WEGHDIETTA’ZWIEG gKAP. 5.   1
KAPITOLU 5 
LIGI DWAR WEGHDIET TA’ ZWIEG
Biex tnehhi s-setgha lill-qrati li jordnaw l-esekuzzjoni specifika ta’
weghdiet u kuntratti ta’ zwieg, u biex taghti rimedji ohra ghall-ksur
taghhom.
(28 ta’ Gunju, 1834)*
Saret ligi bil-PROKLAMA NRU. VI  TA’ l-1834.
Titolu fil-qosor. 
Zwieg.
Il-qrati ma 
ghandhomx setgha 
li jordnaw l-
esekuzzjoni 
specifika ta’ 
weghdiet ta’ 
zwieg.
2. Ebda qorti f’Malta ma ghandha gurisdizzjoni, setgha jew
awtorita li ggieghel bil-fors, tiggudika, tiddigrieta jew tordna
specifikatament lil persuna li tesegwixxi jew tkompli weghda ta’
zwieg maghmula lil persuna ohra, jew kuntratt jew ftehim li tkun
ghamlet ma’ persuna ohra dwar celebrazzjoni ta’ zwieg.
Azzjoni ghad-
danni.
3. (l) B’dana kollu, jekk persuna kapaci skond il-ligi li
tobbliga ruhha, jew persuna li ma tkunx hekk kapaci minhabba li
tkun taht is-setgha tal-missier jew taht setgha legittima ohra jew
taht xi limitazzjoni, izda li tagixxi bil-kunsens moghti lilha kif
imiss mill-persuna jew persuni li jkollhom skond il-ligi dik is-
setgha, taghmel dik il-weghda, kuntratt, jew ftehim kif jinghad
hawn fuq, u tiksirhom volontarjament u illegalment, jew, wara li
taghmel il-weghda, kuntratt, jew ftehim fuq imsemmijin, tirrifjuta
illegalment li tesegwihom fi zmien xieraq, wara li tigi mitluba, (u
jekk hux bizzejjed dan iz-zmien hija kompetenti li tiggudika l-
qorti), il-parti offiza ghandha jedd li tezercita l-azzjoni ta’ danni
kontra l-parti hatja ta’ dak il-ksur jew ta’ dak in-nuqqas ta’
esekuzzjoni, b’dak il-mod, u taht l-istess regoli stabbiliti mil-ligi
ghat-talba ta’ danni ghall-ksur ta’ kull weghda, kuntratt, jew ftehim
iehor.
(2) F’kull azzjoni bhal din, il-parti offiza ghandha l-jedd titlob,
mhux biss id-danni u l-ispejjez li jkunu fil-fatt gew ikkagunati u li
jkollhom jinghataw skond il-ligi, izda wkoll dik is-somma
ragonevoli ta’ flus, b’kumpens ghall-ingurja ikkagunata, li l-qorti,
fid-diskrezzjoni taghha, meta tqis il-karattru u l-kondizzjoni tal-
partijiet kif ukoll ic-cirkostanzi l-ohra kollha tal-kaz, jidhrilha li
hija xierqa, u li, wara li tisma’ l-kawza, taghti u tiffissa.
(3) Mid-decizjoni tal-qorti jista’ jsir appell bl-istess mod u taht
l-istess regoli li l-ligi tistabbilixxi ghall-appelli minn sentenzi jew
digrieti fuq ksur ta’ weghdiet, kuntratti, jew ftehim iehor. 
* Mahruga fit-2 ta’ Lulju, 1834, Gazzetta tal-Gvern Nru. 1224.
