Medicini,
lil pazjent kif imsemmi fis-subregolamenti (1) u (2) tkun il-formula
murija fit-Tielet Skeda.
(4) It-tabib huwa obbligat li jimla b’mod car u li jinqara d-
dettalji kollha msemmija fil-partijiet relevanti ta’ dawk il-formuli
msemmija fis-sub-regolamenti ta’ qabel ta’ dan ir-regolament.
(5) Fil-preskrizzjoni ta’ medicinali jew ghajnuna medika ohra
msemmija fis-subregolamenti (1) u (2), it-tabib ma jkunx jista’
jippreskrivi b’kollox iktar minn tlieta minn dawk il-medicinali jew
oggetti fuq formula wahda u fil-kaz ta’ oggetti jew medicinali li
huma msemmija fis-subregolament (2), it-tabib ghandu jindika fuq
il-formula n-numru ta’ drabi, sa tlett darbiet, li ghalihom dik ir-
ricetta ghandha tibqa’ tghodd.
(6) Meta jippreskrivi xi medicinali li huma msemmija fis-
subregolament (3), it-tabib ghandu juza formula separata ghal kull
wahda minn dawk il-medicinali.
Ktejjeb ghal 
preskrizzjonijiet.
3. (1) Kull tabib ghandu, meta jkun qed jippreskrivi l-
medicinali msemmija f’dawn ir-regolamenti, jaghmel uzu biss tal-
ktejjeb tal-formoli li jkollhom in-numri tas-serje u li jkun mahrug
2 L.S.458.24 h FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN
lilu mis-Suprintendent tas-Sahha Pubblika.
(2) Kull tabib huwa obbligat, sew jekk ghal skop tal-prattika
privata tieghu jew biex jaqdi dmirijietu f’kariga ufficjali minhabba
l-impieg tieghu mal-Gvern, sabiex jaqdi l-htigiet tal-pazjenti
tieghu, li jaghmel kull talba ghal dak il-ktejjeb tal-preskrizzjonijiet
fuq il-formula xierqa murija fir-Raba’ Skeda. Dik il-formula ghat-
talba ghandha timtela sewwa fid- dettalji kollha u tkun iffirmata
mit-tabib, u ghandha tinghata personalment mit-tabib lid-Direttur
tas-Servizzi Farmacewtici fl-istore mediku tal-gvern jew lill-
ufficjal li jaghmilha minfloku jew tintbaghat bil-posta lis-
Suprintendent tas-Sahha Pubblika fid-Dipartiment tas-Sahha, il-
Belt Valletta.
(3) Kull preskrizzjoni li ghaliha japplikaw dawn ir-regolamenti
ghandha titqies ghall-finijiet kollha tal-ligi li tkun saret mit-tabib li
lilu jkun inhareg il-ktejjeb minnfejn tkun giet maqtugha.
(4) Kull tabib huwa obbligat li jirraporta minnufih bil-miktub
lis-Suprintendent tas-Sahha Pubblika kull kaz ta’ serq jew telf ta’
kull ktejjeb ta’ preskrizzjoni mahrug taht dawn ir-regolamenti.
Ghoti ta’ 
medicinali.
4. (1) Spizjar li jaghti medicinali fuq preskrizzjoni li ghaliha
japplika r-regolament 2(1) u (3) ghandu jzomm il-formula ta’
preskrizzjoni, u ebda medicinali ma jinghataw iktar minn darba fuq
l-istess preskrizzjoni.
(2) Spizjar li jaghti medicinali fuq preskrizzjoni li ghaliha
japplika r-regolament 2(2) ghandu jzomm il-formula ta’
preskrizzjoni jew dak il-porzjon mehtieg taghha, u ebda medicinali
ma ghandu jinghata ghal aktar drabi minn dak l-ghadd li jigi
imnizzel mit-tabib li jkun qed jaghmel il-preskrizzjoni, kif stabbilit
fir-regolament 2(5).
(3) L-ispizjar li jaghti dawk il-medicinali fuq preskrizzjoni
huwa obbligat li jimla b’mod car u li jinqara’ sew id-dettalji kollha
msemmija fil-partijiet relevanti tal-formuli tal-preskrizzjonijiet.
FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN g L.S.458.24 3
L-EWWEL SKEDA
(Regolament 2(1))
4 L.S.458.24 h FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN
IT-TIENI SKEDA
(Regolament 2(2))
FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN g L.S.458.24 5
6 L.S.458.24 h FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN
IT-TIELET SKEDA
(Regolament 2(3))
FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN g L.S.458.24 7
IR-RABA’ SKEDA
(Regolament 3(2))
8 L.S.458.24 h FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN
FORMULI TA’ PRESKRIZZJONI GHAL MEDICINALI B’XEJN g L.S.458.24 9
