PROCEDURI TAL-BORD TA’ L-ARBITRAGG g L.S.88.01 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 88.01
REGOLI DWAR IL-PROCEDURI TAL-BORD 
TA’ L-ARBITRAGG
12 ta’ Dicembru, 1935
In-NOTIFIKAZZJONI TAL-GVERN 495 ta’ l-1935, kif emendata bl-
Avvizi Legali 161 ta’ l-1975 u 140 u 199 ta’ l-2000.
Titolu.
Mizjud:
A.L. 161 ta’ l-
1975.
1. It-titolu ta’ dawn ir-Regoli hu Regoli dwar il-Proceduri tal-
Bord ta’ l-Arbitragg.
Laqghat tal-Bord.
Chairman.
Kap. 12.
(2) Lill-partijiet fil-procedimenti jigi nnotifikat l-avviz tal-hin
u l-post iffissati ghal-laqgha mir-Registratur skond il-formula Nru.
12 li hemm mal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili. 
Rikuza.
Kap. 88.
Kap. 12.
3. Ghall-finijiet ta’ l-artikolu 21(2) ta’ l-Ordinanza dwar l-
Akkwist ta’ Artijiet ghal Skopijiet Pubblici, hawnhekk izjed ’l
quddiem imsejha "l-Ordinanza", ic-Chairman ghandu, malli
jinfethu l-procedimenti, jistaqsi lill kull wiehed mill-membri l-ohra
tal-Bord jekk xi wahda mir-ragunijiet ghal astensjoni mill-
procediment imsemmijin fl-artikolu 734 tal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili tolqotx lil dawk il-membri.
L-atti jigu registrati 
fir-Registru tal-
Qrati Superjuri.
4. L-atti kollha dwar il-procedimenti quddiem il-Bord jigu
registrati fir-Registru tal-Qrati Superjuri u ghandhom ikollhom
bhala intestatura l-Bord ta’ Arbitragg fuq Artijiet u jidhlu fil-
process tal-kawza li ghandhom x’jaqsmu maghha:
Izda c-cedoli tad-depozitu, illi bihom titqieghed somma ta’
flus fil-qorti dwar xi procedimenti jew skond xi decizjoni tal-Bord,
jigu registrati u illegati ghalihom, izda, fil-process tal-kawza,
ghandha titnizzel nota ta’ dan id-depozitu.
Kif jissejjah l-att.
dwar xi art", ghall-"avviz ta’ ftehim" u ghal kull att iehor bi
twegiba ghal xi applikazzjoni ghandu jissejjah "ir-risposta".
Kopja ta’ kull att u 
ta’ kull dokument 
ghandhom jigu 
notifikati lill-parti 
jew lill-partijiet l-
ohra.
Sostitwit:
A.L. 161 ta’ l-
1975.
6. Kopja ta’ kull att u ta’ kull dokument ipprezentat minn
wahda mill-partijiet dwar procedimenti quddiem il-Bord ghandhom
jigu notifikati lill-parti jew lill-partijiet l-ohra li jkunu fil-
procedimenti, kemm-il darba dik il-parti jew dawk il-partijiet l-
ohra ma kienux iddispensaw milli ssir dik in-notifika permezz ta’
dikjarazzjoni f’dan is-sens li ssir fuq l-att u/jew fuq id-dokument
mill-parti li tkun ser tigi notifikata bih.
Komposizzjoni tal-
Bord.
7. Malli jista’ jkun, wara li tigi pprezentata applikazzjoni li
biha jinbdew il-procedimenti quddiem il-Bord, ic-Chairman
ghandu, qabel ma jkun hemm procedimenti ohra, jaghti dawk l-
ordnijiet jew direzzjonijiet li jkunu jinhtiegu biex il-Bord ikun
kompost kif mehtieg.
2 L.S.88.01 h PROCEDURI TAL-BORD TA’ L-ARBITRAGG
Ghazla mic-
chairman.
Kap. 12.
8. Il-ghazla li ssir mic-Chairman ta’ membru tal-Bord biex
jidher ghas-sid jew sidien fic-cirkostanzi msemmijin fl-artikolu
23(1) ta’ l-Ordinnnza ma ghandhiex titqies li tkun ghazla ta’ espert
ghall-finijiet tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili.
Pjanta ghandha tigi 
prezentata fi tnejn.
9. Il-pjanti msemmijin fl-artikolu 29(3) ta’ l-Ordinanza
ghandhom ikunu duplikati.
Depozitu ta’ flus 
ghad-drittijiet li 
jithallsu.
Emendat:
A.L. 140 ta’ l-
2000.
Kap. 12.
