 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      1
KAPITOLU 379
ATT DWAR IL-KOMPETIZZJONI
Biex jirregola l-kompetizzjoni u jipprovdi ghal kummerc gust f’Malta.
1 ta’ Frar, 1995
L-ATT XXXI ta’ l-1994, kif emendat bl-Att XXVIII ta’ l-2000.
Titolu fil-qosor. 
Kompetizzjoni. 
Tifsir.
Emendat:
XXVIII. 2000.2.
2. F’dan l-Att, kemm-il darba r-rabta tal-kliem ma tehtiegx
xort’ohra -
"chairman" tfisser ic-chairman tal-Kummissjoni; 
"dhul min-negozju" tfisser id-dhul totali min-negozju matul is-
sena finanzjarja precedenti fuq is-suq lokali; ghall-fini ta’ l-
artikolu 6(2) u ta’ l-artikolu 21 id-dhul min-negozju ta’ intrapriza
jfisser is-somma tad-dhul min-negozju ta’ l-intraprizi kollha fi
grupp ta’ intraprizi;
"Direttur" tfisser l-ufficjal pubbliku li jmexxi l-Ufficcju tal-
Kompetizzjoni Gusta stabbilit taht l-artikolu 3;
"grupp ta’ intraprizi" tinkludi:
(a) l-intrapriza koncernata;
(b) dawk l-intraprizi li fihom l-intrapriza koncernata,
direttament jew indirettament:
- ikollha izjed minn nofs il-kapital jew attiv tan-
negozju; jew
-  ikollha s-setgha li tezercita izjed minn nofs id-
drittijiet ta’ votazzjoni; jew
-  ikollha s-setgha li tahtar izjed minn nofs il-
membri tal-bord tad-diretturi jew korp jew korpi
ohra li legalment ikunu jirrapprezentaw lill-
intraprizi; jew
-  ikollha d-dritt li tiddiriegi l-affarijiet ta’ l-
intraprizi; 
(c) dawk l-intraprizi li jkollhom fl-intrapriza koncernata
d-drittijiet jew setghat elenkati fil-paragrafu (b);
(d) dawk l-intraprizi li fihom intrapriza kif imsemmija fil-
paragrafu (c) jkollha d-drittijiet jew setghat elenkati
fil-paragrafu (b);
(e) dawk l-intraprizi li fihom zewg intraprizi jew izjed kif
imsemmija fil-paragrafi (a) sa (d) flimkien ikollhom
id-drittijiet jew setghat elenkati fil-paragrafu (b);
"ghaqda ta’ intraprizi" tfisser korp ta’ persuni (sew jekk
inkorporat jew le) li jkun kostitwit bil-ghan li jippromwovi l-
interess kummercjali tal-membri tieghu jew ta’ persuni
  2      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
rapprezentati mill-membri tieghu;
"intrapriza'' tfisser kull persuna sew jekk tkun individwu, korp
maghqud jew mhux maghqud jew kull enti ohra, bi skop ta’ xi
attivita  ekonomika, u tinkludi grupp ta’ intraprizi;
"Kummissjoni" tfisser il-Kummissjoni ghall-Kummerc Gust
stabbilita taht l-artikolu 4;
"Ministru" tfisser il-Ministru responsabbli ghall-kummerc;
"pozizzjoni dominanti'' tfisser pozizzjoni ta’ qawwa ekonomika
li jkollha intrapriza wahda jew iktar li biha dawn l-imprizi jkunu
jistghu jipprevjenu milli jkun hemm kompetizzjoni effettiva fis-suq
rilevanti billi taghtihom is-setgha li jikkomportaw ruhhom, f’limiti
sinjifikanti, independentement mill-kompetituri, provdituri jew
xerrejja taghhom;
''prattika restrittiva'' tfisser ftehim bejn intraprizi, decizjoni minn
ghaqda ta’ intraprizi, jew prattika miftiehma projbita taht l-artikolu
5 u, jew, abbuz minn intrapriza wahda jew iktar intraprizi minn
pozizzjoni dominanti projbita taht l-artikolu 9;
"prodott" tinkludi oggetti u l-provvista ta’ servizz; 
"suq rilevanti" tfisser is-suq ghall-prodott gewwa Malta kemm
jekk ikun jew ma jkunx limitat ghal xi area jew lokalita  partikolari,
u kemm jekk ikun jew ma jkunx ristrett ghal xi perjodu partikolari
ta’ zmien jew stagun tas-sena; 
"Ufficcju" tfisser l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta stabbilit bl-
artikolu 3.
Twaqqif ta’ 
Ufficcju tal-
Kompetizzjoni 
Gusta.
Emendat:
XXVIII. 2000.3.
3. (1) Ghandu jkun hemm Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta,
li ghandu jkun dipartiment tal-Gvern li jkollu dawn il-funzjonijiet
li gejjin, jigifieri:
(a) li jaghti pariri lil intraprizi, ghaqdiet ta’ intraprizi u
lill-pubbliku dwar hwejjeg li jkollhom x’jaqsmu ma’
prattiki u proceduri ta’ kummerc gust taht dan l-Att;
(b) li jaghti pariri u jaghmel proposti u rakkoman-
dazzjonijiet lill-Ministru dwar kull haga li jkollha
x’taqsam ma’ l-ezercizzju tal-funzjonijiet tieghu taht
dan l-Att;
(c) li jinvestiga prattiki restrittivi fil-kompetizzjoni u li
jaghti bidu ghal azzjonijiet skond dan l-Att biex
jissopprimihom; u
(d) b’mod generali li jezercita s-setghat konferiti fuqu taht
dan l-Att u li jistghu jigu assenjati lilu mill-Ministru,
fil-kuntest ta’ dan l-Att. 
(2) L-Ufficcju ghandu jkun taht il-kontroll ta’ Direttur. Fl-
esekuzzjoni tal-funzjonijiet ta’ l-Ufficcju, id-Direttur jista’
jiddelega kwalunkwe wahda mis-setghat tieghu taht dan l-Att lil
kull ufficjal pubbliku impjegat jew anness mad-dipartiment tieghu.
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      3
Twaqqif tal-
Kummissjoni.
Emendat:
XXVIII. 2000.4.
4. (1) Ghandu jkun hemm Kummissjoni li ghandha tkun
maghrufa bhala l-Kummissjoni ghall-Kummerc Gust, u li ghandha
tkun maghmula minn chairman u zewg membri ohra mahtura mill-
President fuq il-parir tal-Prim Ministru.
(2) Il-Kummissjoni ghandu jkollha l-funzjonijiet lilha moghtija
b’dan l-Att u kif jistghu jigu lilha assenjati taht kull ligi ohra.
(3) (a) Ic-chairman ghandu jkun magistrat u z-zewg membri l-
ohra ghandhom ikunu ekonomista u accountant
pubbliku certifikat;
(b) Izjed minn magistrat wiehed, ekonomista wiehed u
accountant pubbliku certifikat wiehed jistghu jigu
mahtura biex joqoghdu fuq il-Kummissjoni, izda
magistrat wiehed, ekonomista wiehed u accountant
pubbliku certifikat wiehed biss jistghu joqoghdu f’kull
kaz ghalih.
(4) (a) Il-membri tal-Kummissjoni minbarra c-chairman,
hawnhekk izjed ’il quddiem f’dan l-artikolu msejha
"il-membri lajci", ghandhom jigu mahtura ghal
perijodu ta’ tliet snin u jkunu eligibbli ghall-hatra mill-
gdid.
(b) Il-membri lajci tal-Kummissjoni jistghu jirrizenjaw
mill-kariga taghhom permezz ta’ ittra indirizzata lill-
President izda ma jistghux jigu mnehhija mill-kariga
hlief mill-President li jagixxi fuq ir-rakkomandazzjoni
tal-Kummissjoni ghall-Amministrazzjoni tal-
Gustizzja.
(c) Avviz ta’ kull hatra fuq il-Kummissjoni u ta’ kull tibdil
iehor fil-membri taghha ghandu jigi pubblikat fil-
Gazzetta. 
(d) Il-membri lajci tal-Kummissjoni ghandhom jircievu
dik ir-rimunerazzjoni ghas-servizzi taghhom li tista’
tigi preskritta: izda dik ir-rimunerazzjoni ma tistax tigi
mibdula matul iz-zmien li jkunu ghadhom fil-kariga
taghhom.
