NOTI DUPLIKATI TAR-REGISTRU PUBBLIKU g L.S.56.02 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 56.02
REGOLAMENTI DWAR NOTI DUPLIKATI
TAR-REGISTRU PUBBLIKU
2 ta’ Novembru, 1984
L-AVVIZ LEGALI 50 ta’ l-1984, kif emendat bl-Avviz Legali 58 ta’ l-
1986.
Titolu.
Noti Duplikati tar-Registru Pubbliku.
Ghemil ta’ noti 
duplikati.
2. (1) Id-Direttur tar-Registru Pubbliku huwa obbligat li
jaghmel noti duplikati ta’ xi noti originali ghar-registrazzjoni ta’ xi
kawza ta’ preferenza fost il-kredituri, noti ta’ referenza jew noti ta’
insinwa li jkunu depozitati fir-Registru Pubbliku f’Malta jew fir-
Registru Pubbliku f’Ghawdex, meta n-nota originali tkun intilfet,
giet distrutta jew giet danneggjata, u li jaghmel registru gdid
minflok kull registru mitluf, distrutt jew danneggjat.
(2) In-noti duplikati u r-registri godda ghandhom isiru
b’riferenza ghar-registru jew ghan-nota originali rispettivi, skond
il-kaz, mizmuma fir-Registru Pubbliku jew b’riferenza ghall-att
relattiv, u jigi riprodott it-taghrif rilevanti li jkun fihom fuq in-nota
duplikata jew fuq ir-registru gdid skond il-kaz.
(3) In-noti duplikati u r-registri godda jistghu jsiru bil-process
tal-microfilming li ghandu jsir fil-post tar-Registru Pubbliku
f’Malta u f’Ghawdex u bis-supervizjoni tad-direttur ta’ dak ir-
registru.
Certi 
disposizzjonijiet 
japplikaw ghal noti 
duplikati, ecc.
Kap. 56.
Kap. 16.
3. Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar ir-Registru Pubbliku u
tal-Kodici Civili dwar il-formulazzjoni tan-noti msemmija f’dawn
ir-Regolamenti ghandhom japplikaw ghal noti duplikati u registri
godda maghmula skond dawn ir-Regolamenti.
Awtentikazzjoni 
ta’ noti.
Emendat:
A.L. 58 ta’ l-1986.
Kap. 56.
4. (1) In-noti duplikati jew ir-registri godda mhejjija skond
dawn ir-Regolamenti ghandhom ikunu awtentikati mid-Direttur tar-
Registru Pubbliku jew minn assistent direttur jew ufficjal indikat
fl-artikolu 3(2) ta’ l-Att dwar ir-Registru Pubbliku, u d-direttur jew
dak l-assistent direttur jew ufficjal fuq imsemmi ghandu jizgura li
t-taghrif li jkun jinsab fin-nota duplikata jew fir-registru gdid, ikun
jaqbel mat-taghrif li jkun jinsab jew li kellu jinsab fin-nota jew fir-
registru originali.
(2) Id-Direttur tar-Registru Pubbliku ghandu jindika n-noti
duplikati jew registri godda li jkunu saru skond dawn ir-
Regolamenti u d-data taghhom u minn fejn ikun ingab it-taghrif
biex saru.
Noti ta’ tigdid ta’ 
registrazzjonijiet u 
ipoteki legali.
5. Id-disposizzjonijiet ta’ dawn ir-Regolamenti ghandhom
japplikaw ukoll ghan-noti duplikati u r-registri godda, ta’ noti ta’
tigdid ta’ registrazzjonijiet u ta’ ipoteki legali. 
