TRUSTS  gKAP. 374.    1
KAPITOLU 374
ATT LI JIRRIKONOXXI TRUSTS
Biex Malta tirratifika l-Konvenzjoni fuq il-ligi applikabbli ghal Trusts u
ghall-gharfien taghhom, u biex jaghmel xi emendi lill-Att dwar  Offshore
Trusts, Kap. 331.
(23 ta’ Settembru, 1994)*
Sar ligi bl-ATT XX ta’ l-1994.
Titolu fil-qosor.
Tifsir. 
xort’ohra -
"il-Konvenzjoni" tfisser il-Konvenzjoni dwar il-ligi applikabbli
ghal  trusts  u ghall-gharfien taghhom li giet addottata mill-
Konferenza ta’ l-Ajja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat fl-20 ta’
Ottubru, 1984, u li dahlet fis-sehh fl-1 ta’ Jannar, 1992;
"trust" tfisser trust kif hemm referenza ghaliha fl-Artikolu 2 tal-
Konvenzjoni.
(2) F’dan l-Att, jekk hemm xi konflitt bejn it-test Ingliz u t-test
Malti, it-test Ingliz ghandu jipprevali.
ll-ligi applikabbli u 
l-gharfien ta’ 
trusts.
3. (1) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikoli minn 1 sa 12, 14, 15,
16 (l-ewwel paragrafu biss), 17, 18, u 22 (l-ewwel paragrafu biss)
tal-Konvenzjoni kif murija fl-Ewwel Skeda ghal dan l-Att
ghandhom isehhu bhala ligi f’Malta.
(2) Skond l-Artikolu 15 tal-Konvenzjoni, fejn ir-regoli Maltin
dwar konflitt ta’ ligi jitolbu li jigu applikati l-ligijiet ta’ Malta jew
ta’ Stat barrani fejn ghandhom x’jaqsmu ma’ xi wahda mill-
hwejjeg li gejjin:
(a) il-protezzjoni ta’ minuri jew persuni inkapaci; 
(b) l-effetti persunali u partimonjali taz-zwieg; 
(c) drittijiet tas-successjoni, kemm minn testment jew ab
intestato,  specjalment il-porzjoni rizervati tal-mara u
r-ragel u qraba;
(d) it-trasferiment ta’ titolu f’proprjeta u interessi
ipotekarji f’proprjeta;
(e) il-protezzjoni ta’ kredituri fi hwejjeg ta’ insolvenza; 
(f) il-protezzjoni, f’aspetti ohra, ta’ terzi persuni li
jagixxu in bona fede,
hekk, hlief kif hemm provdut fis-subartikolu li gej, dawk il-ligijiet
ghandhom jigu applikati mill-qrati Maltin b’eskluzjoni ghad-
disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni sa fejn dawk il-ligijiet ma
*Ara s-subartikolu (2) ta’ l-artikolu 1 ta’ l-Att kif gie originarjament promulgat,
liema subartikolu gie mholli barra taht l-Att ta’ l-1980 dwar ir-Revizjoni tal-
Ligijiet Statutarji, u l-Avviz Legali 118 ta’ l-1994.
 2      KAP. 374.h      TRUSTS
jistghux jigu derogati b’att volontarju u huma nkompatibbli mal-
Konvenzjoni.
(3) Jekk persuna domiciljata barra minn Malta tittrasferixxi jew
tiddisponi minn proprjeta mobbli matul hajjitha lil jew favur ta’
trust -
(a) dik il-persuna titqies li kienet kapaci li taghmel hekk,
jekk fiz-zmien tat-trasferiment jew disponiment kienet
maggorenni u kellha kapacita mentali shiha taht il-ligi
tad-domicilju taghha; u
(b) ebda regola dwar wirt jew successjoni ghal dik il-
proprjeta mobbli (li tinkludi, izda bla hsara ghall-
generalita ta’ dak imsemmi qabel, wirt furzat,
legittima jew drittijiet simili) tal-ligi tad-domicilju
taghha jew ta’ xi sistema ta’ ligi barranija applikabbli
taht ir-regoli Maltin ta’ konflitt ta’ ligi m’ghandha
teffettwa l-gharfien ta’ dak it-trust mill-qrati ta’ Malta.
