HLAS TA’ L-ESPORTAZZJONI TAL-PATATA g L.S.85.10 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 85.10
REGOLI DWAR IL-HLAS TA’ L-ESPORTAZZJONI 
TAL-PATATA
18 ta’ April, 1972
L-AVVIZ LEGALI 32 ta’ l-1972.
Titolu.
Esportazzjoni tal-Patata.
Tifsir.
xort’ohra, "esportatur" ma tinkludix persuna li tesporta patata
mkabbra minnha.
Kap. 85.
(2) Kliem u frazijiet li m’humiex xort’ohra mfissra f’dawn ir-
Regoli ghandu jkollhom l-istess tifsir li ghandhom fl-Ordinanza
dwar l-Esportazzjoni ta’ Prodotti tal-Biedja.
Hlas ecc., minn 
esportaturi.
3. (1) L-esportaturi ghandhom, mhux aktar tard minn tliet
ijiem wara li jghabbu xi patata fuq bastiment ghall-esportazzjoni,
ihallsu lid-Direttur somma li tkun daqs il-valur kollu tal-patata
hekk mghobbija jew jaghtu lid-Direttur garanzija bankarja ghal dak
l-ammont li jkun accettabbli mill-imsemmi Direttur, liema
garanzija ghandha tithallas mill-bank fi zmien tletin gurnata mid-
data taghha.
(2) Dak il-valur totali ghandu jigi kalkolat ghab-bazi tal-prezz
dikjarat mill-esportatur relattiv fuq il-licenza ta’ esportazzjoni
mahruga mid-Direttur tal-Kummerc, u ghandu jinkludi kull
drittijiet ta’ pizaturi u ta’ senserija li jkollhom jithallsu, jekk ikun
hemm.
(3) Il-prezz dikjarat fuq il-licenza ta’ esportazzjoni ghandu
jkun l-istess bhal dak li l-esportatur ikun ftiehem li jhallas lill-
bidwi ghall-patata mixtrija mill-esportatur.
Dokumenti li 
ghandhom jingiebu 
mill-esportaturi.
4. (1) Mhux aktar tard minn ghoxrin gurnata wara d-data li
fiha tkun spiccat it-taghbija, l-esportatur ta’ kull patata ghandu
jaghti lid-Direttur dikjarazzjoni li jkun fiha d-dettalji li gejjin:
(a) isem il-bastiment li jkun ser jesporta;
(b) id-data meta x-xoghol tat-taghbija jkun spicca;
(c) il-piz mghobbi, u n-numru ta’ xkejjer, pakki jew
recipjenti ohra;
(d) l-isem u l-indirizz tas-sensala, flimkien mal-piz
miksub permezz ta’ kull sensal.
(2) Kull dikarazzjoni bhal dik ghandu jkollha maghha listi
ffirmati mis-sensala li juru l-ismijiet u l-indirizz u l-kwantita  u l-
piz provdut minn kull bidwi tal-patata li tkun qed tigi esportata.
Hlas tas-sehem 
dovut lill-bidwi u 
lis-sensal.
5. Id-Direttur ghandu, kemm jista’ jkun malajr wara li jkun
ircieva l-hlas ta’ kull patata esportata, jhallas lill-bidwi, lill-pizatur
u lis-sensal (jekk ikun hemm) is-sehem li kull wiehed minnhom
ikun imissu.
