ESPORTAZZJONI TAL-BASAL g L.S.85.03 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.03
REGOLAMENTI DWAR L-ESPORTAZZJONI 
TAL-BASAL
17 ta’ Gunju, 1958
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 380 ta’ l-1958, kif emendata bl-
Avvizi Legali 37 ta’ l-1968, u 37 u 42 ta’ l-1969.
Titolu.
Esportazzjoni tal-Basal.
Htigiet ghall-
esportazzjoni.
2. Il-basal ghall-esportazzjoni ghandu jkun b’sahtu, nadif,
niexef, misjur, u minghajr ebda mard, insetti, u mhux mimsus bil-
mard; barra minn dan, ghandu jkun ta’ ghamla tonda skond il-
kwalita  tieghu u ma jkollux ghonqu ohxon.
Htigiet tal-gradi.
Sostitwit:
A.L. 39 ta’ l-1969.
Emendat:
A.L. 42 ta’ l-1969.
3. Il-basal mahsub ghall-esportazzjoni ghandhom jigi gradat
kif gej:
(a) Esportazzjonijiet ghal pajjizi li jifformaw parti mill-
European Free Trade Association:
Grad A - Fustani
Grad B - Kbir
Il-basal tal-Grad A huwa dak li ma jghaddix minn gauge
kwadru li jkollu kull naha twila erba’ centimetri, imma li jghaddi
minn gauge kwadru li jkollu kull naha twila seba’ centimetri u
nofs;
Il-basal tal-Grad B huwa dak li ma jghaddix minn gauge
kwadru li jkollu kull naha twila seba’ centimetri u nofs.
(b) Esportazzjonijiet ghal pajjizi li jifformaw parti mill-
European Economic Community:
Grad A - Fustani
Grad B - Kbir
Il-basal tal-Grad A huwa dak 1i ma jghaddix minn gauge
kwadru li jkollu kull naha twila erba’ centimetri jew erba’
centimetri u nofs, imma li jghaddi minn gauge kwadru li jkollu kull
naha twila sitt centimetri jew sitt centimetri u nofs rispettivament;
Il-basal tal-Grad B huwa dak li ma jghaddix minn gauge
kwadru li jkollu kull naha twila sitt centimetri jew sitt centimetri u
nofs, imma li jghaddi minn gauge kwadru li jkollu kull naha twila
tmienja jew tmien centimetri u nofs rispettivament.
(c) Esportazzjonijiet lil kull pajjiz iehor:
Grad C - Zghir
Il-basal Grad C huwa dak li ma jghaddix minn guage
kwadru li jkollu kull naha twila tliet centimetri punt tnejn, imma li
jghaddi minn gauge kwadru li jkollu kull naha twila erba’
centimetri.
2 L.S.85.03 h ESPORTAZZJONI TAL-BASAL
Permess mid-
Direttur tal-Biedja 
ghall-
esportazzjoni.
4. Ebda basal Grad C ma ghandu jigi esportat minghajr il-
permess specjali tad-Direttur tal-Biedja li jista’ jaghti permess
specjali f’kazijiet specjali fejn jintwera ghas-soddisfazzjon tieghu
illi x-xerrej jew dak li ghamel il-konsenja jkun jixtieq jircievi basal
tal-Grad C sabiex jaqdi l-bzonnijiet ta’ kummerc specjali jew ta’
talba specjali.
Kwalitajiet 
differenti.
5. Basal ta’ kwalitajiet differenti ma ghandhux jimtela’
f’dugh wiehed.
Basal ghandu 
jimtela’ f’dugh 
standard.
6. Il-basal ghandu jimtela’ ghall-esportazzjoni f’dugh
standard li ghandhom ikunu godda, li kull wiehed ikun jista’ jesa’
nofs qantar Ingliz (half a hundredweight) basal tajjeb bizzejjed
biex il-basal jasal fid-destinazzjoni tieghu f’kundizzjoni tajba, u
maghmul b’mod li jkun hemm ventilazzjoni bizzejjed ghall-basal.
Marki fuq id-dugh. 7. (1) Qabel l-ispezzjonijiet li hemm mahsubin f’dawn ir-
Regolamenti, kull dugh ghandu jkun immarkat minn barra b’ittri li
ma jithassrux u li jkunu jidhru:
(i) il-kelmiet MALTA PRODUCE;
(ii) in-numru ufficjali tas-sensal;
(iii) il-kelma ONIONS;
(iv) disinn li jirrapprezenta s-Salib ta’ Malta; u
(v) l-isem u/jew il-marka ta’ l-esportatur.
