SERVIZZI SKEDATI JEW MHUX SKEDATI
TAT-TRASPORT PUBBLIKU g L.S.65.14 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 65.14
REGOLAMENTI DWAR SERVIZZI SKEDATI JEW 
MHUX SKEDATI TAT-TRASPORT PUBBLIKU
30 ta’ Dicembru, 1997
L-AVVIZ LEGALI 242 ta’ l-1997, kif emendat bl-Avviz Legali 151 ta’ l-
2002.
Titolu.
Servizzi Skedati jew Mhux Skedati tat-Trasport Pubbliku.
Tifsir.
Emendat:
A.L. 151 ta’ l-
2002.
2. F’dawn ir-Regolamenti, sakemm il-kuntest ma jehtiegx
mod iehor -
"motor route bus" tfisser kull vettura bil-mutur li jkollha licenza
u/jew tkun registrata biex iggorr aktar minn tmintax-il persuna,
mhux maghdud ix-xufier, u li tkun registrata biex taghmel vjaggi
skedati ma’ l-Ufficcju Centrali ghal Servizzi tat-Trasport Skedat
tal-Buses;
"motor coach" tfisser kull vettura licenzjata u/jew registrata biex
iggorr aktar minn tletin persuna, barra mix-xufier;
"motor minibus ghat-trasport pubbliku" tfisser vettura bil-mutur,
minn barra mizbugha hamra, li jkollha licenza u/jew tkun registrata
biex iggorr bi hlas minn hdax sa tmintax-il persuna, mhux maghdud
ix-xufier;
"korp parastatali" tfisser kull korp mwaqqaf b’xi ligi u jinkludi
socjeta  jew korp iehor li fih il-Gvern ta’ Malta jew xi korp iehor
ikollhom kontroll jew li fuqu jkollhom kontroll effettiv.
Ufficcju centrali 
ghal servizzi 
skedati.
3. (1) Ghandu jitwaqqaf ufficcju centrali ghal servizzi skedati
tat-trasport tal-buses li jkun, b’zieda mad-dmirijiet kontemplati fir-
regolament 4, inkarigat mid-distribuzzjoni u allokazzjoni tas-
servizzi skedati kollha.
(2) L-ufficcju centrali ghandu jkollu registru tal-membri u tal-
motor route buses taghhom u jikteb fih il-partikolaritajiet li gejjin:
(a) l-ismijiet, l-indirizzi u n-numru ta’ l-identification tag
ta’ kull membru u ta’ kull persuna li tkun qieghda fl-
impjieg ta’ dak il-membru;
(b) id-data li fiha kull persuna ddahhlet fir-registru bhala
membru u d-data tal-bidu ta’ l-impjieg ta’ kull
impjegat;
(c) id-data li fiha l-persuna ma baqghetx membru u d-data
meta spiccat l-impjieg;
(d) in-numru ta’ registrazzjoni, numru tax-chassis u s-sena
tal-manifattura ta’ kull motor route bus proprjeta  ta’
kull membru;
(e) id-dettalji ta’ kull licenza kummercjali dwar kull
motor route bus proprjeta  ta’ kull membru.
(3) L-Awtorita  dwar it-Trasport Pubbliku jkollha s-setgha li
2 L.S.65.14 h
SERVIZZI SKEDATI JEW MHUX SKEDATI
TAT-TRASPORT PUBBLIKU
tispezzjona r-registru tal-membri u li tikkontrolla l-attivitajiet ta’ l-
ufficcju centrali msemmi.
(4) It-tmexxija normali ta’ l-ufficcju centrali u l-ispiza relattiva
huma r-responabbilta  tal-membri ta’ l-ufficcju centrali.
(5) Minkejja kull disposizzjoni ta’ dawn ir-Regolamenti, ebda
detentur ta’ licenza ta’ motor route bus li jkun awtorizzat li jahdem
fuq servizz ta’ trasport skedat ma jista’ jahdem fuq xi servizz ta’
trasport, hlief permezz ta’ l-ufficcju centrali ghas-servizzi tat-
trasport skedat tal-buses, li mieghu dak id-detentur ghandu jkun
registrat bhala membru.
Servizz tat-trasport 
skedat.
4. (1) Kull detentur ta’ licenza ta’ motor route bus awtorizzat
li jahdem servizz tat-trasport skedat ghandu jimxi skond roster
imhejji mill-ufficcju centrali ghal servizzi tat-trasport skedat tal-
buses.
L.S. 65.11.
(2) Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tar-
regolament 146 tar-Regolamenti dwar il-Vetturi bil-Mutur l-
imsemmi ufficcju centrali ghandu jhejji (suggett ghall-
approvazzjoni ta’ l-Awtorita  dwar it-Trasport Pubbliku) r-roster ta’
motor route buses li jkunu qeghdin jaghmlu servizzi skedati fuq
rotot diversi; l-imsemmi roster ghandu jitqassam fost il-membri
kollha u ghandu jitwahhal f’post fejn ikun jidher sew fl-ufficcju
msemmi.
(3) Id-detentur tal-licenza ta’ kull motor route bus li jkun
qieghed jaghmel servizz ta’ trasport skedat ghandu jixtri bl-istess
prezz li jiswew il-biljetti li jkun jehtieg ghalih mill-ufficcju
centrali.
