KUMITAT GHALL-AMMINISTRAZZJONI TA’ L-ISPTAR g L.S.94.07 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.07
ORDNIJIET PERMANENTI TAL-KUMITAT 
GHALL-AMMINISTRAZZJONI TA’ L-ISPTAR
18 ta’ Dicembru, 1959
L-AVVIZ LEGALI 87 ta’ l-1959.
Titolu.
Kumitat ghall-Amministrazzjoni ta’ l-iSptar.
Taht il-quorum.
iffissat ghal-laqgha, il-hwejjeg kollha fuq l-agenda ghandhom
jibqghu ghas-seduta ta’ wara u ghandhom jigu trattati qabel il-
hwejjeg l-ohra kollha li jkunu jidhru fuq l-agenda ta’ dik il-laqgha.
Laqghat ordinarji u 
specjali.
3. (1) Il-laqghat ordinarji tal-Kumitat ghall-amministrazzjoni
ta’ l-isptar, aktar l-isfel imsejjah "il-Kumitat", ghandhom jissejhu
mic-Chairman. Avviz tal-laqgha ghandu jinghata jumejn utili qabel
id-data tal-laqgha.
(2) Hames membri jistghu jitolbu bil-miktub biex issir laqgha
specjali kemm-il darba inizzlu l-iskop li ghalih il-laqgha hija
mehtiega. Il-laqgha ghandha tissejjah eghluq jumejn minn meta tigi
ricevuta dik it-talba.
(3) Laqghat specjali ghandhom ukoll isiru meta ic-Chairman
jidhirlu li ikun hemm hwejjeg urgenti biex jigu trattati qabel il-
laqgha ordinarja ta’ wara.
Proceduri tal-
Kumitat.
4. (1) Il-proceduri kollha tal-Kumitat ghandhom jinzammu
f’forma ta’ minuti u merfugha regolarment.
(2) Il-minuti ta’ laqgha ghandhom jinqraw lill-Kumitat fil-
laqgha ta’ wara u ghandhom jigu ffirmati mic-Chairman kif
konfermati jew emendati.
(3) Il-minuti jkunu accessibbli ghall-membri kollha f’kull
zmien waqt il-hinijiet ta’ l-ufficcju.
(4) L-opinjonijiet moghtija mill-membri waqt is-seduta
ghandhom ikunu konfidenzjali. Il-konkluzjonijiet u d-decizjonijiet
ghandhom ikunu konfidenzjali meta l-Kumitat jiddecidi li
ghandhom ikunu hekk.
Votazzjoni.
(a) ebda membru ma ghandu jiehu sehem fid-diskussjoni
jew jivvota fuq xi kwistjoni li fiha huwa ikun
personalment interessat jew fuq xi kwistioni li fiha l-
persuna nteressata tkun qarib tieghu mid-demm sar-
raba’ grad (jigifieri, li tkun prim kugin tieghu jew
aktar qarib tieghu mid-demm) jew qarib miz-zwieg
sat-tieni grad (jigifieri, li tkun in-neputi jew neputija
tieghu jew aktar qarib tieghu biz-zwieg) jew li jkun
tutur jew kuratur taghha, jew fil-fatt jiehu hsiebha;
(b) ic-Chairman jew kull membru iehor li jkun jaf b’xi
wahda mir-ragunijiet msemmija fil-paragrafu (a)
2 L.S.94.07 h KUMITAT GHALL-AMMINISTRAZZJONI TA’ L-ISPTAR
ghandu jigbed l-attenzjoni tal-Kumitat, kemm jista’
jkun malajr;
(c) il-votazzjoni ghandha tkun b’vot sigriet jekk xi
membru hekk jitlob.
Votazzjoni. 6. Waqt il-votazzjoni ebda membru ma jista’ jitlaq mil-laqgha
izda ebda membru ma ghandu jigi mgieghel jivvota.
Agenda. 7. (1) L-agenda ghal kull laqgha ordinarja ghandha tintbghat
lil kull membru mill-anqas jumejn utili qabel id-data tal-laqgha.
Izda, f’kazijiet specjali ta’ urgenza l-Kumitat jista’ jikkunsidra
kwistjoni li ma kinitx fl-agenda jekk ma jkunx hemm oggezzjoni
minn xi membru prezenti.
(2) Kull decizjoni jew kull kaz specjali ta’ urgenza li ma jkunx
fl-agenda jkunu validi biss jekk in-numru tal-membri li jivvotaw
favur ikun izjed minn nofs in-numru tal-membri kollha li jiffurmaw
il-Kumitat.
Aggornament ta’ 
laqghat.
8. (1) Il-Kumitat jista’ jaggorna laqgha ghal kull gurnata jew
hin (kif jidhirlu xieraq), izda l-ewwel xoghol li ghandu jsir fil-
laqgha aggornata ghandu jkun dak li jkun jidher fl-agenda u li ma
jkunx gie konkjus fil-laqgha originali.
(2) Emenda ghall-mozzjoni ta’ aggornament tista’ titressaq
biex tbiddel il-gurnata jew il-hin tal-laqgha aggornata.
(3) Meta l-laqgha tal-Kumitat tkun aggornata ghal izjed minn
erbgha u ghoxrin siegha ’l quddiem, avviz tal-laqgha aggornata
ghandu jintbghat lil kull membru, u jispecifika x-xoghol li ghandu
jitmexxa.
Sotto-kumitati. 9. (1) Il-Kumitat jista’ jahtar kif jidhirlu mehtieg sotto-
kumitati specjali jew sotto-kumitati permanenti biex jistudjaw,
jikkonsultaw u jirrapportaw dwar hwejjeg lilhom riferiti mill-
Kumitat.
(2) Dawn is-sotto-kumitati ghandhom jissottomettu r-rapporti
taghhom bil-miktub lic-Chairman tal-Kumitat u jaghtu r-ragunijiet
ghar-rakkomandazzjonijiet taghhom. Il-proceduri u- r-rapporti
kollha ta’ dawn is-sotto-kumitati ghandhom ikunu konfidenzjali.
(3) Ic-Chairman ghandu jissottometti dawk ir-rapporti ghall-
kunsiderazzjoni u decizjoni tal-Kumitat, kemm jista’ jkun malajr.