(2) Barra minn dan, kull dugh li jkun fih basal tal-gradi B jew
C ghandu jkun immarkat billi tintrabat maghhom bicca zigarella
mhux anqas minn tlieta u ghoxrin centimetri tul u ta’ kulur ahmar u
blu. Ebda zigarella ma ghandha tintrabat mad-dugh ta’ basal tal-
grad A. Tikketta mahruga mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura
ghandha tigi mwahhla mill-esportaturi ghal kull dugh li
jikklassifika l-grad.
(3) Iz-zigarrelli jistghu jittiejhdu mid-Dipartiment ta’ l-
Agrikoltura bil-prezz ta’ kemm iqumu.
(4) Kull partita basal ghandha tigi ezaminata minn spettur tad-
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura qabel ma tigi esportata.
(5) L-ispettur jista’, fid-diskrezzjoni tieghu, jezamina d-dugh
kollu jew kull dugh jew aktar ta’ kull partita u dak li jkun fihom:
Izda qabel ma jirrifjuta li johrog licenza ta’ esportazzjoni
dwar kull partita, huwa ghandu jezamina mhux anqas minn ghaxra
fil-mija tal-partita.
Partita tigi 
spezzjonata mill-
gdid jekk ma 
titghabbiex fi 
zmien gimgha.
8. Kull partita li tkun giet approvata ghall-esportazzjoni
ghandha tkun soggetta ghall-ispezzjoni mill-gdid jekk ma
titghabbiex fi zmien gimgha mill-ispezzjoni ta’ qabel.
Applikazzjonijiet 
ghall-ispezzjoni.
9. L-applikazzjonijiet ghall-ispezzjonijiet ghandhom isiru
lill-ispettur jew lid-Direttur ta’ l-Agrikoltura mill-inqas erbgha u
ghoxrin siegha qabel ma tigi esportata l-partita:
Izda l-applikazzjonijiet jistghu jsiru wkoll fl-istess
perijodu ta’ erbgha u ghoxrin siegha, izda f’dan il-kaz id-
Dipartiment ta’ l-Agrikoltura ma jkollu ebda obbligazzjoni li
jaghmel l-ispezzjoni fiz-zmien mehtieg.
ESPORTAZZJONI TAL-BASAL g L.S.85.03 3
L-applikazzjoni 
ghal spezzjon 
ghandha turi l-isem 
ta’ l-esportatur, 
ecc.
10. Kull applikazzjoni ghall-ispezzjonijiet ghandha turi l-isem
ta’ l-esportatur, in-numru tad-dugh u d-deskrizzjoni tal-kontenut
taghhom, u d-destinazzjoni tal-partita.
Ezami ta’ l-
applikazzjoni.
11. Ebda applikazzjoni ghall-ispezzjonijiet ma tigix kunsidrata
jekk il-basal ippakkjat kif ghandu jkun fid-dugh ma jigix muri fil-
Veranda ghall-Kontroll ta’ l-Esportazzjoni tal-Patata jew f’xi post
iehor approvat ghal din il-fini mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura.
L-ispezzjon tieqaf 
nofs siegha qabel 
inzul-ix xemx.
12. L-ispezzjonijiet jieqfu nofs siegha qabel ma tinzel ix-
xemx, jekk ma jkunx awtorizzat mod iehor mid-Direttur ta’ l-
Agrikoltura.
Dritt.
millezmi kull dugh tal-partita:
Izda d-dritt dwar l-ispezzjoni ta’ kull konsenja ma ghandux
ikun inqas minn tnax il-centezmu u hames millezmi. Jekk il-partita
li ma tigix approvata ghall-esportazzjoni terga’ tigi mdahhla ghall-
ispezzjonar mill-gdid wara li tigi maghzula mill-gdid u/jew
imdaqqsa mill-gdid, u d-dritt mitlub ghal kull spezzjoni ohra ikun
bhal ta’ qabel.
Hrug ta’ licenza 
jekk il-partita tkun 
tajba ghall-
esportazzjoni.