(4) L-ufficcju centrali ghandu kull hmistax-il gurnata jqassam
fost id-diversi detenturi ta’ licenza s-sehem lilhom dovut mill-
bejgh ta’ biljetti u kull qliegh iehor, wara li jitnaqqsu minn dan is-
sehem l-ispejjez li jsiru fit-tmexxija ta’ 1-ufficcju centrali u wara li
jizdied ma’ dawk l-ispejjez kull ammont ta’ penalita  dixxiplinarja
imposta.
(5) It-tqassim msemmi fis-sub-regolament (4) ghandu jsir fil-
proporzjon tan-numru ta’ granet mahdumin u/jew in-numru ta’
vjaggi li jkunu saru minn kull motor route bus u n-numru ta’ sedili
permessi fuq kull motor route bus.
(6) L-ufficcju centrali jista’ jigbor dawk il-penalitajiet
dixxiplinarji xierqa li jkunu approvati mill-Awtorita  dwar it-
Trasport Pubbliku ghall-amministrazzjoni u tmexxija xierqa tas-
servizz. L-ufficcju centrali jista’ jnaqqas dawk il-penalitajiet
dixxiplinarji mill-hlas dovut lil kull dententur ta’ licenza.
(7) Meta jigri li motor route bus li tkun licenzjata biex tintuza
fuq servizz ta’ trasport skedat jew le, ma tkunx tenhtieg f’xi jum
partikolari biex taghmel xi servizz skedat skond ir-roster imhejji u
approvat skond is-sub-regolament (2), id-detentur ta’ licenza ta’
dik il-motor route bus jista’ jhalli jew jippermetti lil dik il-motor
route bus li tahdem servizz tat-trasport mhux skedat li tahdem
f’loku, izda ebda detentur ta’ licenza ta’ motor route bus ma
ghandu jaghmel dan hlief permezz ta’ l-ufficcju centrali ghas-
servizz tat-trasport skedat tal-buses skond id-disposizzjonijiet tar-
SERVIZZI SKEDATI JEW MHUX SKEDATI
TAT-TRASPORT PUBBLIKU g L.S.65.14 3
regolament 6.
Servizzi ghat-
turisti.
Emendat:
A.L. 151 ta’ l-
2002.
L.S. 128.01
5. (1) Kull min jenhtieg servizz ta’ trasport tat-turisti jista’
jaghmel dan direttament permezz ta’ l-operatur licenzjat ta’ motor
coach, motor minibus jew kwalunkwe vettura ohra li jkollha
licenza biex tintuza ghal dak is-servizz tat-turisti jew li mhux
skedat, skond il-kaz, skond ir-Regolamenti dwar il-Licenzi tal-
Pulizija.
(2) Ebda motor route bus ma ghandha tintuza biex tipprovdi
servizz tat-trasport ghat-turisti minghajr il-kunsens bil-miktub ta’ l-
Awtorita  dwar it-Trasport ta’ Malta. Dan il-kunsens jista’ biss
jinghata jekk ma jkun hemm disponibbli ebda vettura minn dawk
deskritti fis-subregolament (1).
Servizzi mhux 
skedati b’motor 
route bus.
Emendat:
A.L. 151 ta’ l-
2002.
6. (1) Kull min ikun jenhtieg is-servizzi ta’ motor route bus
ghal xi servizz ta’ trasport li mhux skedat, li ma jkunx servizz ghat-
turisti, ghandu jikri jew jitlob dak is-servizz direttament permezz
ta’ l-ufficcju centrali mwaqqaf bis-sahha tar-regolament 3, li
mieghu l-imsemmija motor route bus tkun registrata.
(2) L-imsemmi ufficcju centrali ghandu d-dmir li jalloka, fost
il-membri tieghu, fuq bazi ta’ roster, servizzi tat-trasport mhux
skedat, b’mod li jkun assigurat li jkun hemm tqassim gust tad-dhul
kollu miksub minn dan filwaqt li jkunu kunsidrati l-facilitajiet
provduti mill-motor route bus.
(3) L-ufficcju centrali ghandu, kull hmistax-il gurnata, jqassam
fost id-diversi detenturi ta’ licenza s-sehem dovut lilhom minn dak
li jithallas ghar-rigward ta’ servizzi ta’ trasport mhux skedati, wara
li jitnaqqsu mid-dhul totali l-ispejjez li jkunu saru fit-tmexxija ta’ l-
ufficcju centrali ghar-rigward tas-servizzi li maghhom jizdied kull
ammont li ghandu jingabar ghall-penalitajiet dixxiplinarji imposti.
(4) It-tqassim imsemmi fis-sub-regolament (3) ghandu jsir fi
proporzjon ghas-servizz imwettaq minn kull motor route bus
kunsidrati il-frekwenza, il-postijiet ghall-passiggieri u t-tul ta’
zmien u l-hin effettiv tal-vjaggi li jsiru.
Trasport ta’ tfal ta’ 
l-iskejjel tal-
Gvern.
7. (1) Meta d-Direttur ta’ l-Edukazzjoni jordna li motor route
buses ghandhom jahdmu certi rotot ghat-trasport ta’ tfal ta’ l-
iskejjel, dawk ir-rotot ghandhom ikunu allokati lill-ufficcju centrali
ghas-servizz skedat biex jinhadmu esklusivament minn motor route
buses li f’dak il-jum partikolari ma jkunux tqabbdu jaghmlu xoghol
bir-roster mill-ufficcju centrali.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ dan ir-regolament japplikaw,
mutatis mutandis, fil-kaz ta’ kull servizz tat-trasport organizzat
minn dipartiment tal-Gvern jew korp parastatali.
