ETIKA TAL-PROFESSJONI DENTALI g L.S.94.14 1
LEGISLAZZJONI SUSSIDJARJA 94.14
REGOLAMENTI DWAR L-ETIKA
TAL-PROFESSJONI DENTALI
14 ta’ Settembru, 1971
L-AVVIZ ta’ l-14 ta’ Settembru, 1971.
Titolu.
Etika tal-Professjoni Dentali.
Dixxiplina 
gudizzjarja.
2. Nigbdu l-attenzjoni tal-membri tal-professjoni dentali
ghall-Avviz Generali mahrug mill-Kunsill Mediku fil-5 ta’ Marzu,
1971, biex jiggwida l-membri tal-professjonijiet li fuqhom tezercita
poteri ta’ dixxiplina, dwar -
(a) l-abbuz fir-relazzjonijiet professjonali,
(b) il-kundanni,
(c) ic-certifikati foloz,
(d) ir-reklami,
Kap. 101.
(e) il-kontravenzjonijiet ta’ l-Ordinanza u r-Regolamenti
dwar il-Medicini Perikoluzi,
(f) covering,
(g) il-kummissjonijiet,
(h) ftehim biex jaqsam ma’ haddiehor,
(i) it-tnaqqis fid-drittijiet professjonali, u
(j) is-segriet professjonali.
Tifsir ta’ l-
"ezercenti".
3. Kull fejn "l-ezercenti" hija wzata f’dawn ir-Regolamenti,
tfisser kirurgu dentali jew dentist.
L-ezercenti ma 
ghandux joqghod 
jahsibha biex 
jipproponi jew li 
jaccetta 
konsultazzjonijiet.
4. (a) L-ezercenti ma ghandux joqghod jahsibha biex
jipproponi jew li jaccetta konsultazzjonijiet ma’
kollega professjonali meta din tidher necessarja fl-
interess tal-pazjent. L-attendenza ta’ l-ezercenti
konsulenti ghandha tieqaf meta l-konsultazzjoni
tispicca kemm-il darba ma jkunx sar arrangament iehor
ghall-appuntament mill-ezercenti li jattendi.
(b) Meta l-ezercenti jara pazjent fil-kamra tieghu fuq talba
tat-tabib mediku tieghu jew ezercenti iehor, huwa d-
dmir tieghu li jikteb lil ta’ l-ahhar fejn ighid l-opinjoni
tieghu dwar il-kaz u l-mod ta’ kura li huwa jahseb li
ghandha tigi adottata.
(c) Kull differenza fl-opinjonijiet ma ghandhiex tissemma
jekk dan mhux necessarju, izda meta d-differenza ta’
opinjoni tigi eliminata, il-fatti ghandhom frankament u
imparzjalment jigu spjegati lil dawk li jigu mill-
pazjent li jfittxu pariri ohra, jew preferibbilment
f’konsultazzjoni ma dawk li diga  atttendew jew mat-
tabib mediku jew ma’ l-ezercenti biss.
2 L.S.94.14 h ETIKA TAL-PROFESSJONI DENTALI
(d) Meta jkun id-dmir ta’ l-ezercenti li jkun qieghed
jokkupa posizzjoni ufficjali li jara u jirrapporta fuq kaz
ta’ mard jew korriment, huwa ghandu jikkomunika
mal-pazjent u jinfurmah li huwa d-dritt tieghu li jitlob
lill-ezercenti tieghu biex ikun prezenti matul l-ezami.
L-ezercenti li jara l-kaz ufficjalment skrupolozament
m’ghandux jindahal jew jirrimarka fuq il-kura jew
djanjosi li giet adottata.
Ezercenti ma 
ghandux jaghti 
informazzjoni.
5. L-ezercenti ma ghandux jaghti volontarjament, minghajr il-
kunsens tal-pazjent, preferibilment bil-miktub, xi informazzjoni,
inkluz certifikat li huwa kiseb fil-kors tar-relazzjoni tieghu
professjonali mal-pazjent. L-eccezzjoni ghar-regola tinstab biss
skond il-htigiet tal-ligi.
Pazjent li diga  
huwa taht il-kura 
ta’ ezercenti iehor.
6. (a) Meta l-ezercenti jigi mitlub biex jattendi pazjent li diga
huwa taht il-kura ta’ ezercenti iehor, huwa ghandu
jirrifjuta li jaghmel dan, hlief f’konsultazzjoni ma’ l-
ezercenti li jkun qieghed jikkurah, jew f’kazijiet li l-
konsultazzjoni ma gietx miftiehma, sakemm l-
ezercenti li jkun qieghed jikkura jigi nformat,
possibbilment bil-miktub, illi s-servizzi tieghu
m’ghadhomx mehtiega. Dan ma jappliokax f’kaz ta’
emergenza.
(b) L-ezercenti li jigi mitlub li jara pazjent f’emergenza, li
f’cirkostanzi ordinarji kellu jattendi l-ezercenti iehor,
meta tispicca l-emergenza, ghandu jirtira favur l-
ezercenti tas-soltu, izda ghandu d-dritt li jitlob hlas
lill-pazjent ghas-servizzi tieghu.