14. Jekk partita wara li tkun giet spezzjonata tinstab li tkun
skond dawn ir-Regolamenti u li tkun tajba ghall-esportazzjoni, id-
Direttur ta’ l-Agrikoltura ghandu johrog il-licenza f’dan is-sens;
licenza bhal din tista’ tinhareg ukoll mill-Kontrullur tas-Swieq ta’
l-Agrikoltura.
Dritt addizzjonali 
jekk hu mehtieg is-
sigillar.
15. Kull meta jkun mehtieg li d-dugh jigi sigillat, dritt iehor ta’
zewg millezmi ghandu jintalab ghal kull sigill uzat.
Klassifikazzjoni-
jiet ohra.
16. Biex jigu moqdija t-talbiet ta’ kull kummerc partikolari
jew ta’ xi domanda specjali, id-Direttur ta’ l-Agrikoltura jista’
jhalli l-esportazzjoni tal-basal li huma klassifikati, imdaqqsa,
ippakkjati, jew immarkati barra minn kif specifikat f’dawn ir-
Regolamenti.
Il-pizatur 
jirregistra l-piz ta’ 
kull partita.
17. (1) Il-pizatur li jizen il-basal ghall-esportazzjoni ghandu
jirregistra l-piz ta’ kull konsenja fi ktieb b’numri konsekuttivi
f’kull pagna, li jittiehed mid-Dipartiment ta’ l-Agrikoltura bil-
prezz ta’ kemm ikun jqum. Dawn il-kotba ghandhom ikunu
maghmulin bil-mamma u tliet kontrafolji; il-kontrafolji ta’ kull
polza ta’ l-uzin ghandhom jinghataw, meta jintalbu, lill-bejjiegh,
lix-xerrej u lis-sensal, jekk ikun hemm, u l-pizatur ghandu jzomm l-
original.
(2) Kull polza ta’ l-uzin ghandha turi:
(i) l-isem u l-indirizz tal-bejjiegh;
(ii) l-isem u l-indirizz jew in-numru ufficjali tas-
sensal jekk ikun hemm;
(iii) l-isem u l-indirizz, jew l-isem tan-negozju tax-
xerrej;
(iv) in-numru u l-ghamla tal-kollijiet f’kull partita;
(v) il-piz tal-partita;
(vi) id-data ta’ l-uzin;
4 L.S.85.03 h ESPORTAZZJONI TAL-BASAL
(vii) il-prezz nett fil-qantar kif moghti mill-bidwi; u
(viii) il-firma tal-pizatur.
Ktieb jinghata lura 
lid-Dipartiment ta’ 
l-Agrikoltura.
18. Kull wiehed minn dawn il-kotba, bil-mammiet u bil-
kontrafolji li jkun fadal, ghandhom jinghataw lura lid-Dipartiment
ta’ Agrikoltura qabel l-ahhar ta’ Awissu ta’ kull sena.
Bord ta’ Arbitragg.
Emendat:
A.L. 37 ta’ l-1968.
Kap. 85.
19. Il-Bord ta’ Arbitragg msemmi fl-artikolu 18 ta’ l-
Ordinanza dwar l-Esportazzjoni tal-Prodotti tal-Biedja ghandu jkun
kompost mid-Direttur ta’ l-Agrikoltura jew ufficjal tad-Dipartiment
ta’ l-Agrikoltura li jkun qed jagixxi f’ismu bhala Chairman u zewg
membri li ghandhom jintaghzlu minn panel ta’ ghaxar persuni li
jkollhom x’jaqsmu man-negozju ta’ l-esportazzjoni ta’ prodotti tal-
biedja. Il-panel ghandu jkun nominat mill-Ministru responsabbli
ghall-Agrikoltura qabel il-bidu ta’ kull stagun ta’ esportazzjoni.
F’kull Bord ta’ Arbitragg wiehed mill-membri tal-panel ghandu
jintghazel mill persuna li tkun qieghda taghmel l-ilment u wiehed
mic-Chairman. Ebda membru tal-panel ma ghandu joqghod fil-
Bord dwar xi kwistjoni li tirrigwarda xi prodott li fih jkollu
interess.
Dritt li jithallas 
meta wiehed 
jirrikorri lejn il-
Bord.
20. Dritt bir-rata ta’ hames centezmi kull koll ghandu jigi
depozitat ghand l-ispettur mill-esportatur li jkollu bzonn jirrikorri
lejn il-Bord ta’ Arbitragg. L-inqas dritt f’dan il-kaz ghandu jkun ta’
tliet liri.