(e) Persuna ma tikkwalifikax biex tinhatar jew tibqa’
membru lajk tal-Kummissjoni jekk -
(i) tkun fallut mhux mehlus; jew
(ii) tkun inghatat sentenza ta’ prigunerija ghal sitt
xhur jew izjed minn xi qorti; jew
(iii) tkun instabet hatja ta’ xi reat kontra dan l-Att;
jew 
(iv) tkun Membru tal-Kamra tad-Deputati.
(f) Membru tal-Kummissjoni ghandu qabel ma jibda jigi
trattat xi kaz jiddikjara kull interess li huwa jista’
jkollu fil-procedimenti.
  4      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
Kap. 12.
(5) Il-Ministru responsabbli ghall-gustizzja ghandu jahtar
ufficjal pubbliku biex ikun segretarju tal-Kummissjoni. Is-
segretarju ghandu mutatis mutandis ikollu l-istess setghat u
dmirijiet tar-Registratur tal-Qrati, u ghandu jiehu struzzjonijiet
minghand ic-chairman fic-cirkostanzi kollha li l-imsemmi
registratur skond il-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili
ghandu jiehu struzzjonijiet minghand magistrat li jkun qed
jippresjedi qorti partikolari.
(6) (a) Il-Kummissjoni ghandu jkollha s-setghat u ghandha
ssegwi l-proceduri mnizzla fl-Iskeda li tinsab ma’ dan
l-Att;
(b) il-Kummissjoni tista’ bl-approvazzjoni tal-Ministru
taghmel regoli mhux inkonsistenti ma’ dan l-Att jew
id-disposizzjonijiet ta’ l-Iskeda li tinsab mieghu, li
jippreskrivu l-proceduri u l-formoli li ghandhom jigu
segwiti u wzati quddiemha;
(c) fl-assenza ta’ disposizzjonijiet jew regoli kif imsemmi
qabel il-Kummissjoni ghandha tirregola l-proceduri
taghha stess.
Akkordji u prattiki 
projbiti.
Emendat:
XXVIII. 2000.5.
5. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att, dan li gej
mhuwiex legittimu, jigifieri kull akkordju bejn intraprizi, kull
decizjoni minn ghaqda ta’ intraprizi u kull prattika miftiehma bejn
intraprizi li jsiru bil-hsieb jew li jkollhom l-effett li jimpedixxu,
irazznu, jew ixekklu l-kompetizzjoni f’Malta jew f’xi parti minn
Malta u partikolarment, izda minghajr pregudizzju ghall-generalita
ta’ dan is-subartikolu, xi akkordju, decizjoni jew prattika li:
(a) jiffissaw il-prezz ta’ xiri jew bejgh jew kundizzjonijiet
kummercjali ohra, kemm b’mod dirett jew indirett; jew
(b) jillimitaw jew jikkontrollaw il-produzzjoni, is-swieq,
l-izvilupp tekniku jew l-investiment; jew
(c) iqassmu s-swieq jew sorsi ta’ provvista; jew
(d) jimponu l-applikazzjoni ta’ kundizzjonijiet differenti
ghal transazzjonijiet ekwivalenti ma’ partijiet ohra
mhux imdahhla f’dak l-akkordju, u b’hekk ipogguhom
fi zvantagg kompetittiv; jew
(e) jaghmlu l-konkluzjoni ta’ kuntratti suggetta ghall-
accettazzjoni mill-partijiet l-ohra ta’ obbligazzjonijiet
supplimentari li, mix-xorta taghhom jew skond l-uzu
kummercjali, ma jkollhom ebda konnessjoni mas-
suggett ta’ kuntratti bhal dawn.
(2) Akkordji jew decizjonijiet projbiti skond is-subartikolu (1)
ikunu ipso jure nulli u mhux esegwibbli.
Ftehim, ecc., meta 
l-impatt ikun 
wiehed minimali.
Sostitwit:
XXVIII. 2000.6.
6. (1) Kull ftehim, decizjoni jew prattika miftiehma bejn
intraprizi ma ghandhomx ikunu suggetti ghall-projbizzjoni li hemm
fl-artikolu 5(1) jekk l-impatt tal-ftehim, decizjoni jew prattika fuq
is-suq rilevanti jkun wiehed minimali.
(2) Sabiex jigi stabbilit jekk dak l-impatt ikunx wiehed
minimali jew le, ghandhom jitqiesu c-cirkostanzi rilevanti kollha
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      5
inkluz is-sehem totali ta’ l-intraprizi kollha involuti fis-suq
rilevanti:
Izda kemm-il darba ma tingiebx prova kuntrarja, dak l-
impatt ghandu jigi prezunt li jkun wiehed minimali jekk l-intraprizi
involuti ma jkunux bejnithom jeccedu xi tnejn minn dawn il-kriterji
li gejjin, jigifieri:
(a) medja ta’ impieg ta’ ghoxrin persuna matul il-perjodu
rilevanti; jew
(b) dhul min-negozju annwali ta’ tliet mitt elf lira, jew dak
l-ammont oghla li l-Ministru jista’ jippreskrivi; jew
(c) valur ta’ attiv nett ta’ mija u hamsin elf lira, jew dak l-
ammont oghla li l-Ministru jista’ jippreskrivi.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ qabel ta’ dan l-artikolu ma
ghandhomx ikunu japplikaw meta fis-suq rilevanti l-kompetizzjoni
tkun ristretta bl-effett kumulattiv ta’ networks paralleli ta’ ftehim
simili stabbiliti minn diversi intraprizi.
Certi akkordji, 
ecc., jistghu jigu 
dikjarati ezenti.
Emendat:
XXVIII. 2000.7.
7. (1) Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5, id-Direttur
jista’, meta ssirlu applikazzjoni minn intrapriza jew minn ghaqda
ta’ intraprizi, jezenta mid-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 -
(a)  kull ftehim bejn intraprizi; jew
(b) kull decizjoni minn ghaqda ta’ intraprizi; jew
(c) kull prattika miftiehma,
li f’kull kaz jikkontribbwixxu ghall-iskop ta’ titjib fil-produzzjoni
jew id-distribuzzjoni ta’ oggetti jew servizzi jew fil-promozzjoni
ta’ progress tekniku jew ekonomiku u li jkunu jippermettu li l-
konsumatur igawdi sehem gust fil-beneficcju li jirrizulta:
Izda d-Direttur ma ghandux jezenta xi ftehim, decizjoni jew
prattika miftiehma bhal dawk jekk dak il-ftehim, decizjoni jew
prattika miftiehma jew:
(i) ikunu jimponu fuq intraprizi involuti xi
restrizzjoni li ma tkunx indispensabbli ghall-
ksib ta’ dak l-iskop; jew
(ii) ikunu jaghtu lill-intraprizi involuti l-possibilita
li jeliminaw jew inaqqsu b’mod sinjifikattiv il-
kompetizzjoni ghar-rigward ta’ parti sostanzjali
tal-prodotti li ghalihom jirreferu l-ftehim, id-
decizjoni jew il-prattika miftiehma.
(2) Id-Direttur jista’ jaghmel kull dikjarazzjoni li ghaliha
japplika s-subartikolu (1) suggetta ghal dawk il-kundizzjonijiet u
limitazzjonijiet li jara li jkunu xierqa.
(3) Dikjarazzjoni li japplika ghaliha dan l-artikolu ghandha
tkun bil-miktub u ghandha tispecifika d-data, li tista’ tkun data li
tigi qabel id-data tad-dikjarazzjoni, li minnha ghandha tkun
effettiva, kif ukoll id-data sa meta ghandha tkun effettiva.
(4) Id-Direttur jista’, meta ssirlu applikazzjoni ghal dak l-
iskop, jekk ikun sodisfatt li l-htigiet li jkunu jinsabu fis-subartikolu
(1) ghall-ghemil ta’ dikjarazzjoni jkunu ghadhom jissussistu,
  6      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
jestendi l-perjodu li matulu dik id-dikjarazzjoni ghandha tibqa’
ssehh.