Ghall-finijiet ta’ dan is-subartikolu, "wirt furzat" ifisser
regola legali li tirrestringi d-dritt ta’ persuna li tiddisponi mill-
proprjeta taghha matul hajjitha sabiex dik il-proprjeta tigi
priservata biex titqassam wara mewtha, jew li jkollha effett simili.
(4) Skond l-ewwel paragrafu ta’ l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni,
il-qrati m’ghandhomx jaghtu effett lil trust  sa fejn id-
disposizzjonijiet tat-trust ikunu nkompatibbli ma’ regoli tal-ligi
Maltija li huma mandatarji, bla ma jittiehed kaz tar-regoli Maltin
ta’ konflitt ta’ ligi.
(5) Bla hsara ghall-generalita ta’ l-Artikolu 18 tal-
Konvenzjoni, il-qrati m’ghandhomx jaghtu effett lil trust meta biex
jaghmlu hekk, ikun inkonsistenti ma’ l-ordni bazika pubblika tal-
ligi Maltija.
(6) Fl-Artikolu 17 tal-Konvenzjoni, ir-referenza ghal Stat
tinkludi referenza ghal kull pajjiz jew territorju (kemm jekk parti
fil-Konvenzjoni jew le) li jkollu s-sistema legali tieghu.
(7) L-Artikolu 22 tal-Konvenzjoni m’ghandux jiftiehem bhala
li jolqot il-ligi li ghandha tigi applikata rigward xi haga maghmula
jew li naqset li tigi maghmula qabel il-bidu fis-sehh ta’ dan l-Att.
(8) Xejn fil-Konvenzjoni ma ghandu jkollu xi effett dwar l-
interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tal-ligijiet ta’ Malta rigward
materji fiskali.
TRUSTS  gKAP. 374.    3
SKEDA
(Artikolu 3)
KONVENZJONI DWAR IL-LIGI APPLIKABBLI GHAL TRUSTS U DWAR L-
GHARFIEN TAGHHOM
KAPITOLU I - SKOP
Artikolu 1
Din il-Konvenzjoni tispecifika l-ligi applikabbli ghal trusts u tirregola l-gharfien
taghhom.
Artikolu 2
Ghall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni, il-kelma trust tirreferi ghar-relazzjoni legali
mahluqa - inter vivos jew b’mewt - minn persuna, is-settlor, fejn l-assi jitpoggew
taht il-kontroll ta’ trustee ghall-beneficcju ta’ beneficjarju jew ghal skop specifikat.
Trust ghandu dawn il-karatteristici:
(a) l-assi jikkostitwixxu fond separat u mhumiex parti mill-partimonju tat-
trustee innifsu;
(b) it-titolu ta’ l-assi tat-trust huma f’isem it-trustee jew f’isem persuna ohra
ghan-nom tat-trustee;
(c) it-trustee ghandu s-setgha u d-dmir li, ghar-rigward ta’ dak li ghalih hu
responsabbli, jamministra, juza, jew jiddisponi mill-assi skond il-kundizzjonijiet tat-
trust u l-obligazzjonijiet specjali mposti fuqu mil-ligi.
Sewwa jekk is-settlor izomm xi drittijiet jew poteri, u sew jekk it-trustee innifsu
jkollu drittijiet bhala beneficjarju, mhumiex necessarjament inkonsistenti ma’ l-
ezistenza ta’ trust.
Artikolu 3
Il-Konvenzjoni tapplika biss ghal trusts mahluqin volontarjament u bil-miktub.
Artikolu 4
Il-Konvenzjoni ma tapplikax ghal kwistjonijiet preliminarji li jirrelataw ghall-
validita ta’ testmenti jew ta’ atti ohra li bis-sahha taghhom assi jigu trasferiti lit-
trustee.
Artikolu 5
Il-Konvenzjoni ma tapplikax ghal trusts jew ghal kategorija ta’ trusts safejn il-ligi
specifikata fil-Kapitolu II ma tipprovdix ghalihom.