10. Meta l-Bord jordna lis-sid jew sidien li jhallsu l-ispejjez ta’
l-awtorita  kompetenti, dawn l-ispejjez ghandhom jitnaqqsu minn
dak il-kumpens li ghandu jithallas, jekk ikun il-kaz, jew jingabru
minghand is-sid jew sidien bi procedura ezekuttiva bil-mod
imsemmi fil-Kodici ta’ Organizzazjoni u Procedura Civili.
Drittijiet tar-
registru u drittijiet 
ohra.
Sostitwit:
A.L. 140 ta’ l-
2000.
Kap. 12.
11. (1) Id-drittijiet tar-registru stabbiliti fit-Tariffa annessa ma’
dawn ir-regoli jithallsu mal-prezentata ta’ l-att tal-procedura relattiv.
(2) Id-drittijiet ta’ l-avukat u tal-prokuratur legali jigu intaxxati
skond it-Tariffi tad-Drittijiet annessi mal-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili.
Prezentazzjoni u 
notifika ta’ atti.
Kap. 12.
12. Barra mid-disposizzjonijiet ta’ l-Ordinanza u ta’ dawn ir-
Regoli, id-disposizzjonijiet tal-Kodici ta’ Organizzazzjoni u
Procedura Civili ghandhom ighoddu ghall-prezentazzjoni u notifika
ta’ atti, ghas-smigh ta’ applikazzjonijiet u ghall-procedimenti l-
ohra kollha, sew bil-miktub u sew bil-fomm, quddiem il-Bord.
Mizjuda:
A.L. 140 ta’ l-
2000.
Emendata:
A.L. 199 ta’ l-
2000.
TARIFFA
Drittijiet tar-registru li jithallsu fil-Bord ta’ l-Arbitragg
1 Ghall-prezentata ta’ kull talba ....................................... Lm 15
2 Ghall-prezentata ta’ kull risposta ................................. Lm 10
3 Ghall-prezentata ta’ kull rikors ta’ appell ...................... Lm 30
4 Ghall-prezentata ta’ risposta ghal rikors ta’ appell ........ Lm 20
5 Id-drittijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 ta’ din it-
Tariffa jinkludu l-prezentata ta’ kull att iehor tal-
procedura u servizzi ohra (inkluzi, izda mhux limitati
ghal, il-prezentata ta’ mandati ghall-ezami ta’ xhieda,
l-ezami nnifsu, drittijiet ghar-registrazzjoni,
traskrizzjonijiet u kopji, is-servizzi ta’ assistenti
gudizzjarji, digrieti u dikjarazzjonijiet qabel id-
decizjoni finali, taxxi ta’ l-ispejjez u kopji tad-
decizjoni) li huma mehtiega wara li tinbeda kawza
permezz ta’ dak l-att sa u inkluza d-decizjoni finali,
izda mhux maghdudin id-drittijiet dovuti ghan-notifika
ta’ l-atti tal-procedura jew drittijiet li ghandhom
jithallsu lil periti jew esperti nominati mill-Bord, jew xi
drittijiet li l-Bord jista’ jkun mehtieg li jhallas lil terzi
persuni.
6 (1) Ebda dritt ma ghandu jithallas ghall-prezentata ta’
xi nota ta’ ammissjoni ta’ talba sakemm it-talba tkun
ammessa kompletament u minghajr kondizzjoni qabel
ma ssir xi kontestazzjoni dwarha.
PROCEDURI TAL-BORD TA’ L-ARBITRAGG g L.S.88.01 3
(2) Kull kontro-talba li jkun hemm f’att tal-procedura
titqies bhala talba gdida, u d-drittjiet msemmija fil-
paragrafi 1 sa 4 ghandhom jithallsu fuq il-kontro-talba
u r-risposta ghaliha.
(3) Id-drittijiet imsemmija fil-paragrafi 1 sa 4 ikunu
wkoll dovuti mal-prezentata ta’ rikors lill-Bord biex
wiehed jipprezenta nota ta’ l-eccezzjonijiet, twegiba
jew att iehor tal-procedura pprezentat bhala risposta
ghat-talba u mahsub biex jikkontesta, sew totalment
sew parzjalment, talba maghmula.
7 (1) Ghal kull notifika ta’ att tal-procedura inkluzi l-
ispejjez li jsiru ghall-ezekuzzjoni ta’ dik in-notifika,
jkunu dovuti dawn id-drittijiet li gejjin:
(i) dritt tar-registru ......................................... Lm 2.50
(ii) dritt dovut lill-ufficjal ezekuttiv li
jezegwixxi n-notifika ................................ Lm 0.50
Izda jekk in-notifika ghandha ssir barra mill-hinijiet
normali tax-xoghol, id-drittijiet imsemmija f’dan il-
paragrafu ghandhom jizdiedu b’100%.