(5) Id-Direttur jista’ jirrevoka jew jemenda xi dikjarazzjoni li
tkun tippermetti ezenzjoni taht dan l-artikolu meta:
(a) kien hemm bidla f’xi fatti li kienu materjali ghall-
koncessjoni ta’ l-ezenzjoni; jew
(b) l-intraprizi jaghmlu kontravvenzjoni ta’ xi kondizzjoni
jew limitazzjoni mehmuza mad-dikjarazzjoni; jew
(c) d-decizjoni ghall-koncessjoni ta’ l-ezenzjoni kienet
wahda msejsa fuq informazzjoni, moghtija mill-
intrapriza, li aktar ’il quddiem giet ippruvata bhala
falza, qarrieqa jew mhux kompleta; jew
(d) l-intraprizi jabbuzaw mill-ezenzjoni koncessa:
u fil-kazijiet imsemmija fil-paragrafi (b) sa (d) hawn aktar qabel,
dik ir-revoka tista’ tkun b’effett retroattiv.
(6) Meta d-Direttur jichad milli jaghti ezenzjoni jew jehmez xi
kondizzjonijiet jew limitazzjonijiet ma’ l-ezenzjoni moghtija jew
jirrevoka jew jemenda xi dikjarazzjoni li ghaliha jirreferi dan l-
artikolu, l-intrapriza jew ghaqda ta’ intraprizi involuta tista’ fi
zmien hmistax il-jum mill-avviz tad-decizjoni tad-Direttur titolbu li
jissottomettiha ghal stharrig mill-Kummissjoni u d-Direttur ghandu
minnufih jimxi skond dik it-talba:
Izda s-sottomissjoni ta’ decizjoni ghal stharrig mill-
Kummissjoni ma ghandhiex tissospendi d-decizjoni tad-Direttur
kemm-il darba l-Kummissjoni f’cirkostanzi eccezzjonali ma
tordnax xort’ohra.
Ezenzjonijiet 
generali. 
Sostitwit:
XXVIII. 2000.8.
8. (1) Il-Ministru jista’ wara konsultazzjoni mad-Direttur
b’regolamenti jippreskrivi illi ghandhom ikunu ezentati mid-
disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 5 dawk il-kategoriji ta’ ftehim,
decizjonijiet jew prattiki miftiehma kif jista’ jigi specifikat fir-
regolamenti.
(2) Ir-regolamenti msemmija fis-subartikolu (1) ghandhom
isiru biss meta l-ftehim, decizjonijiet jew prattiki miftiehma jkunu
jissodisfaw ir-rekwiziti msemmija fl-artikolu 7(1).
(3) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2) il-
Ministru jista’ f’dawk ir-regolamenti jaghmel ezenzjoni suggetta
ghal dawk il-kondizzjonijiet u limitazzjonijiet li jidhirlu xierqa.
Abbuz minn 
pozizzjoni 
dominanti.
Emendat:
XXVIII. 2000.9.
9. (1) Kull abbuz minn intrapriza wahda jew izjed minn
pozizzjoni dominanti fis-suq relevanti mhux legittimu.
(2) Minghajr pregudizzju ghall-generalita  tad-disposizzjonijiet
tas-subartikolu (1), intrapriza wahda jew izjed minn wahda jitqiesu
li jkunu qed jabbuzaw minn pozizzjoni dominanti fis-suq rilevanti,
fejn hija jew huma -
(a) direttament jew indirettament jimponu prezz eccessiv
jew ingust ta’ xiri jew bejgh jew kundizzjonijiet
kummercjali ingusti ohra;
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      7
(b) jitolbu prezzijiet li jkunu taht l-average variable cost
ta’ prodott sabiex jaqilghu mis-suq lil kompetituri
rivali;
(c) jillimitaw il-produzzjoni, is-swieq jew l-izvilupp
tekniku bi hsara ghall-konsumaturi;
(d) jirrifjutaw li jissupplixxu oggetti jew servizzi
indiskriminatament sabiex jeliminaw lil parti
kummercjali mis-suq rilevanti bi hsara ghall-
konsumaturi;
(e) japplikaw kundizzjonijiet differenti, inkluza
diskriminazzjoni tal-prezzijiet ghal transazzjonijiet
ekwivalenti ma’ partijiet kummercjali differenti, u
b’hekk iqieghdu lil xi parti kummercjali jew uhud
mill-partijiet kummercjali fi zvantagg kompetittiv;
(f) jikkundizzjonaw il-konkluzjoni ta’ kuntratti ghall-
accettazzjoni mill-parti l-ohra ta’ obbligazzjonijiet
supplimentari li, mix-xorta taghhom jew skond l-uzu
kummercjali, ma jkollhom ebda konnessjoni mas-
suggett ta’ kuntratti bhal dawk.
(3) Il-Kummissjoni ghandha tiddetermina jekk intrapriza tkunx
wahedha jew ma’ ohrajn f’pozizzjoni dominanti, u jekk xi att ikunx
jikkostitwixxi abbuz ta’ pozizzjoni dominanti fuq talba ghal dak il-
ghan mid-Direttur, jew minn intrapriza jew persuna b’ilment
permezz tad-Direttur.
(4) Biex jigi determinat jekk intrapriza wahda jew izjed minn
wahda jkunux f’pozizzjoni dominanti, intrapriza li wahedha jew
flimkien ma’ ohrajn ikollha sehem ta’ mill-anqas 40% tas-suq
rilevanti ghandha, fin-nuqqas ta’ prova kuntrarja, titqies li tkun
f’pozizzjoni dominanti:
Izda intrapriza wahda jew iktar minn wahda li wahedhom
jew flimkien ma’ intraprizi ohrajn ikollhom sehem ta’ inqas minn
40% tas-suq rilevanti jistghu, minkejja dak imsemmi qabel, jigu
determinati li jkunu f’pozizzjoni dominanti.
(5) Biex tiddetermina jekk il-prezz tax-xiri jew il-prezz tal-
bejgh ikunx eccessiv jew ingust, il-Kummissjoni ghandha
tikkunsidra l-fatturi rilevanti kollha u ghandha fejn xieraq tiehu
qies ta’ -
(a) il-prezz mitlub ghall-prodott (f’termini assoluti);
(b) iz-zieda jew zidiet percentwali fil-prezz mifruxa fuq
perijodu twil u perijodu qasir;
(c) ir-relazzjoni bejn il-prezz u l-kost tal-prodott; 
(d) il-perijodu ta’ zmien li fih ikun intalab il-prezz; 
(e) il-valur ekonomiku tal-prodott;
(f) l-importanza tal-prodott ghall-konsumaturi;
(g) ir-riskji ekonomici jew ohrajn biex il-prodott jingieb
fis-suq;
(h) l-investiment ta’ kapital u rizorsi ohra mehtiega biex
  8      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
il-prodott jingieb fis-suq;
(i) il-bidliet mistennija, probabbli jew possibbli fis-suq
ghall-prodott; u
(j) il-prezz mitlub ghall-prodott minn intraprizi ohra
f’Malta u mill-istess intraprizi jew intraprizi ohra fi
swieq analogi ohra.
Approvazzjoni 
negattiva.
Sostitwit:
XXVIII. 2000.10
10. (1) Kull persuna inkarigata minn intrapriza li jkollha
ghalfejn tahseb jew tissuspetta jew ragonevolment ghandu jkollha
ghalfejn tahseb jew ghandha ghaliex tissuspetta li xi ftehim bejn
intraprizi, xi decizjoni minn ghaqda ta’ intraprizi, xi prattika
miftiehma bejn intraprizi jew xi mgieba jistghu jkunu ftehim,
decizjoni, prattika jew imgieba projbiti skond l-artikoli 5 jew 9,
ghandha tfittex l-approvazzjoni negattiva tad-Direttur skond id-
disposizzjonijiet li gejjin ta’ dan l-artikolu u dik il-persuna ghandha
tkun prekluza milli tagixxi skond dak il-ftehim, jew dik id-
decizjoni jew prattika, jew li timxi b’dik l-imgieba sakemm tigi
koncessa dik l-approvazzjoni negattiva.
(2) Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (1), meta ssir talba bil-miktub minn intrapriza jew
ghaqda ta’ intraprizi, id-Direttur jista’ jiddikjara li, skond il-fatti li
huwa jkun jaf bihom, jew fuq il-bazi ta’ l-informazzjoni provduta
mill-intrapriza jew ghaqda ta’ intraprizi, il-ftehim, id-decizjoni, l-
prattika jew l-imgieba ma jkunux jinkwadraw fil-projbizzjonijiet li
jinsabu fl-artikoli 5 u 9 u li ma jkun hemm ebda htiega li tittiehed
xi azzjoni dwarhom taht dan l-Att.
