ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIZI - VICTORIA g L.S.52.05 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 52.05
ORDNI DWAR L-ESEKUZZJONI RECIPROKA 
TA’ SENTENZI TA’ TRIBUNALI INGLIZI -
VICTORIA
16 ta’ Frar, 1927
Il-PROKLAMA II ta’ l-1927.
Titolu. 
Reciproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi - Victoria.
Estensjoni ta’ 
applikabbilta.
Kap. 52.
2. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reciproka
ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi ghandhom japplikaw u jestendu
ghal Victoria bis-sahha tal-Proklama riprodotta fl-Iskeda ta’ dan l-
Ordni.
SKEDA*
(Artikolu 2)
BILLI bl-artikolu 5(2) ta’ l-Att dwar l-Esekuzzjoni Reciproka ta’
Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi hemm mahsub illi meta l-Gvernatur
fil-Kunsill ikun sodisfatt li disposizzjonijiet reciproci jkunu gew
maghmula mil-Parlament ta’ xi parti tad-Dominji tal-Maesta
Tieghu barra r-Renju Unit ghall-esekuzzjoni f’dik il-parti tad-
Dominji tal-Maesta  Tieghu ta’ sentenzi moghtija fil-Gzejjer ta’
Malta u d-Dipendenzi taghha, l-Gvernatur jista’, bi Proklama,
jiddikjara li l-Att imsemmi ghandu jestendi ghal sentenzi moghtija
minn Qorti Superjuri f’dik il-parti tad-Dominji tal-Maesta  Tieghu
bl-istess mod kif jestendi ghal sentenzi moghtija minn Qorti
Superjuri fir-Renju Unit, u illi meta ssir xi Proklama bhal din l-
imsemmin Att jigi estiz f’dan is-sens;
U BILLI jiena soddisfatt illi l-Parlament ta’ l-Istat ta’ Victoria u
d-Dipendenzi taghha fil-Commonwealth ta’ l-Australja bis-sahha
tal-Judgements (Reciprocity) Acts, 1925 (Act No. 3395 tal-21 ta’
Settembru, 1925) ghamel disposizzjonijiet reciproci kif jinghad
hawn fuq;
U BILLI bi Proklama maghmul f’Melbourne fit-8 ta’ Novembru,
1926, l-Eccellenza tieghu l-Gvernatur ta’ l-Istat ta’ Victoria u d-
Dipendenzi taghha fil-Commonwealth ta’ l-Awstralja, taht id-
disposizzjonijiet ta’ l-imsemmi Judgements (Reciprocity) Act,
1925, iddikjara Malta u d-Dipendenzi taghha bhala Stat li
jirreciproka ghall-ghanijiet tal-Judgements (Reciprocity) Acts, u
ddikjara li l-Atti msemmija ghandhom jestendu u japplikaw ghal
kull parti ta’ Malta u d-Dipendenzi taghha:
*Il-Proklama hija riprodotta fil-forma originali taghha. Permezz ta’ l-emendi,
maghmulin lill-ligi principali, bl-Att LVIII ta’ l-1974, is-setgha li jestendi l-
applikabbilta  ta’ l-Ordinanza barra minn Malta giet vestita fil-President ta’ Malta.
2 L.S.52.05 h
ESEKUZZJONI RECIPROKA TA’ SENTENZI TA’ 
TRIBUNALI INGLIZI - VICTORIA
ISSA, GHALHEKK, JIENA, SIR WALTER NORRIS
CONGREVE, b’din nxandar illi l-imsemmi Att dwar l-Esekuzzjoni
Reciproka ta’ Sentenzi ta’ Tribunali Inglizi ghandu jghodd u
jestendi ghal sentenzi moghtija mill-Qrati Superjuri ta’ l-Istat ta’
Victoria u d-Dipendenzi taghha, fil-Commonwealth ta’ l-Awstralja.