KAPITOLU II - LIGI APPLIKABBLI
Artikolu 6
Trust ghandu jkun regolat mil-ligi maghzula mis-settlor. L-ghazla ghandha tkun
espressa jew implicita kif provdut fid-dokument tat-trust jew fil-kitba li turi l-
 4      KAP. 374.h      TRUSTS
ezistenti ta’ trust interpretati, jekk hemm bzonn, fid-dawl tac-cirkostanzi tal-kaz.
Meta l-ligi maghzula skond id-disposizzjonijiet tal-paragrafu ta’ qabel ma
tipprovdix ghal trusts jew ghal kategorija ta’ trust in kwistjoni, l-ghazla ma jkollhiex
effett u l-ligi specifikata fl-Artikolu 7 ghandha tapplika.
Artikolu 7
Meta ebda ligi applikabbli ma tkun giet maghzula, trust ghandu jigi rregolat bil-
ligi li maghha huwa l-aktar marbut.
Biex jigi accertat ma’ liema ligi trust huwa l-aktar marbut, ghandha ssir riferenza
in partikolari ghal:
(a) il-post ta’ l-amministrazzjoni tat-trust msemmi mis-settlor; 
(b) is-situs ta’ l-assi tat-trust;
(c) il-post tar-residenza jew tax xoghol tat-trustee;
(d) l-ghanijiet tat-trust u l-postijiet fejn dawn ghandhom jigu esegwiti.
Artikolu 8
Il-ligi specifikata mill-Artikoli 6 jew 7 ghandha tirregola l-validita tat-trust, l-
interpretazzjoni tieghu, l-effetti tieghu u l-amministrazzjoni tat-trust.
B’mod partikolari dik il-ligi ghandha tirregola -
(a) il-hatra, rizenja u tnehhija ta’ trustees, il-kapacita li tagixxi bhala trustee, u
l-passagg ta’ l-ufficcju ta’ trustee minn wiehed ghal iehor;
(b) id-drittijiet u d-dmirijiet ta’ trustees bejniethom;
(c) id-dritt tat-trustees li jiddelegaw fl-intier jew in parti t-twettiq tad-dmirijiet
taghhom jew l-ezercizzju tas-setghat taghhom;
(d) is-setgha tat-trustee li jamministra jew jiddisponi minn assi tat-trust, li
jikkreja drittijiet ipotekarji jew ta’ garanzija fuqhom, jew li jakkwista assi godda;
(e) is-setgha ta’ trustees li jinvestu;
(f) restrizzjonijiet fuq it-tul ta’ zmien ta’ trust, u fuq is-setgha li d-dhul ta’ trust
jigi akkumulat;
(g) ir-relazzjonijiet bejn it-trustees  u l-beneficjarji inkluza r-responsabbilta
persunali tat-trustees lejn il-beneficjarji;
(h) il-varjazzjoni jew terminazzjoni tat-trust; 
(i) id-distribuzzjoni ta’ l-assi tat-trust;
(j) id-dmir ta’ trustees li jaghtu kont ta’ l-amministrazzjoni taghhom. 
Artikolu 9
Fl-applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu aspett tat-trust li jista’ jinqata’ mill-ohrajn,
b’mod partikolari hwejjeg ta’ amministrazzjoni, jistghu jigu regolati minn ligi
differenti.
TRUSTS  gKAP. 374.    5
Artikolu 10
Il-ligi applikabbli ghall-validita ta’ trust ghandha tiddetermina jekk dik il-ligi jew
il-ligi li tirregola xi aspett li jista’ jinqata’ mill-ohrajn, jistax jigi sostitwit b’ligi
ohra.
KAPITOLU III - GHARFIEN 
Artikolu 11
Trust ikkrejat skond ligi specifikata mill-Kapitolu ta’ qabel dan ghandu jigi
moghti gharfien bhala trust.
Dak l-gharfien ghandu jimplika, bhala minimu, illi l-proprjeta tat-trust
tikkostitwixxi fond separat, illi t-trustee jista’ jfittex jew jigi mfittex fil-qorti fil-
kwalita tieghu ta’ trustee, u illi hu jista’ jidher jew jagixxi f’dik il-kwalita quddiem
nutar jew kull persuna li tkun qed tagixxi f’kapacita ufficjali.