(3) Decizjonijiet li jikkoncedu approvazzjoni negattiva jistghu
jkunu limitati fl-effett taghhom ghal dak iz-zmien li jista’ jigi
dikjarat fl-istess decizjoni.
(4) Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet tas-
subartikolu (5), approvazzjoni negattiva koncessa skond dan l-
artikolu tista’ tigi revokata jew emendata mid-Direttur meta:
(a) l-approvazzjoni negattiva tkun imsejsa fuq
informazzjoni falza, qarrieqa jew mhux kompleta; jew
(b) kien hemm bidla fil-fatti li kienu materjal ghall-
koncessjoni ta’ approvazzjoni negattiva; jew
(c) il-kondizzjonijiet tas-suq ikunu inbidlu b’tali mod li
jikkagunaw li l-ftehim, id-decizjoni, l-prattika jew l-
imgieba jinkwadraw fil-projbizzjoni ta’ l-artikoli 5 u,
jew, 9.
(5) Hadd ma jista’ in konnessjoni ma’ talba ghal ezenzjoni taht
l-artikolu 7 jew ghal approvazzjoni negattiva jaghti lid-Direttur xi
informazzjoni li tkun falza, qarrieqa jew mhux kompleta, u kull
ezenzjoni taht l-artikolu 7 u kull approvazzjoni negattiva koncessa
fuq il-bazi ta’ dik l-informazzjoni tkun nulla u bla ebda effett.
(6) Approvazzjoni negattiva koncessa mid-Direttur ghandu
jkollha l-effett li tiddikjara l-ftehim, id-decizjoni, l-prattika jew l-
imgieba li tkun tirreferi ghalihom bhala li ma jkunux jiksru d-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5 u 9.
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      9
(7) Id-Direttur ghandu jistabbilixxi minn zmien ghal zmien il-
procedura ghall-ghemil ta’ talbiet ghal approvazzjoni negattiva taht
dan l-artikolu.
(8) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7(6) ghandhom mutatis
mutandis japplikaw ghad-decizjonijiet tad-Direttur taht dan l-
artikolu.
(9) Meta tkun giet rifjutata jew tkun giet revokata xi
approvazzjoni negattiva, hadd ma jista’ jibqa’ ghaddej bil-ftehim,
decizjoni, prattika jew imgieba li dwarhom ma tkunx giet koncessa,
jew tkun giet revokata, xi approvazzjoni.
Ordnijiet ta’ 
prezzijiet.
11. Mhassar bl-Att XXVIII. 2000.11.
Investigazzjonijiet.
Emendat:
XXVIII. 2000.12.
12. (1) Ikun id-dmir tad-Direttur li jizgura li d-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att jigu osservati minn kulhadd, u li
jigbor informazzjoni li tista’ tkun mehtiega biex sew hu sew il-
Kummissjoni jkunu jistghu jaqdu l-funzjonijiet taghhom; u ghal
dak l-ghan ghandu jkollu s-setgha li jaghmel investigazzjonijiet
minn jeddu jew fuq talba tal-Ministru jew ghax xi hadd jaghmel
ilment bil-miktub dwar allegazzjoni ragonevoli ta’ ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(2) Fil-kors ta’ kull investigazzjoni maghmula mill-Ufficcju
skond is-subartikolu (1), id-Direttur jista’ jitlob lil kull persuna
biex tipprovdih b’kull taghrif jew dokument fil-pussess taghha li d-
Direttur ikollu ghalfejn jahseb li jkun rilevanti ghall-kwistjoni li
tkun qed tigi investigata, fi zmien li fic-cirkostanzi ta’ l-
investigazzjoni d-Direttur iqis li jkun ragonevoli.
(3) Ebda haga fis-subartikolu (2) ma tista’ tiftiehem li
tawtorizza lid-Direttur li jordna l-produzzjoni ta’ xi dokument jew
l-izvelar ta’ xi informazzjoni li jistghu jkunu suggetti ghad-dmir ta’
segretezza professjonali.
(4) Fil-kors ta’ kull investigazzjoni bhal dik id-Direttur jista’
jircievi dikjarazzjonijiet bil-miktub jew verbali minn xhieda kif
ukoll jaghmel kopji ta’ kull dokument migjub lilu, u r-record ta’
dawk id-dikjarazzjonijiet u ta’ dawk il-kopji debitament attestat
mid-Direttur ikun jista’ jingieb bhala prova quddiem il-
Kummissjoni.
(5) Id-Direttur, awtorizzat kif imiss b’warrant mahrug mic-
chairman tal-Kummissjoni, jista’, ghall-iskop ta’ kull
investigazzjoni taht dan l-artikolu, jidhol u jaghmel tfittxija f’kull
fond u f’kull imkien iehor jew jaghmel tfittxija f’kull mezz ta’
trasport fejn huwa jkollu ghalfejn jahseb li tkun tista’ tinstab
informazzjoni rilevanti ghall-investigazzjoni, u fil-kors ta’ kull
tfittxija bhal dik jista’ jikkonfiska kull oggett jew dokument jew
jordna li ma jitnehha ebda oggett minn xi fond bhal dak, u in
konnessjoni ma’ kull ordni bhal dik jista’ jaghlaq u jissigilla
kwalunkwe parti jew il-partijiet kollha ta’ kull fond u ta’ kull
imkien iehor, jew mezz ta’ trasport, jew iqieghed kull oggett taht
sigill.
(6) Fil-kors ta’ kull tfittxija kif imsemmi fis-subartikolu (5) id-
Direttur jista’ jitlob l-ghajnuna tal-Pulizija; b’dan illi, fil-kaz ta’
  10      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
tfittxija li ghandha ssir f’fond residenzjali, id-Direttur ghandu
dejjem ikun akkumpanjat b’ufficjal tal-Pulizija li ma jkollux kariga
inqas minn dik ta’ spettur.
(7) Kull ordni moghtija mid-Direttur skond is-subartikolu (5)
ghandha tibqa’ fis-sehh sakemm tigi mhassra mid-Direttur jew
mill-Kummissjoni.
(8) Ebda tfittxija ma tista’ tinbeda f’xi fond wara s-7.00 ta’ fil-
ghaxija u qabel is-7.00 ta’ l-ghada filghodu, kemm-il darba ma
jkunx hemm ghalfejn wiehed jahseb li d-dewmien ikun jista’
jwassal ghat-telfien ta’ informazzjoni mehtiega u kemm-il darba t-
tfittxija ma tkunx giet espressament awtorizzata biex issir bejn l-
imsemmija hinijiet fil-warrant rilevanti.
Kap. 9. 
(9) Ebda haga f’dan l-artikolu ma ghandha titqies li tnaqqas is-
setghat tal-Pulizija taht il-Kodici Kriminali jew taht xi ligi ohra.
(10) Kull informazzjoni li tigi zvelata lid-Direttur jew kull
dokument li jingieb lilu waqt investigazzjoni ghandhom ikunu
sigrieti u kunfidenzjali u jistghu jigu zvelati biss quddiem il-
Kummissjoni f’xi kwestjoni quddiemha, jew quddiem qorti
kompetenti b’relazzjoni ghall-prosekuzzjoni ta’ xi reat kontra dan
l-Att.
Ordnijiet ta’ 
waqfien u ebda 
tkomplija.
Mizjud:
XXVIII. 2000.13.
12A. (1) Meta wara li tkun konkluza  investigazzjoni taht l-
artikolu 12 id-Direttur jirrizultalu li l-ftehim, id-decizjoni, l-
prattika jew l-imgieba investigati jkunu bi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ l-artikoli 5 u, jew, 9, id-Direttur jista’  jaghmel
rapport dwar il-konkluzjonijiet tieghu, fejn jaghti r-ragunijiet
tieghu u ghandu jinnotifika kopja tar-rapport lill-intrapriza jew
ghaqda ta’ intraprizi involuti permezz ta’ posta registrata jew tali
konsenja dokumentata ohra hekk kif id-Direttur jista’ jqis li jkun
xieraq, flimkien ma’ Ordni ta’ Waqfien u Ebda Tkomplija li bih
jordnalha jew jordnalhom l-waqfien u nuqqas ta’ tkomplija ta’
partecipazzjoni minnha jew minnhom f’dak il-ftehim, jew f’dik id-
decizjoni, prattika jew imgieba.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 7(6) ghandhom japplikaw
mutatis mutandis ghal Ordni ta’ Waqfien u Ebda Tkomplija taht is-
subartikolu (1).