(c) Meta l-ezercenti huwa kkonsultat fl-ufficcju tieghu,
mhux necessarju ghalih li jistaqsi jekk il-pazjent
huwiex taht il-kura ta’ ezercenti iehor, izda jekk dak li
gara jsir maghruf allura l-interess tal-pazjenti u anki l-
kortesija jitolbu illi l-ezercenti jew it-tabib mediku
jkun informat bil-konsultazzjoni u r-rizultati taghha.
L-ebda ezercenti 
ma ghandu jaccetta 
kummissjoni.
7. (a) L-ebda ezercenti ma ghandu jaccetta kummissjoni jew
flus biex jigi introdott pazjent ghall-konsultazzjoni,
ghal sptar privat jew istituzzjoni ohra, jew ghal
ezercenti mediku, spizjar, nurse, qabla jew persuna
ohra jew kumpannija, u huwa ma ghandux ihallas flus
ghall-introduzzjoni ta’ pazjenti ghalih innifsu.
(b) L-ezercenti ma ghandux jippartecipa jew jaqsam f’xi
hlasijiet li l-pazjent ma jkunx jaf bihom barra mill-kaz
ta’ studju dentali normali, u dan japplika ghall-
konsultazzjonijiet bejn l-ezercenti u l-ezercenti medici.
Reklam. 8. L-ezercenti ma ghandux jaghmel minn jeddu u l-anqas
jippermetti li jsiru reklami dwar l-istatus professjonali jew xoghol
tieghu.
Bdil ta’ indirizz. 9. Kull bidla fl-indirizz jew fil-hinijiet tal-prattika tal-
kirurgija jistghu jigu mibghuta b’ittra lill-pazjenti u ppubblikati
mhux aktar minn tliet darbiet fl-istampa kemm-il darba l-
pubblikazzjonijiet isiru f’tipi normali. Ma hemm ebda oggezzjoni
ghall-avviz adattat li jigi mqieghed fil-waiting room.
ETIKA TAL-PROFESSJONI DENTALI g L.S.94.14 3
Direttorji tat-
telefon.
10. L-ezercenti ma ghandux ihalli ismu li jidher b’tipa specjali,
jew bhala dahla specjali fid-direttorju tat-telefon. Ma hemm,
madankollu, l-ebda oggezzjoni li jigu nkluzi gradi jew diplomi
specjali ta’ wara l-lawrja.
Relazzjoni ma’ 
tobba.
11. Il-kondotta professjonali ta’ l-ezercenti hija ggwidata
essenzjalment mill-principji bhal dawk addottati mill-professjoni
medika u r-relazzjonijiet bejn tabib u dentist ghandhom jkunu
soggetti ghall-istess konsiderazzjonijiet mahsuba ghal dawk ghar-
relazzjonijiet bejn ezercenti generali u konsulent.
Meta l-ezercenti, fi kwalunkwe forma ta’ prattika, ghandu
ghaliex jahseb illi l-pazjent li jitolbu biex jaghtih parir jew
jikkurah, qieghed isofri minn kondizzjoni li nqalghet minn, jew
konnessa ma’ kura medika, huwa d-dmir ta’ l-ezercenti li jgieghel
lill-pazjent biex jippermettilu li jikkomunika ma’ l-ezercenti
mediku. Jekk il-pazjent jirrifjuta din il-proposta, l-ezercenti huwa
liberu li jikkura kif huwa necessarju biex jaghmel tajjeb ghal xi
kondizzjoni ta’ emergenza. L-ezercenti kkonsultat ma ghandux
jirreferi l-pazjent ghat-tieni ezercenti mediku jekk huma ma jiksbux
minghand il-pazjent permess biex isemmi dan il-fatt lill-ewwel
ezercenti mediku. 
Fejn pazjent ma jkollux tabib, huwa xieraq, izda biss fuq
talba specifika tal-pazjent, ghall-ezercenti biex jindika l-isem ta’
ezercenti mediku maghruf ghalih li jista’ jigi kkonsultat, izda huwa
ma ghandux jindika lill-pazjent il-kura illi huwa jikkonsidra li
ghandha tinghata mill-ezercenti mediku. L-ezercenti ghandu, bil-
permess tal-pazjent, jikkomunika lit-tabib l-opinjoni tieghu tal-kaz.
Jekk l-ezercenti jkollu bzonn opinjoni ohra medika jew dentali,
rapport patologiku jew radjologiku minn terza persuna, jew
referenza ghal sptar, huwa ghandu jinforma l-ezercenti mediku
interessat ghall-azzjoni proposta u ghal dak li jista’ jinqala’ wara.
L-ezercenti jista’ jaghzel anestetitiku ghal pazjent izda
jekk l-anestetista mhux it-tabib tal-pazjent stess l-ebda oggezzjoni
ma ghandha ssir lill-pazjent li jistieden lit-tabib tieghu stess biex
ikun prezenti. Fejn il-pazjent huwa taht kura medika, d-dentista
jkun mistenni li jinforma t-tabib tal-pazjent ta’ xi operazzjoni
proposta li tkun tinhtieg l-anestetiku.