(2) Minkejja kull haga li hemm f’din it-Tariffa, jekk
in-notifika ta’ xi att ghandha tigi ezegwita
personalment minn ufficjal ezekuttiv tal-Bord, f’dawk
il-kazijiet fejn il-ligi tippermetti li n-notifika ssir mod
iehor, ikunu dovuti, ghal kull notifika, dawn id-
drittijiet addizzjonali li gejjin:
(i) dritt tar-registru ........................................ Lm 20
(ii) dritt dovut lill-ufficjal ezekuttiv li
jezegwixxi n-notifika ................................ Lm 3
(3) Id-drittijiet stabbiliti fis-subparagrafu (2) ma
japplikawx meta n-notifika ghandha ssir personalment
minn ufficjal ezekuttiv tal-Bord skond xi ligi, u f’dawn
il-kazijiet stabbiliti fis-subparagrafu (1) ta’ dan il-
paragrafu ghandhom japplikaw.
8 Ghal kull att iehor tal-procedura stabbilit fl-Ordinanza
dwar l-Akkwist ta’ Artijiet ghal Skopijiet Pubblici,, izda
li ma hemmx provdut dritt dwaru f’din it-Tariffa .......... Lm 5
Izda drittijiet ghal servizzi li ma hemmx provdut
specifikatament dwarhom f’din it-Tariffa, izda li hemm
provdut dwarhom f’Tariffi ohra li hemm fil-Kodici ta’
Organizzazzjoni u Procedura Civili, ghandhom jigu
intaxxati skond dawk it-Tariffi.
9 Ghall-ftuh tar-registru wara l-hinijiet tax-xoghol tar-
registru:
(i) dritt tar-registru ......................................... Lm 50
(ii) dritt dovut lid-deputat registratur li jattendi  Lm 20
(iii) dritt dovut lil kull ufficjal ezekuttiv
mehtieg biex tigi ezegwita n-notifika ....... Lm 15
4 L.S.88.01 h PROCEDURI TAL-BORD TA’ L-ARBITRAGG
10 (1) Il-Bord jista’, meta jaghti d-decizjoni tieghu,
jordna li l-attur jew l-konvenut f’kawza jhallas somma
addizzjonali lir-Registratur tal-Qrati li tammonta ghal
mhux anqas minn Lm 100 u mhux izjed minn Lm 250,
jekk il-Bord jidhirlu li l-att tal-procedura li bih inbdiet
il-kawza jew l-att tal-procedura b’risposta kienu
fiergha jew vessatorji, jew li xi wahda mill-partijiet
tawlet il-proceduri minghajr bzonn, u f’dak il-kaz din
is-somma ma tkunx tista’ tintalab lura mill-parti l-ohra.
Ma jkun hemm ebda appell mid-decizjoni tal-Bord.
(2) Il-Bord jista’ wkoll, fis-sentenza tieghu, jirreferi
lill-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-Gustizzja
lill-avukat ta’ l-attur jew tal-konvenut, jekk il-Bord
jidhirlu li l-avukat kien responsabbli, totalment jew
parzjalment, ghall-att tal-procedura fieragh jew
vessatorju, jew biex itawwal il-proceduri.
Ma jkun hemm ebda appell mid-decizjoni tal-Bord. 
11 (1) Id-drittijiet kollha dovuti ghandhom jithallsu
filwaqt tal-prezentata ta’ l-att relattiv, u r-Registratur
ma jaccettax ghall-prezentata xi att tal-procedura li ma
jkollux mieghu d-dritt relattiv.
(2) L-intaxxar li jsir mir-Registratur ta’ l-ammont ta’
drittijiet li ghandu jithallas ikun finali.
(3) Fl-intaxxar tad-drittijiet imnizzla f’din it-Tariffa
ma jittiehed ebda qies ta’ xi frazzjoni ta’ Lm 1.
12 (1) Ir-Registratur ghandu jara li taxxa ta’ l-ispejjez
tinzamm fl-inkartament ta’ kull kawza u ghandu jnizzel
minnufih fit-taxxa l-hlasijiet kollha maghmula lir-
Registratur u l-hlasijiet kollha dovuti lill-avukati u l-
prokuraturi legali tal-partijiet, u l-partijiet, l-avukati
taghhom u l-prokuraturi legali taghhom ikollhom dritt
ghal kopja tat-taxxa f’kull hin.
(2) Fi zmien xahar mill-ghoti tad-decizjoni finali, ir-
Registratur ghandu jara li tithejja taxxa finali ta’ l-
ispejjez.