Rapport ta’ l-
investigazzjonijiet 
lill-Kummissjoni. 
Emendat:
XVIII. 2000.14.
13. Mat-tlestija ta’ investigazzjoni taht l-artikolu 12, meta d-
Direttur jirrizultalu li jkun sar ksur gravi minhabba fis-serjeta  u t-
tul ta’ zmien tal-ftehim, decizjoni jew prattika miftiehma li gew
investigati, id-Direttur ghandu jaghmel rapport lill-Kummissjoni
tal-konkluzjonijiet li jkun wasal ghalihom fl-imsemmija
investigazzjonijiet, li fih jaghti r-ragunijiet ghal dawk il-
konkluzjonijiet u jaghmel riferenza ghall-provi b’sostenn
ghalihom, liema provi ghandhom fuq it-talba tal-Kummissjoni
jingiebu quddiemha.
Ammissibilta  ta’ 
ilmenti. 
Emendat:
XXVIII. 2000.15.
14. (1) (a) Meta d-Direttur jircievi xi ilment bil-miktub
bhalma hemm imsemmi fl-artikolu 12(1), huwa
ghandu l-ewwel jezamina jekk dak l-ilment ikunx
wiehed ammissibbli jew xort’ohra, u meta jkun tal-
fehma li l-ilment ikun prima facie wiehed mhux
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      11
ammissibbli, huwa ma ghandux jaghmel jew
jissokta bl-investigazzjoni relattiva u d-Direttur ma
jkunx mehtieg li f’kazijiet bhal dawk jgharraf lill-
Kummissjoni bl-ilment li jkun ircieva.
(b) Meta min jaghmel l-ilment ma jkunx jaqbel mad-
decizjoni tad-Direttur li prima facie l-ilment ma
jkunx wiehed ammissibbli jew mid-decizjoni tad-
Direttur wara investigazzjoni li l-ilment ma jkunx
wiehed gustifikat, id-disposizzjonijiet  ta’ l-
artikolu 7(6) ghandhom mutatis mutandis
japplikaw.
(2) Meta l-Kummissjoni ma taqbilx li l-ilment ikun
inammissibbli hija ghandha tgharraf lid-Direttur f’dak is-sens, u d-
Direttur ghandu fuq dan jibda jew jirrezumi l-investigazzjonijiet.
Mizuri interim.
Emendat:
XXVIII. 2000.16.
15. (1) Il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba tad-Direttur jew ta’
xi intrapriza jew ta’ persuna b’ilment, permezz tad-Direttur, tiehu
mizuri interim mahsuba biex jissospendu kull prattika restrittiva li
tkun qed tigi investigata jekk dan ikun urgentement mehtieg biex
tigi evitata sitwazzjoni li x’aktarx tista’ tikkaguna pregudizzju
serju, immedjat u irreparabbli ghall-interessi ta’ xi intrapriza, jew li
taghmel hsara lill-interess ekonomiku generali.
(2) Meta t-talba issir mid-Direttur dik it-talba ghandu jkollha
maghha rapport bir-ragunijiet li fih id-Direttur jghid il-mizuri li
jqis mehtiega sabiex jigu sospizi l-prattiki li jkunu qed jigu
investigati.
(3) Meta t-talba ssir minn persuna b’ilment, il-Kummissjoni
ghandha, kemm-il darba d-Direttur ma jkunx ghamel hekk diga
meta jirreferi l-ilment, tghaddi t-talba ghat-tehid ta’ mizuri interim
lid-Direttur li ghandu jaghmel rapport bir-ragunijiet li fih isemmi l-
mizuri li jqis mehtiega sabiex jigu sospizi l-prattiki li jkunu qed
jigu investigati.
(4) Meta d-Direttur iqis li jkun mehtieg li jittiehdu mizuri
interim, huwa ghandu jissottometti r-rapport lill-Kummissjoni fi
zmien hmistax-il jum u ghandu jinnotifika kopja tar-rapport bil-
posta registrata lill-intrapriza jew ghaqda ta’ intraprizi li tkun qed
tigi investigata li tista’ taghmel sottomissjonijiet bil-miktub lill-
Kummissjoni dwar ir-rapport fi zmien hmistax-il jum minn meta
tircievih: izda l-imsemmija perijodi jistghu jigu mqassra mill-
Kummissjoni skond kif ikun jidhrilha xieraq fic-cirkostanzi.
(5) Il-Kummissjoni ghandha, fi zmien ghaxart ijiem mill-ahhar
data li fiha ghandhom jaslulha s-sottomissjonijiet ta’ l-intrapriza
jew ghaqda koncernata, b’decizjoni bir-ragunijiet tordna kull
mizura interim li hija tqis li tkun xierqa fic-cirkostanzi.
(6) Id-decizjoni ghandha tigi notifikata mis-segretarju tal-
Kummissjoni lid-Direttur u lil dawk l-intraprizi jew ghaqdiet li l-
attivita  taghhom tkun qed tigi investigata.
(7) Ordni moghti bis-sahha ta’ dan l-artikolu ghandu jkollu
effett immedjat u ghandu jibqa’ jsehh ghal perijodu ta’ tliet xhur
kemm-il darba ma jigix qabel revokat mill-Kummissjoni jew
  12      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
kemm-il darba l-kwestjoni li tkun qed tigi investigata tkun giet
determinata mill-Kummissjoni qabel l-imsemmi perijodu ta’ tliet
xhur. Ebda haga f’dan is-subartikolu ma ghandha zzomm lill-
Kummissjoni milli tohrog l-istess ordni ghal perijodu iehor jew
perijodi ohra ta’ tliet xhur:
Izda dak l-ordni ma jista’ f’ebda kaz jestendi aktar minn
perijodu massimu ta’ sena.
Ordnijiet interim.
Mizjud:
XXVIII. 2000.17.
15A. (1) Minghajr pregudizzju ghad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 15 meta d-Direttur jkun sodisfatt filwaqt ta’ xi
investigazzjoni li jkunu qeghdin jigru xi prattiki restrittivi u huwa
jqis li jkun hekk mehtieg li jaghmel sabiex jikkumpensa
sitwazzjoni li titnissel minn dawk il-prattiki li x’aktarx ikunu se
jikkagunaw hsara lill-interess eknomiku generali, huwa jista’
johrog ordni, hawnhekk izjed ’il quddiem imsejha ordni interim, li
tkun tippreskrivi bhala mizura interim l-oghla prezz li bih dawk l-
oggetti li jistghu jigu msemmija fl-ordni interim jistghu jinbieghu
jew jigu offruti ghall-bejgh jew l-oghla prezz li jista’ jithallas ghal
dawk is-servizzi skond kif jista’ jissemma fl-ordni interim jew li
bih jistghu jigu offruti dawk is-servizzi.
(2) Ordnijiet interim ghandhom jibdew isehhu fid-data tal-
pubblikazzjoni taghhom fil-Gazzetta jew f’dik id-data li tigi wara li
tista’ tigi specifikata fl-ordni interim jew f’ordni interim li tigi
wara.
(3) Fi zmien sitt xhur mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta, kull
ordni interim ghandha tigi mistharrga mill-Kummissjoni, u l-
Kummissjoni ghandha filwaqt li taghmel dak l-istharrig tisma’ lid-
Direttur u lil kull intrapriza jew ghaqda ta’ intraprizi li jkollha
interess hekk kif tista’ tqis li jkun mehtieg.
(4) Meta l-Kummissjoni wara l-istharrig hawn aktar qabel
imsemmi tiddikjara li l-ordni interim tkun adattata u mehtiega, dik
l-ordni interim ghandha tibqa’ ssehh, kemm-il darba ma tkunx giet
qabel revokata mid-Direttur ghal perjodu ta’ sena mid-data tad-
decizjoni tal-Kummissjoni.