Sa fejn il-ligi applikabbli ghat-trust tehtieg jew tipprovdi, dak l-gharfien ghandu
b’mod partikolari jimplika -
(a) illi l-kredituri persunali tat-trustee ma jkollhom ebda jedd kontra l-assi tat-
trust;
(b) illi l-assi tat-trust m’ghandhomx jiffurmaw parti mill-patrimonju tat-trustee
meta dan ikun fi stat ta’ insolvenza jew falliment;
(c) illi l-assi tat-trust m’ghandhomx jifformaw parti mill-proprjeta matrimonjali
tat-trustee u l-konjugi tieghu u l-anqas parti mill-assi ereditarji tieghu ma’ mewtu;
(d) illi l-assi tat-trust jistghu jigu rkuprati meta t-trustee bi ksur tat-trust, ikun
hallat l-assi tat-trust ma’ l-assi tieghu jew ikun aljena assi tat-trust. B’danakollu id-
drittijiet u obbligazzjonijiet ta’ terza persuna li jkollha f’idejha dawk l-assi
ghandhom jibqghu regolati bil-ligi determinata skond ir-regoli ta’ ghazla ta’ ligi tal-
forum.
Artikolu 12
Fejn it-trustee jixtieq jirregistra assi, mobbli jew immobbli, jew dokumenti ta’
titolu ghalihom, hu jkollu d-dritt, sa fejn dan ma jkunx projbit minn jew
inkonsistenti mal-ligi ta’ l-Istat fejn ir-registrazzjoni tkun mitluba, li jaghmel hekk
fil-kwalita tieghu ta’ trustee jew b’xi mod iehor li l-ezistenza tat-trust tkun murija.
Artikolu 14
Din il-Konvenzjoni m’ghandhiex tostakola l-applikazzjoni ta’ regoli ta’ ligi aktar
favorevoli ghall-gharfien ta’ trusts.
KAPITOLU IV - KLAWSOLI GENERALI 
Artikolu 15
Il-Konvenzjoni ma tostakolax l-applikazzjoni tad-disposizzjonijiet tal-ligi
specifikata mir-regoli ta’ konflitt ta’ ligi tal-forum, sa fejn dawk id-disposizzjonijiet
ma jistghux jigu derogati b’att volontarju, u li jirreferu b’mod partikolari ghall-
materji li gejjin:
 6      KAP. 374.h      TRUSTS
(a) il-protezzjoni ta’ minuri u persuni inkapaci; 
(b) l-effetti persunali u patrimonjali taz-zwieg; 
(c) drittijiet successorji, kemm minn testment jew ab intestato, specjalment il-
porzjonijiet rizervati ta’ l-armel jew ta’ l-armla u qraba tal-mejjet;
(d) it-trasferiment ta’ titolu fi proprjeta u interessi ipotekarji fi proprjeta; 
(e) il-protezzjoni ta’ kredituri f’materja ta’ insolvenza; 
(f) il-protezzjoni, f’aspetti ohra, ta’ terzi persuni li jagixxu in bona fede.
Jekk l-gharfien tat-trust ma jkunx jista’ jinghata minhabba l-applikazzjoni tal-
paragrafu precedenti, il-qorti ghandha tipprova taghti effett lill-ghanijiet tat-trust
b’mezzi ohra.
Artikolu 16
Il-Konvenzjoni ma tostakolax l-applikazzjoni ta’ dawk id-disposizzjonijiet tal-ligi
tal-forum li ghandhom jigu applikati anke f’sitwazzjonijiet internazzjonali,
irrispettivament mir-regoli ta’ konflitt ta’ ligijiet.
Artikolu 17
F’din il-Konvenzjoni il-kelma "ligi" tifisser ir-regoli ta’ ligi fis-sehh fi Stat barra
mir-regoli ta’ konflitt ta’ ligijiet.
Artikolu 18
Id-disposizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni jistghu jigu mwarrba meta l-
applikazzjoni taghhom tkun manifestament inkompatibbli ma’ l-ordni pubbliku
(ordre public).
Artikolu 22
Din il-Konvenzjoni tapplika ghal trusts irrispettivament mid-data li fiha jkunu
gew ikkrejati.
