ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIZI - BERMUDA g L.S.52.03 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.03
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI RECIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIZI -
BERMUDA
23 ta’ Ottubru, 1925
Il-PROKLAMA XIII ta’ l-1925.
Titolu. 
Reciproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi - Bermuda.
Estensjoni ta’ 
applikabbilta.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reciproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi ghandhom japplikaw u jestendu
ghal Bermuda bis-sahha tal-Proklama riprodotta fl-Iskeda ta’ dan l-
Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reciproka ta’
Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi hemm mahsub illi meta l-Gvernatur
fil-Kunsill ikun sodisfatt li jkunu saru disposizzjonijiet reciproci
ghall-esekuzzjoni ta’ sentenzi moghtija mill-Qrati Superjuri ta’
Malta u d-Dipendenzi taghha mill-Parlament ta’ kull parti tad-
Dominji tal-Maesta  Tieghu barra r-Renju Unit, il-Gvernatur jista’,
bi Proklama, jestendi l-applikazzjoni ta’ l-Att imsemmi ghal
sentenzi moghtija minn Qorti Superjuri f’dik il-parti;
U BILLI jiena soddisfatt illi bis-sahha tal-Judgements Extension
Act, 1923 (Bermuda Act No. 9 of 1923) u ta’ Ordni fil-Kunsill
maghmul mill-Gvernatur ta’ Bermuda fil-hmistax ta’ April, 1925,
il-Parlament ta’ Bermuda jew Somers Islands ghamel
disposizzjonijiet reciproci kif jinghad hawn fuq:
ISSA, GHALHEKK, JIENA, WILLIAM CHARLES FLEMING
ROBERTSON, b’din niddikjara u nxandar illi l-imsemmi Att dwar
l-Esekuzzjoni Reciproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi ghandu
jghodd u jestendi ghas-sentenzi moghtija mill-Qrati Superjuri ta’
Bermuda.
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma originali taghha. Permezz ta’ l-emendi,
maghmulin lill-ligi principali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgha li jestendi l-
applikabbilta  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta giet vestita fil-President ta’ Malta.