(5) Meta l-Kummissjoni wara l-istharrig kif hawn aktar qabel
imsemmi jirrizultalha li l-ordni interim ma tkunx adattata jew
mehtiega, jew meta ma’ l-iskadenza ta’ sitt xhur mill-
pubblikazzjoni ta’ l-ordni interim fil-Gazzetta l-Kummissjoni ma
tkunx temmet l-istharrig, l-ordni interim ghandha ttemm milli
tibqa’ ssehh:
Izda meta l-Kummissjoni jirrizultalha li ordni interim tkun
adattata u mehtiega fic-cirkostanzi izda ma tkunx taqbel li dik l-
ordni interim kif mahruga mid-Direttur kienet wahda adattata, hija
tista’ timmodifika l-ordni interim u dik l-ordni interim kif tkun giet
hekk modifikata ghandha tibda ssehh malli tigi ppubblikata fil-
Gazzetta u ghandha tibqa’ ssehh bhallikieku kienet ordni interim
bhal dik imsemmija fis-subartikolu (4).
(6) Meta ordni interim ttemm milli jkollha iktar sehh, dan
ghandu jigri minghajr ebda pregudizzju ghal:
(a) kull responsabbilta  li persuna tidhol fiha matul il-
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      13
perjodu li l-ordni kienet fis-sehh;
(b) kull haga maghmula jew imhollija milli ssir skond il-
ligi matul il-perjodu li l-ordni kienet fis-sehh;
(c) kull obbligazzjoni li ssir favur xi persuna jew kull dritt
miksub kontra xi persuna matul il-perjodu li l-ordni
kienet fis-sehh;
(d) id-dritt li jkollu d-Direttur li jaghmel l-istess ordni
interim jew wahda bhalha skond is-subartikolu (1).
Id-Direttur ghandu 
jimxi skond id-
decizjonijiet tal-
Kummissjoni.
Mizjud:
XXVIII. 2000.17.
15B. Meta xi decizjoni tad-Direttur tkun skond dan l-Att
mistharrga mill-Kummissjoni, id-Direttur ghandu jagixxi skond id-
decizjoni tal-Kummissjoni u jaghmel dawk it-tibdiliet fid-
decizjonijiet tieghu skond hekk.
Reat ta’ prattika 
restrittiva u ta’ 
abbuz ta’ 
pozizzjoni 
dominanti. 
Emendat:
XXVIII. 2000.18.
16. (1) Meta l-Kummissjoni jew id-Direttur tiddikjara 1i xi
akkordju, decizjoni jew prattika jkunu bi ksur tad-disposizzjonijiet
ta’ l-artikolu 5 u meta xi azzjoni tkun giet dikjarata mill-
Kummissjoni jew mid-Direttur li tkun abbuz ta’ pozizzjoni
dominanti skond l-artikolu 9, kull persuna li wara li tkun giet
ippubblikata dik id-decizjoni taghmel xi att f’konformita  ma’ dak l-
akkordju, decizjoni jew prattika, jew abbuzi ta’ pozizzjoni
dominanti, tkun hatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(2) Kull persuna inkarigata minn intrapriza li ghaliha japplika
l-artikolu 10(1), li tagixxi skond dak l-akkordju jew dik id-
decizjoni jew prattika minghajr ma qabel tfittex l-approvazzjoni
negattiva tad-Direttur kif mehtieg taht l-artikolu 10(1), tkun hatja
ta’ reat taht dan l-artikolu:
Izda persuna ma ghandhiex tinghata piena ghal reat taht dan
is-subartikolu jekk l-akkordju, decizjoni jew prattika imsemmija
ma tigix dikjarata li tikser l-imsemmi artikolu 10(1) b’decizjoni tal-
Kummissjoni pubblikata skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(3) Meta tkun inghatat xi ezenzjoni mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 5 kull persuna li tagixxi barra mid-disposizzjonijiet ta’ dik
l-ezenzjoni jew li ma timxix skond kull kondizzjoni li jkun hemm
fiha tkun hatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
(4) Meta persuna tagixxi bi ksur tad-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 10(9) hija tkun hatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Diusubbidienza ta’ 
ordni ta’ waqfien u 
ebda tkomplija.
Sostitwit:
XXVIII. 2000.19.
17. Kull persuna li tmur kontra Ordni ta’ Waqfien u Ebda
Tkomplija mahruga mid-Direttur skond l-artikolu 12A tkun hatja,
minghajr pregudizzju ghal kull responsabbilta  taht dan l-Att jew
taht kull ligi ohra, ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Reati kontra l-
artikolu 15. 
18. Kull persuna li taghmel xi att kuntrarju ghal ordni mahrug
mill-Kummissjoni skond l-artikolu 15, wara li dak l-ordni jkun gie
pubblikat, tkun hatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Pubblikazzjoni ta’ 
decizjonijiet, ecc., 
tal-Kummissjoni.
Emendat:
XXVIII. 2000.20.
19. Ghall-finijiet ta’ l-artikoli 16 u 18 decizjoni jew ordni tal-
Kummissjoni jew tad-Direttur ghandhom jitqiesu li jkunu gew
ippubblikati meta jkunu gew ippublikati b’avviz fil-Gazzetta, jew
meta b’relazzjoni ghal xi individwu partikolari jkunu gew notifikati
lilu jew b’att gudizzjarju jew bil-konsenja ta’ kopja taghhom mid-
Direttur:
  14      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
Izda fejn l-intrapriza jew il-persuna li kontra taghha sar l-
ilment tkun giet notifikata bil-procedimenti quddiem il-
Kummissjoni, fil-konfront ta’ dik l-intrapriza jew persuna d-
decizjoni jew ordni tal-Kummissjoni dwar dak l-ilment titqies li
giet pubblikata fid-data li giet pronunzjata.
Reati kontra 
ordnijiet interim. 
Emendat:
XXVIII. 2000.21.
20. Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ ordni interim
mahrug taht l-artikolu 15A tkun hatja ta’ reat kontra dan l-artikolu.
Penali ghal reati 
taht l-artikoli 16, 
17, 18 u 20. 
Emendat:
XXVIII. 2000.22.
21. (1) Kull persuna hatja ta’ reat kontra l-artikoli 16, 18 jew
20 tehel, meta tinsab hatja, multa ta’ bejn wiehed u ghaxra fil-mija
tad-dhul min-negozju ta’ l-intrapriza li fl-interessi ekonomici
taghha l-persuna hekk hatja kienet qed tagixxi, b’dana illi l-multa
ma ghandhiex tkun ta’ anqas minn tlett elef lira:
Izda meta l-persuna misjuba hatja ta’ reat kontra l-artikolu
20 tkun persuna li tbiegh bl-imnut li d-dhul minn negozju taghha
ma jkunx jeccedi mitt elf lira dik il-persuna tehel multa ta’ mhux
inqas minn hames mitt lira izda mhux izjed minn tlett elef lira:
Izda wkoll fejn il-persuna hekk misjuba hatja tkun id-
Direttur, manager, segretarju jew ufficjal iehor simili ta’ l-
intrapriza fuq imsemmija dik il-persuna titqies ghall-finijiet ta’ dan
l-artikolu bhala li ghandha r-rapprezentanza legali ta’ l-istess
intrapriza li ghalhekk tkun responsabbli in solidum mal-persuna
hatja ghall-hlas ta’ l-imsemmija multa.
(2) Il-multa msemmija fis-subartikolu (1) tingabar bhala dejn
civili favur il-Gvern mid-Direttur, u l-intrapriza li fl-interessi
ekonomici taghha l-persuna misjuba hatja kienet qed tagixxi tkun
responsabbli in solidum mal-persuna misjuba hatja ghall-hlas ta’ l-
imsemmija multa.
Kap. 446.
Kap. 9. 
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation u ta’ l-
artikolu 21 tal-Kodici Kriminali ma ghandhomx japplikaw ghar-
rigward tar-reati msemmija fis-subartikolu (1).
Reati kontra l-
artikolu 10(5).
Emendat:
XXVIII. 2000.24.
22. (1) Kull persuna li tikser id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu
10(5) tkun hatja ta’ reat u tehel, meta tinsab hatja, il-multa
stabbilita fl-artikolu 21(1).
(2) Id-disposizzjonijiet tal-provisos tas-subartikolu (1) u tas-
subartikolu (2) ta’ l-artikolu 21 ghandhom japplikaw ghall-multa
msemmija fis-subartikolu (1) ta’ dan l-artikolu.
Kap. 446.
Kap. 9.
(3) Id-disposizzjonijiet ta’ l-Att dwar il-Probation u ta’ l-
artikolu 21 tal-Kodici Kriminali ma ghandhomx japplikaw ghar-
rigward tar-reati msemmija fis-subartikolu (1).
(4) Ma tista tittiehed ebda azzjoni dwar reat li jsir taht dan l-
artikolu kemm-il darba l-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dan.
Piena ghal reati 
kontra l-artikolu 
17.
Mizjud:
XXVIII. 2000.23.
22A. (1) Kull persuna hatja ta’ reat kontra l-artikolu 17 tista’,
meta tinsab hatja, tehel multa ta’ mhux anqas minn mitt lira u mhux
iktar minn elf lira ghal kull gurnata li matulha jibqa’ ghaddej ir-
reat.
(2) Id-disposizzjonijiet ta’ l-artikolu 21(2) u (3) ghandhom
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      15
ukoll japplikaw.
Reati in 
konnessjoni ma’ 
investigazzjonijiet 
ecc.
Emendat:
XXVIII. 2000.25.
23. Kull persuna li fil-kors ta’ xi investigazzjoni taht dan l-Att
jew fil-kors ta’ xi proceduri quddiem il-Kummissjoni xjentement
jew bi traskuragni -
(a) taghti xi informazzjoni falza, mhux ezatta jew
qarrieqa; jew
(b) tissupplixxi informazzjoni nieqsa; jew
(c) meta din tkun sid, Direttur, ufficjal, amministratur jew
manager ta’ intrapriza tonqos, minghajr raguni xierqa,
li tissupplixxi l-informazzjoni mitluba fiz-zmien
moghti; jew
(d) timpedixxi jew tfixkel xi investigazzjoni; jew
(e) tipproduci jew taghti, jew iggieghel jew xjentement
thalli li jigi prodott jew moghti, xi dokument jew
informazzjoni li hija tkun taf li jkun falz jew tkun falza
f’xi dettall sostanzjali,
tkun hatja ta’ reat kontra dan l-artikolu u tehel, meta tinsab hatja,
multa ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux izjed minn elf lira jew
prigunerija ghal zmien ta’ minn tliet xhur sa sitt xhur, jew dik il-
multa u prigunerija flimkien.
Id-Direttur jista’ 
jassisti l-
prosekuzzjoni. 
24. (1) Fi procedimenti kriminali li jsiru mill-Pulizija
quddiem il-Qorti tal-Magistrati ghal reat kontra d-disposizzjonijiet
ta’ dan l-Att, id-Direttur jista’ jassisti lill-Pulizija fit-tmexxija tal-
prosekuzzjoni u fil-produzzjoni tal-provi.
(2) Id-Direttur jew kull ufficjal delegat minnu ghall-finijiet tas-
subartikolu (1) jista’ madankollu jingieb bhala xhud izda jekk ix-
xiehda tieghu tkun mehtiega bhala parti tal-kaz tal-prosekuzzjoni,
ix-xiehda tieghu ghandha tinstama’ qabel dik ta’ kull xhud iehor
ghall-prosekuzzjoni u kemm-il darba ma tinqalax il-htiega tax-
xiehda tieghu sussegwentement.
Jedd ghal appell. 
Kap. 9.
25. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodici Kriminali, l-Avukat
Generali jkollu l-jedd li jappella lill-Qorti ta’ l-Appell Kriminali
minn kull decizjoni moghtija mill-Qorti tal-Magistrati dwar
procedimenti kriminali li jinqalghu mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att.
Preskrizzjoni.
Kap. 9. 
26. Minkejja d-disposizzjonijiet tal-Kodici Kriminali jew ta’
kull ligi ohra, azzjoni kriminali ghal reati taht dan l-Att hija
preskritta bl-eghluq ta’ hames snin.
Pieni 
b’kompromess.
Mizjud:
XXVIII. 2000.26.
26A. Minkejja d-disposizzjonijiet ta’ hawn aktar qabel ta’ dan l-
Att, fil-kaz ta’ reat kontra l-artikolu 17, fejn id-Direttur, wara li
ghamel l-investigazzjoni li wasslet ghal hrug ta’ l-Ordni ta’
Waqfien u Ebda Tkomplija skond l-artikolu 12A ma jkunx ghamel
kull rapport lill-Kummissjoni skond l-artikolu 13, id-Direttur jista’
jimponi piena ta’ mhux inqas minn mitt lira u mhux izjed minn
elfejn lira bhala alternattiva ghal proceduri fil-Qorti.
  16      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
Estinzjoni ta’ 
responsabbilta  
kriminali f’certi 
kazijiet.
Mizjud:
XXVIII. 2000.26.
26B. Minkejja kull disposizzjoni ohra ta’ dan l-Att, id-Direttur
jista’, biss sakemm ghandhom x’jaqsmu d-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Att, jaghmel ftehim bil-miktub mal-hati li bih dak il-hati jhallas
jew jaghti sigurta  ghas-sodisfazzjon tad-Direttur ghall-hlas ta’
somma li ma tkunx inqas minn hamsin fil-mija ta’ l-inqas piena
applikabbli ghar-reat u mhux izjed minn sebghin fil-mija ta’ l-oghla
piena applikabbli ghar-reat hekk kif id-Direttur jista’ bi ftehim mal-
Kummissjoni jistabbilixxi u malli jigi ffirmat il-ftehim mid-
Direttur u mill-hati kull responsabbilta  kriminali tal-hati taht dan l-
Att ghar-rigward tar-reat li dwaru jkun sar il-ftehim ghandha tigi
estinta:
Izda meta l-piena ghar-reat tkun ammont stabbilit minghajr
ebda limitu baxx jew gholi, ghaldaqstant is-somma li tithallas taht
dak il-ftehim ghandha tigi stabbilita kif hawn aktar qabel imsemmi
f’ammont mhux inqas minn ghoxrin u mhux izjed minn sebghin fil-
mija ta’ dik il-piena.
Certi kwestjonijiet 
ghandhom jigu 
riferiti lill-
Kummissjoni.
27. Meta quddiem xi qorti ta’ gurisdizzjoni civili jigi allegat li
xi akkordju jew decizjoni jkunu nulli u mhux esegwibbli skond l-
artikolu 5(2), dik il-qorti ghandha, kemm-il darba l-allegazzjoni ma
tigix ammessa mill-partijiet kollha fil-kaz, tordna s-soprasessjoni
tal-procedimenti u tirreferi l-kwestjoni lill-Kummissjoni li jkollha
d-dritt li tiddetermina l-kwestjoni u l-qorti ghandha tiddeciedi l-
kwestjoni skond id-decizjoni tal-Kummissjoni.
Id-decizjonijiet tal-
Kummissjoni 
ikunu finali. 
Kap. 12.
28. (1) Id-decizjonijiet tal-Kummissjoni jkunu finali.
(2) Ma jista’ jinhareg ebda mandat kawtelatorju msemmi fil-
Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili kontra l-
Kummissjoni. 
Ftehim ta’ 
reciprocita . 
29. Minkejja kull haga li tinsab f’dan l-Att id-Direttur jista’,
fil-kuntest ta’ ftehim ta’ reciprocita  f’materji ta’ ghajnuna
reciproka dwar prattiki ta’ kompetizzjoni, jghaddi dokumenti u
jizvela informazzjoni fil-pussess tieghu lil awtoritajiet barra minn
Malta b’responsabbilta  f’materji ta’ kompetizzjoni u ristretti fl-
izvelar ta’ informazzjoni bhal dik b’mod u skop analogu ghal dak
tad-Direttur taht dan l-Att.
Applikabbilta  ta’ l-
Att ghal 
dipartimenti tal-
Gvern. 
Sostitwit:
XXVIII. 2000.27.
30. (1) Bla hsara ghad-disposizzjonijiet tas-subartikolu (2),
id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att ghandhom japplikaw ukoll ghal
kull dipartiment tal-Gvern jew ghal kull korp maghqud imwaqqaf
b’ligi jew ghal kull kumpannija jew socjeta  ohra li fihom il-Gvern,
direttament jew indirettament, ikollu l-kontroll jew li lilhom il-
Gvern ikun ikkonceda drittijiet specjali jew eskluzivi f’xi qasam.
(2) Il-Ministru jista’ b’ordni fil-Gazzetta jezenta xi hidma jew
kull hidma ta’ xi intrapriza, li ghaliha s-subartikolu (1) japplika,
mid-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
Azzjoni bona fide. 
Emendat:
XXVIII. 2000.28.
31. Ma tista’ tittiehed ebda azzjoni kontra membru tal-
Kummissjoni, id-Direttur, jew xi ufficjal jew kuntrattur tieghu dwar
xi att jew ommissjoni in konnessjoni ma’ dan l-Att maghmulin jew
li jonqsu milli jsiru, sakemm dak l-att jew ommissjoni gew
maghmula minnhom b’mala fede.
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      17
Setgha ta’ ghemil 
ta’ regolamenti.
Sostitwit:
XXVIII. 2000.29.
32. Il-Ministru jista’ minn zmien ghal zmien jaghmel
regolamenti ghat-twettiq kif dovut tad-disposizzjonijiet ta’ dan l-
Att u jista’ b’mod partikolari b’dawk ir-regolamenti jippreskrivi
regoli ghall-kontroll ta’ koncentrazzjonijiet inkluzi joint ventures
koncentrattivi li jistghu jipprevjenu, jirrestringu jew jiddeformaw
il-kompetizzjoni fis-suq rilevanti.
Setgha ta’ ghemil 
ta’ regolamenti.
Mizjud:
XXVIII. 2000.30.
33. Il-Ministru jista’ b’regolamenti:
(a) jistabbilixxi d-drittijiet li ghandhom jithallsu lid-
Direttur in konnessjoni ma’ xi talba lid-Direttur taht
dan l-Att u in konnessjoni ma’ proceduri quddiem il-
Kummissjoni;
(b) jezenta xi ftehim, decizjoni jew prattika in konnessjoni
ma’ l-agrikoltura u sajd mid-disposizzjonijiet ta’ l-
artikolu 5 taht dawk il-kundizzjonijiet li jista’
jippreskrivi.
  18      KAP. 379. h         KOMPETIZZJONI
 
1. Il-Kummissjoni ghandha tiddeciedi kull kwestjoni quddiemha b’gustizzja u
imparzjalita  u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
2. Qabel jassumu l-funzjonijiet taghhom, il-membri lajci tal-Kummissjoni
ghandhom jiehdu quddiem ic-chairman gurament li jaqdu l-funzjonijiet taghhom
b’gustizzja u imparzjalita  u skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
3. Membru tal-Kummissjoni ghandu jastjeni u jista’ jigi rikuzat fl-istess
cirkostanzi, mutatis mutandis, bhalma imhallef tal-qrati superjuri ghandu jastjeni
jew jist’a jigi rikuzat skond il-Kodici ta’ Organizzazzjoni u Procedura Civili.
4. Kull rikuza ghandha tigi determinata mic-chairman. Id-decizjonijiet tal-
Kummissjoni ghandhom jaghtu r-ragunijiet ghalihom u jindikaw b’mod car l-
intraprizi jew kategoriji ta’ intraprizi li jkunu japplikaw ghalihom.
5. Dawk id-decizjonijiet jistghu jintaghmlu biex ikunu japplikaw b’mod limitat
ghal area, zmien jew stagun partikolari.
6. Kull decizjoni tal-Kummissjoni tista’ tigi imhassra jew mibdula mill-
Kummissjoni fejn ikun jirrizulta illi:
(a) l-informazzjoni li fuqha kienet ibbazata d-decizjoni kienet falza,
qarrieqa jew nieqsa; jew
(b) il-kundizzjonijiet tas-suq ikunu tbiddlu b’mod sinjifikanti.
7. (a) Proceduri quddiem il-Kummissjoni ghandhom jinbdew b’talba bil-
miktub maghmula mid-Direttur, jew minn intrapriza jew persuna
b’ilment permezz tad-Direttur skond id-disposizzjonijiet ta’ dan l-Att.
(b) Kull intrapriza li turi li l-attivitajiet taghha jkunu milquta direttament
mill-procedimenti quddiem il-Kummissjoni u kull persuna li tallega li
tkun il-vittma ta’, jew li tkun avversament milquta minn, xi ksur tad-
disposizzjonijiet ta’ dan l-Att li jkun il-mertu ta’ dawk il-procedimenti,
inkluz konsumatur li hekk jallega jew ghaqda ta’ konsumaturi registrata
li tagixxi f’isem konsumaturi b’mod generali, tista’ bil-miktub titlob li
tigi ammessa tintervjeni fil-procedimenti quddiem il-Kummissjoni fi
kwalunkwe stadju taghhom.
(c) Ghall-finijiet tal-paragrafu (b) ta’ din ir-regola, ghaqda ta’ konsumaturi
registrata tfisser ghaqda ta’ konsumaturi registrata skond l-Att dwar l-
Affarijiet tal-Konsumatur.
8. Il-laqghat tal-Kummissjoni ghandhom isiru in camera:
Izda:
(a) id-Direttur ghandu jkollu l-jedd li jkun prezenti waqt il-laqghat kollha; 
(b) l-intrapriza rilevanti u kull persuna li tkun ressqet l-ilment ghandu
jkollhom il-jedd li jaghmlu sottomissjonijiet dwar kull kwestjoni li tkun
quddiem il-Kummissjoni, kif ukoll li jipprezentaw kull dokument jew
prova ohra li jistghu ikunu rilevanti ghal dik il-kwistjoni.
Emendata:
XXVIII. 2000.31. SKEDA
(ARTIKOLU 4)
Regoli ta’ Procedura li ghandhom x’jaqsmu  mal-Kummissjoni 
ghall-Kummerc Gust
 KOMPETIZZJONI   g K AP. 379.      19
9. Qabel ma tipprocedi b’xi ilment, il-Kummissjoni ghandha l-ewwel
tiddeciedi jekk l-ilment ikunx ammissibbli, u ghandha tgharraf lill-persuna li tkun
ressqet l-ilment b’kull decizjoni bhal dik.
10. Il-Kummissjoni ghandha wkoll tgharraf lid-Direttur, lill-intrapriza rilevanti
u lill-persuna li tkun ressqet l-ilment b’kull decizjoni fuq il-kwestjoni li jkollha
quddiemha.
Meta jintbaghat rapport lill-persuna li tkun ressqet l-ilment, ic-chairman tal-
Kummissjoni ghandu jizgura li ebda informazzjoni kummercjali konfidenzjali fuq l-
intrapriza li dwarha jsiru l-procedimenti ma tkun imdahhla fir-rapport.
11. Il-Kummissjoni ghandu jkollha, ezercitabbli permezz tac-chairman taghha,
is-setghat vestiti fil-Prim’ Awla tal-Qorti Civili, u b’mod partikolari s-setgha li
tharrek xhieda, is-setgha li tahtar xhieda-periti u periti u setgha li tamministra l-
gurament.
Meta xhud, imharrek regolament, ma jidhirx fil-jum li fih jigi msejjah, ic-
chairman jista’ jordna lill-Pulizija biex tarresta lil dak ix-xhud u ggibu quddiem il-
Kummissjoni biex jixhed.
12. Il-Kummissjoni tista’ f’kull stadju ta’ kull procedimenti quddiemha tehtieg
lill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Gusta biex jaghmel investigazzjonijiet dwar kull
haga li hija tqis mehtiega.
13. Minghajr pregudizzju ghall-artikolu 19, id-decizjonijiet tal-Kummissjoni
ghandhom jigu ppubblikati b’dak il-mod li c-chairman tal-Kummissjoni bi ftehim
mad-Direttur jista’ jiddeciedi:
Izda c-chairman ghandu jizgura illi ebda sigriet kummercjali ta’ xi intrapriza
ma jigi zvelat.
14. Fl-interpretazzjoni ta’ dan l-Att, il-Kummissjoni ghandha tirrikorri ghad-
decizjonijiet taghha ta’ qabel u ghall-interpretazzjoni moghtija mill-istituzzjonijiet
ta’ l-Unjoni Ewropea dwar il-provvedimenti tad-disposizzjonijiet rilevanti tat-
trattati, direttivi, regolamenti u decizjonijiet ta’ l-Unjoni Ewropea relattivi ghall-
kompetizzjoni.
